EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1353
Council Regulation (EC) No 1353/2008 of 18 December 2008 amending Regulation (EC) No 74/2004 imposing a definitive countervailing duty on imports of cotton-type bedlinen originating in India
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1353/2008 tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1353/2008 tat- 18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja
OJ L 350, 30.12.2008, p. 1–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 11 Volume 062 P. 121 - 143
No longer in force, Date of end of validity: 18/01/2009
30.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 350/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1353/2008
tat-18 ta’ Diċembru 2008
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li joriġinaw fl-Indja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 19 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. PROĊEDURA
1.1. L-investigazzjoni ta’ qabel u l-miżuri fis-seħħ
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 (2), impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta’ bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton bil-kodiċi NM ex 6302 21 00, ex 6302 22 90, ex 6302 31 00 u ex 6302 32 90 u li toriġina fl-Indja. Ir-rata ta’ dazju tvarja bejn 4,4 % u 10,4 % għal kumpaniji individwali fil-kampjun, b’rata medja għal-kumpanija li qegħda f’kooperazzjoni ta’ 7,6 % u residwu ta’ dazju ta’ 10,4 %. |
1.2. Inizjazzjoni ex officio ta’ reviżjoni interim parzjali
(2) |
Wara l-impożizzjoni ta’ dazju kumpensatorju definittiv il-Gvern tal-Indja (“GTI”) għamel sottomissjonijiet li ċ-ċirkostanzi fir-rigward ta’ żewġ skemi ta’ sussidju (l-Iskema tal-Librett għall-Intitolar tad-Dazji u l-Eżenzjoni mit-Taxxa tad-Dħul taħt it-Taqsima 80 HHC tal-Att dwar it-Taxxa tad-Dħul) kienu nbidlu u li dawn il-bidliet kienu dejjiema. Huma argumentaw li l-livell ta’ sussidju għalhekk kien probabbilment naqas u għaldaqstant il-miżuri li kienu mwaqqfa parzjalment minħabba dawn l-iskemi għandhom ikunu riveduti. |
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza mressqa mill-GTI u kkunsidrata biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat ta’ Konsultazzjoni, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni interim parzjali ex officio tal-miżuri fis-seħħ permezz ta’ nota ppublikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3). |
(4) |
L-għan ta’ din l-investigazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali huwa li jkun stmat il-bżonn għall-kontinwazzjoni, it-tneħħija jew it-tibdil tal-miżuri eżistenti fir-rigward ta’ dawk il-kumpaniji li bbenefikaw minn skema ta’ sussidju waħda jew mit-tnejn li allegatament inbidlu fejn biżżejjed evidenza kienet provduta konformement mar-rekwiżiti relevanti tal-avviż ta’ bidu. Konformement mal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tagħha se tistma wkoll il-bżonn ta’ reviżjoni tal-miżuri applikabbli għal kumpaniji oħra li kkoperaw fl-investigazzjoni oriġinali u/jew fil-miżura ta’ residju applikabbi għall-kumpaniji l-oħra kollha. |
1.3. Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni
(5) |
L-investigazzjoni kopriet il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2006 u t-30 ta’ Settembru 2007 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni għal reviżjoni” jew il-“PIR”). |
1.4. Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni
(6) |
