EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0304
2009/304/EC: Commission Decision of 30 March 2009 appointing 12 members of the European Statistical Advisory Committee (Text with EEA relevance)
2009/304/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Marzu 2009 li taħtar 12-il membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2009/304/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta’ Marzu 2009 li taħtar 12-il membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
OJ L 84, 31.3.2009, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/44 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Marzu 2009
li taħtar 12-il membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2009/304/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, u li tħassar id-Deċizjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(a) tagħha,
Wara li kkonsultat mal-Kunsill,
Wara li kkonsultat mal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika huwa magħmul minn 24 membru. |
(2) |
Skont l-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE, 12-il membru għandhom ikunu maħtura mill-Kummissjoni, wara li din tikkonsulta mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill. |
(3) |
L-Istati Membri pprovdew lill-Kummissjoni b’lista ta’ kandidati li għandhom kwalifiki stabbiliti sew fil-qasam tal-istatistika. |
(4) |
Meta taħtar lil dawk it-12-il membru, il-Kummissjoni għandha tiżgura li huma jirrappreżentaw b’mod ugwali lill-utenti, lil min iwieġeb u lill-partijiet l-oħra interessati fl-istatistika Komunitarja (fosthom il-komunità xjentifika, il-partijiet soċjali u s-soċjetà ċivili). |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-persuni msemmijin fl-Anness huma b’dan maħtura membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għal żmien ta’ ħames snin.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13.
ANNESS
Karl Andrea FEMRELL
Ladislav KABÁT
Lea KAUPPI
Irena E. KOTOWSKA
Denise Anne LIEVESLEY
Hristina MITREVA
Luca PAOLAZZI
Robert ROCHEFORT
Julio RODRĺGUEZ LÓPEZ
Ineke STOOP
Hartmut TOFAUTE
Brendan WALSH