EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0350

2009/350/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 28 ta’ April 2009 fuq talba tal-Irlanda biex taċċetta id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE li tistabbilixxi Netwerk Ewropew ta’ Migrazzjoni (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2708)

ĠU L 108, 29.4.2009, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/350/oj

29.4.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 108/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-28 ta’ April 2009

fuq talba tal-Irlanda biex taċċetta id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE li tistabbilixxi Netwerk Ewropew ta’ Migrazzjoni

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 2708)

(2009/350/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 11a tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Mejju 2008, il-Kunsill adottat id-Deċiżjoni 2008/381/KE li tistabilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (1) (NEM) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ id-Deċiżjoni 2008/381/KE).

(2)

B’konformità mal-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tal-Irlanda, l-Irlanda ma pparteċipatx fl-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2008/381/KE.

(3)

Skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi, l-Irlanda notifikat lill-Kunsill u lill-Kummissjoni li tixtieq taċċetta id-Deċżjoni 2008/381/KE.

(4)

Skont l-Artikolu 11a tat-Trattat il-Kummissjoni adottat opinjoni favorevoli (2) dwar it-talba tal-Irlanda fit-22 ta’ Diċembru 2008,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2008/381/KE se tapplika għall-Irlanda.

Artikolu 2

L-Irlanda għandha ddaħħal fis-seħħ d-dispożizzjonijiet meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni 2008/381/KE u għandha tgħarraf lill-Kummissjoni b’dan.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 2008/381/KE se tidħol fis-seħħ fl-Irlanda mid-data tan-notifika tal-Irlanda li biha se taċċetta id-Deċiżjoni 2008/381/KE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 28 ta’ April 2009.

Għall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Viċi President


(1)  ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7.

(2)  C(2008) 8668 finali.


Top