Il-Kummissjoni infurmat uffiċjalment lill-Gvern tal-Indja (“GTI”) bil-bidu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni interim parzjali, flimkien ma’ dawk il-produtturi esportaturi Indjani li kkoperaw fl-investigazzjoni preċedenti u li kienu nstabu li bbenefikaw minn skema waħda jew miż-żewġ skemi ta’ sussidju li allegatament inbidlu u li kienu mniżżla fin-nota ta’ bidu tar-reviżjoni interim parzjali, kif ukoll lir-rappreżentati tal-industrija tal-Komunità. Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta. Il-kummenti bil-miktub u bil-fomm ippreżentati mill-partijiet kienu kkunsidrati u, meta kien xieraq, ingħata kas tagħhom. |
(7) |
Fid-dawl tan-numru kbir ta’ partijiet apparentament involuti f’din ir-reviżjoni, l-użu tat-teħid ta’ kampjuni għall-investigazzjoni tas-sussidji ġie propost taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku. |
(8) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħżel kampjun, taħt l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku, l-esportaturi u r-rappreżentanti li qed jaġixxu f’isimhom intalbu li jgħarrfu lilhom infushom fi żmien tliet ġimgħat wara l-bidu tal-proċedura u jipprovdu tagħrif bażiku dwar il-bejgħ bl-esportazzjoni u domestiku tagħhom, dwar skemi partikolari ta’ sussidju u l-ismijiet u l-attivitajiet tal-kumpaniji relatati kollha. L-awtoritajiet tal-Indja kienu infurmati ukoll. |
(9) |
Aktar minn 80 kumpanija wrew min huma u pprovdew l-informazzjoni mitluba għall-kampjun. Dawn il-kumpaniji rrappreżentaw aktar minn 95 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Indja lill-Komunità fl-istess perjodu. |
(10) |
Minħabba n-numru kbir ta’ kumpaniji, kampjun ta’ 11-il kumpanija esportatriċi u grupp esportatur bl-akbar volumi ta’ esportazzjoni lill-Komunità kienu magħżula, b’konsultazzjoni mal-industrija tal-Komunità, mal-assoċjazzjoni tat-tessuti Indjana Texprocil u mal-GTI. |
(11) |
Il-kampjun rrappreżenta 64 % tal-esportazzjoni totali lejn l-UE tal-prodott ikkonċernat mill-Indja fil-perjodu tat-teħid tal-kampjun (mill-1 ta’ April 2006 sal-31 ta’ Marzu 2007). Taħt l-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku, il-kampjun magħżul kopra l-volum ta’ esportazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi possibbli li seta’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. |
(12) |
Rikjesti għad-determinazzjoni tal-marġini ta’ sussidju individwali taħt l-Artikolu 27(3) tar-Regolament bażiku kienu mibgħuta minn erba’ kumpaniji mhux magħżula fil-kampjun. Madankollu, minħabba l-għadd kbir ta’ talbiet u l-għadd kbir ta’ kumpaniji magħżula fil-kampjun, kien ikkunsidrat li dawn il-kontrolli individwali kienu se jkunu ta’ piż żejjed mhux ġustifikat fil-kuntest tal-Artikolu 27(3) u kienu se jipprevjenu t-tlestija tal-investigazzjoni fiż-żmien dovut. It-talba għad-determinazzjoni tal-marġini individwali mill-erba’ kumpaniji mhux inklużi fil-kampjun ma kienux għalhekk milqugħa. |
(13) |
Waqt l-investigazzjoni kien identifikat li żewġ kumpaniji relatati ta’ żewġ kumpaniji tal-esportazzjoni inklużi fil-kampjun ma pproduċewx, ma esportaw u ma biegħux fis-suq domestiku l-prodott ikkonċernat waqt il-PIR. Ma esprimew l-ebda intenzjoni li jagħmlu hekk fil-futur. Kien għalhekk deċiż li dawk il-kumpaniji relatati jkunu esklużi mill-kampjun u l-kalkulazzjoni ta’ marġini individwali ta’ sussidju. |
(14) |
Il-kumpaniji mhux magħżula għall-kampjun ġew mgħarrfa li kull dazju kontra s-sussidju fuq l-esportazzjonijiet tagħhom se jkun kalkolat taħt l-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, jiġifieri mingħajr ma jaqbżu l-ammont medju mwieżen ta’ sussidji kumpensatorji stabbiliti għall-kumpaniji fil-kampjun. |
(15) |
Il-kumpaniji li ma ppreżentawx lilhom infushom fiż-żmien stabbilit fl-avviż ta’ bidu ġew meqjusa bħala partijijet li mhumiex interessati. |
(16) |
Risposti għall-kwestjonarju ġew mibgħuta mill-produtturi esportaturi kollha li huma parti mill-kampjun fl-Indja. |
(17) |
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset meħtieġ għad-determinazzjoni tas-sussidju. Saru żjajjar ta’ verifika fil-bini tal-partijiet konċernati li ġejjin:
|
1.5. Komunikazzjoni u kummenti dwar il-proċedura
(18) |
Il-GTI u l-partijiet l-oħra interessati kienu infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuqhom kien ippjanat li tkun imressqa l-proposta għall-emenda tar-rati tad-dazju applikabbli u għall-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti. Ġew mogħtija wkoll żmien raġonevoli biex jikkummentaw. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti kollha ġew ikkunsidrati kif spjegat hawn taħt. |
2. IL-PRODOTT IKKONĊERNAT
(19) |
Il-prodott suġġett għar-reviżjoni huwa bjankerija tas-sodda tal-fibri tal-qoton, puri jew imħalltin b’fibri magħmulin mill-bniedem jew kittien (mingħajr ma l-kittien ikun il-fibra dominanti), ibblijċjati, miżbugħin jew stampati, li joriġinaw fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa huwa kklassifikat fil-kodiċi NM ex 6302 21 00, ex 6302 21 00, ex 6302 31 00 u ex 6302 32 90, kif stipulat fl-investigazzjoni oriġinali. |
3. SUSSIDJI
3.1. Introduzzjoni
(20) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati:
|
(21) |
L-iskemi (1) sa (5) ta’ hawn fuq huma bbażati fuq l-Att dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (l-“Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI biex joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u l-importazzjoni. Dawn jinsabu miġbura fil-qosor fid-dokumenti “Politika tal-Esportazzjoni u l-Importazzjoni”, li l-Ministeru tal-Kummerċ joħroġ kull ħames snin u jaġġorna regolarment. Dokument wieħed tal-Politika ta’ Esportazzjoni u Importazzjoni huwa rilevanti għall-PIR f’dan il-każ; jiġifieri l-pjan ta’ ħames snin dwar il-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2004 sal- 31 ta’ Marzu 2009 (“politika-EXIM 04-09”). Barra minn hekk, il-GTI jistipula wkoll il-proċeduri li jirregolaw il-politika tal-EXIM 04-09 fil-‘Manwal tal-Proċeduri’ – mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009; Volum I (“HOP I 04-09”). Il-Manwal tal-Proċedura jkun aġġornat ukoll fuq bażi regolari. |
(22) |
L-iskema ta’ Eżenzjonijiet tat-Taxxa fuq id-Dħul hija bbażata fuq l-Att tat-Taxxa fuq id-Dħul tal-1961, li tkun emendata kull sena mill-Att tal-Finanzi. |
(23) |
L-Iskema għall-Ħlas lura tad-Dazju hija bbażata fuq Taqsima 75 tal-Att dwar id-Dwana tal-1962, Taqsima 37(2)(xvi) tal-Att tad-Dazju tal-1944 u Taqsimiet 93 A u 94 tal-Att tal-Finanzi tal-1994. Din hija skema ġdida li ma kinitx investigata qabel. |
(24) |
L-Iskema ta’ Fondi għall-Apgrejdjar tat-Teknoloġija hija bbażata fuq Riżoluzzjoni tal-Ministeru tat-Tessuti, tal-Gvern tal-Indja, ippubblika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Indja Parti Straordinarja I Taqsima I fit-31 ta’ Marzu 1999. Din hija skema ġdida li ma kinitx investigata qabel. |
(25) |
L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (ECS) hija bbażata fuq it-taqsimiet 21 u 35 A tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Attività Bankarja tal-1949, li jippermettu lill-Bank tar-Riserva tal-Indja (“BRI”) jagħti struzzjonijiet lill-banek kummerċjali dwar il-kreditu fuq l-esportazzjoni. |
(26) |
Taħt l-Artikolu 11(10) tar-Regolament bażiku l-Kummissjoni stiednet lill-GTI għal kunsultazzjonijiet ulterjuri fir-rigward ta’ skemi mibdula u oħrajn li mhumiex, kif ukoll dawk li ma kienux investigati qabel, bil-għan li tikkjarifika s-sitwazzjoni fattwali dwar l-allegati skemi u biex tinstab soluzzjoni li kulħadd jaqbel fuqha. Wara dawn il-konsultazzjonijiet, u fl-assenza ta’ soluzzjoni li jaqbel fuqha kulħadd fir-rigward ta’ dawn l-iskemi, il-Kummissjoni inkludiethom kollha kemm huma fl-investigazzjoni tas-sussidji. |
3.2. Skemi speċifiċi
3.2.1. Skema tal-Librett għall-Intitolar tad-Dazju (Duty Entitlement Passbook, DEPB)
3.2.1.1. Il-bażi legali
(27) |
Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DEPB tinsab fil-paragrafu 4.3 tal-politika EXIM 04-09 u fil-kapitolu 4 tal-HOP I 04-09. |
3.2.1.2. Eliġibbiltà
(28) |
Kull manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema. |
3.2.1.3. Implimentazzjoni prattika
(29) |
L-esportatur eliġibbli jista’ japplika għall-krediti tad-DEPB li jkunu kkalkulati bħala perċentwali tal-valur tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Dawn ir-rati tad-DAPB kienu stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott konċernat. Huma jkunu ddeterminati fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (standard input-output norms, “SIONs”), billi jkun ikkunsidrat il-kontenut preżunt importat ta’ dak li ddaħħal fil-prodott esportat u l-inċidenza tad-dazju doganali ta’ importazzjoni fuq dawn il-preżunti importazzjonijiet, mingħajr ma jingħata kas jekk id-dazji tal-importazzjoni kinux effettivament tħallsu jew le. |
(30) |
Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija trid tesporta. L-esportatur irid jiddikjara lill-awtoritajiet Indjani li l-esportazzjoni qed issir taħt l-iskema DEPB fil-ħin tal-esportazzjoni. Sabiex il-merkanzija tkun esportata, l-awtoritajiet Indjani tad-dwana joħorġu polza tal-esportazzjoni waqt il-proċedura li matulha l-merkanzija tintbagħat. Dan id-dokument jiddikjara l-ammont ta’ kreditu tad-DEPB li għandu jkun mogħti fuq dik l-esportazzjoni u għalhekk l-esportatur ikun jaf il-benefiċċju li se jirċievi dak il-ħin stess. |
(31) |
Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-kreditu tad-DEPB. Ir-rata tad-DEPB rilevanti biex ikun ikkalkulat il-benefiċċju hija dik applikata fiż-żmien li ssir id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. Tkabbir retroattiv eċċezzjonali tar-rati tad-DEPB sar fiż-żmien tal-PIR, li wassal għal tkabbir fil-benefiċċji tad-DEPB mill-esportazzjonijiet mill-1 ta’ April 2007 sat-12 ta’ Lulju 2008. Madankollu, mhuwiex possibbli li wieħed jissoponi li tnaqqis retroattiv fir-rati tad-DEPB jista jkun implimentat konformement mal-prinċipju ta’ ċertezza legali bħala deċiżjoni amministrattiva negattiva. Għalhekk jista jkun konkluż li l-abilità tal-GTI li jbiddel il-livell tal-benefiċċju b’mod retroattiv hija limitata. |
(32) |
Il-krediti tad-DEPB huma trasferibbli mingħajr l-ebda ostakolu u validi għal 12-il xahar mid-data tal-ħruġ. Dawn il-krediti jistgħu jintużaw biex jitħallsu d-dazji doganali fuq importazzjonijiet sussegwenti tal-oġġetti kollha li jistgħu jkunu importati mingħajr ostakolu, minbarra ġid kapitali. L-oġġetti importati kontra dawn il-krediti jistgħu jinbiegħu fis-suq domestiku (suġġetti għal taxxa fuq il-bejgħ) jew jintużaw mod ieħor. |
(33) |
L-applikazzjonijiet għall-krediti tad-DEPB huma mimlija elettronikament u jistgħu jkopru kull ammont ta’ transazzjonijiet ta’ esportazzjoni. De facto l-ebda limiti stretti ma jeżistu biex isiru applikazzjonijiet għall-krediti tad-DEPB. Is-sistema elettronika wżata biex tamministra l-iskema tad-DEPB ma teskludix awtomatikament it-transazzjoniet ta’ esportazzjoni li jidħlu wara l-limiti tal-perjodu ta’ sottomissjoni msemmi fil-kapitolu 4.47 HOP I 04-09. Barra minn hekk, kif stipulat b’mod ċar fil-kapitolu 9.3 HOP I 04-09, l-applikazzjonijiet li jidħlu wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ sottomissjoni jistgħu dejjem ikunu kkunsidrati b’miżata minima ta’ penali (10 % tal-intitolament). |
(34) |
Filwaqt li r-rati tad-DEPB għall-esportazzjoni għall-prodott konċernat waqt il-PI tal-investigazzjoni oriġinali kienu ta’ 8 %, fil-bidu tal-PIR kienu ta’ 3,7 % biss, li kienu riveduti waqt il-PIR għal 6,7 % (fit-12 ta’ Lulju 2007), u eċċezzjonalment datati b’lura għall-esportazzjonijijet mill-1 ta’ April 2007. |
3.2.1.4. Kummenti dwar dak li ġie żvelat
(35) |
Il-GTI u Textprocil allegaw li l-ebda eżenzjoni żejda ma ngħatat fl-applikazzjoni tal-iskema DAPB u argumentaw li għalhekk l-iskema ma kinitx kumpensatorja. Dan l-argument huwa miċħud fid-dawl tal-konklużjoni fil-premessa (38) li din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxi l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Annessi I (i), II u III ta-Regolament bażiku. Bħala konsegwenza ta’ dan, l-ammont sħiħ ta’ dazji ċeduti huwa kumpesatorju. |
3.2.1.5. Konklużjoni
(36) |
L-iskema DEPB tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-kreditu tad-DEPB huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu se jintuża eventwalment biex ipatti għad-dazji tal-importazzjoni, u b’hekk inaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazju li altrimenti kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DEPB huwa ta’ benefiċċju għall-esportatur, għaliex itejjeb il-likwidità tiegħu. |
(37) |
L-iskema DEPB hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensatorja taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
(38) |
Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma għandu l-ebda obbligazzjoni li fil-fatt jikkonsma l-oġġetti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont tal-kreditu mhux ikkalkulat b’konnessjoni mal-oġġetti li fil-fatt intużaw. Barra minn dan, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema oġġetti kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas żejjed ta’ dazji ta’ importazzjoni fil-kuntest tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Fl-aħħar nett, l-esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPB irrispettivament jekk fil-fatt huwa jimportax materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott. Sabiex jikseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed għall-esportatur li sempliċiment jesporta l-oġġetti mingħajr ma jipprova li kien importat materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott. B’hekk, anki l-esportaturi li jakkwistaw lokalment dak kollu li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża fil-produzzjoni tal-prodott huma wkoll intitolati li jibbenifikaw mill-iskema DEPB. |
3.2.1.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(39) |
Taħt l-Artikoli 2(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji kien ikkalkulat fit-termini tal-benefiċċju li jingħata lil min jirċevih skont dak li jkun eżista matul il-PIR. F’dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li l-benefiċċju jingħata lil min jirċevih fil-mument meta t-transazzjoni tal-esportazzjoni ssir taħt din l-iskema. F’dan il-ħin, il-GTI jkun suġġett li jċedi d-dazji tal-importazzjoni, li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DEPB li għadu jkun mogħti għal dik it-transazzjoni tal-esportazzjoni, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Barra minn hekk, il-produttutri esportatuti li jikkoperaw ikunu kkunsidraw il-krediti DEPB fil-kontabilità tagħhom bħala dħul fil-ħin tat-transazzjoni tal-esportazzjoni fuq il-bażi ta’ ammonti dovuti. |
(40) |
Sabiex ikun ikkunsidrat l-impatt taż-żieda fir-rati b’effett b’lura, il-valur tal-kreditu tad-DEPB għall-esportazzjonijiet bejn l-1 ta’ April u t-12 ta’ Lulju 2007 kien miżjud fejn neċessarju, għaliex il-benefiċċju attwali li l-kumpaniji jkunu ntitolati għalih meta jirċievu l-kreditu mill-GOI huwa ogħla minn dak dikjarat formalment fil-ħin tal-esportazzjoni. |
(41) |
Meta saru talbiet iġġustifikati, il-miżati li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-krediti hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammonti tas-sussidju bħala n-numeratur, taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(42) |
Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju taħt id-DEPB kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta’ dan. |
(43) |
Kuntrarju għas-sottomissjoni ta’ xi produtturi-esportaturi, anke l-kreditu tad-DEPBS iġġenerat mill-esportazzjoni ta’ prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta’ kreditu kumpensatorju tad-DEPBS. Taħt id-DEPBS ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta’ krediti għall-importazzjoni bla dazju ta’ materjal użat fil-produzzjoni ta’ prodott speċifiku. Bil-kuntrarju ta’ dan, il-krediti tad-DEPBS huma trasferibbli liberament, jistgħu wkoll ikunu mibjugħa u jkunu wżati għall-importazzjonijiet ta’ kwalunkwe oġġett li jista’ jkun impurtat bla restrizżzjonijiet (il-materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernt jaqa’ f’din il-kategorija), minbarra oġġetti kapitali. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika mill-krediti kollha tad-DEPBS iġġenerati. |
(44) |
Ħames kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw mill-iskema DEPB matul il-PIR u kisbu marġini ta’ sussidji li jvarjaw minn 0,15 % sa 3,96 %. |
3.2.2. Skema ta’ Awtorizzazzjoni għal-Importazzjoni bla Dazju (Duty Free Imports Authorisation, DFIA)/Skema ta’ Ċertifikat għar-Riforniment bla Dazju (Duty Free Replenishment Certificate, DFRC)
3.2.2.1. Il-bażi legali
(45) |
Id-deskrizzjoni ddettaljata tad-DFIA tinstab fil-kapitolu 4 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 4 tal-HOP I 04-09. L-iskema kienet introdotta fl-1 ta’ Mejju 2006 u ħadet post l-iskema DFRC, li kkumpensa għaliha r-Regolament oriġinali. |
3.2.2.2. Eliġibbiltà
(46) |
Id-DFIA hija maħruġa lil kull negozjant-esportatur jew manifattur-esportatur għall-importazzjoni ta’ materjal użat fil-manifattura tal-prodott għall-esportazzjoni ħieles minn dazju doganali bażiku, dazju doganali addizzjonali, fond tal-edukazzjoni, dazju tal-anti-dumping u dazju ta’ salvagwardja, jekk huwa l-każ. |
3.2.2.3. Implimentazzjoni prattika
(47) |
Id-DFIA hija skema ta’ wara u qabel l-esportazzjoni li tħalli l-importazzjoni ta’ materjal konformement man-normi tas-SION, iżda li, fil-każ ta’ DFIA trasferibbli, ma għandux neċessarjament ikun għall-użu fil-manifattura tal-prodott esportat. |
(48) |
Id-DFIA tkopri biss l-importazzjoni ta’ materjal li se jkun użat fil-produzzjoni kif preskritt fis-SION. L-intitolar għall-importazzjoni huwa limitat għall-kwantità u l-valur imsemmija fis-SION, iżda jista’ jkun rivedut mill-awtoritajiet reġjonali jekk issir talba. |
(49) |
L-obbligazzjoni tal-esportazzjoni hija suġġetta għar-rekwiżit ta’ valur addizzjonali minimu ta’ 20 %. Dawn l-esportazzjonijijet jistgħu jsiru qabel l-awtorizzazzjoni tad-DFIA, f’liema każ l-intitolar tal-importazzjoni jkun issettjat proporzjonalment mal-esportazzjoni provviżorja. |
(50) |
Meta l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni tkun imwettqa l-esportatur jista’ jitlob it-trasferiment tal-awtorizzazzjoni DFIA, li fil-prattika tfisser permess biex tinbiegħ il-liċenzja tal-importazzjoni bla dazju fuq is-suq. |
3.2.2.4. Kummenti dwar dak li ġie żvelat
(51) |
Il-GTI u Texprocil allegaw li d-DFRC hija skema leġittima għall-ħlas lura ta’ dazju, minħabba li l-iskema tipprovdi għar-riforniment ta’ materjal użat fil-produzzjoni tal-prodott esportat u kienet ikkunsidrata raġonevoli, effettiva u bbażata fuq prattiċi aċċettati b’mod ġenerali fl-Indja. Billi l-kwantità, il-kwalità u l-karatteristiċi u speċifikazzjonijiet tekniċi jaqblu ma’ materjal użat fil-produzzjoni tal-prodott ta’ esportazzjoni, taħt il-GTI u Texprocil l-iskema hija permessibbli taħt il-Ftehim fuq Sussidji u Miżuri Kumpensatorji (ASCM). Il-GTI u Texprovil saħqu wkoll li, meta jkun stmat jekk hijiex skema leġittima għall-ħlas lura ta’ dazju, il-kundizzjoni rilevanti hija li wieħed iħares lejn dak li qed jiġi importat u mhux min qed jimporta. Kien misħuq ukoll li sakemm u safejn il-Gvern huwa konċernat, l-ebda benefiċċju addizzjonali ma jingħata. Kien għaldaqstant misħuq li l-iskema ma kinitx kumpensatorja. L-ebda evidenza ġdida ma kienet sottomessa biex tappoġġja dawn l-argumenti u għalhekk dawn l-argumenti qed ikunu miċħuda fid-dawl tal-konklużjonijiet fil-premessi (52) sa (55) li l-ebda mis-sottoskemi ma’ jistgħu jkunu kkunsidrati sistemi permessibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i), II u III ta-Regolament bażiku. Bħala konsegwenza ta’ dan, l-ammont sħiħ ta’ benefiċċju huwa kumpensatorju. |
3.2.2.5. Konklużjoni
(52) |
Għalkemm hemm xi differenzi bejn l-applikazzjoni tal-iskema l-ġdida DFIA, meta mqabbla mal-iskema kumpensatorja DFRC ta’ qabel, id-DFIA l-ġdida għandha tkun ikkunsidrata bħala kontinwazzjoni tal-iskema DFRC, għaliex tinkludi l-elementi prinċipali tad-DFRC. |
(53) |
Kemm id-DFRC u d-DFIA jipprovdu sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(i) u (ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ għotja. Jinvolvu trasferiment dirett ta’ fondi, minħabba li jistgħu jinbiegħu u jinbidlu fi flus kontanti, jew jintużaw biex jagħmlu tajjeb għal dazji ta’ importazzjoni, billi jwasslu lill-GTI jċedi dħul li kieku kien ikun mistħoqq. Barra minn hekk, id-DFRC u d-DFRA huma ta’ benefiċċju għall-esportatur, għaliex itejbu l-likwidità tiegħu. |
(54) |
Kemm id-DFRC u d-DFIA huma assoċjati fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa speċifiċi u kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
(55) |
Barra minn hekk, l-ebda minn dawn l-iskemi ma tista’ titqies bħala sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju permissibbli fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma m’humiex konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari: (i) jippermettu għar-rimborżi ex post jew ħlas lura ta’ tariffi tal-importazzjoni fuq materjal li jintuża fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ prodott ieħor; (ii) ma hemm l-ebda sistema ta’ verifika jew proċedura fis-seħħ li tikkonferma jekk u liema materjal ikun kkunsmat fil-proċess ta’ produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx hemm benefiċċju eċċessiv fil-kuntest tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. u (iii) it-trasferibilità taċ-ċertifikati/awtorizzazzjonijiet timplika li esportatur li huwa mogħti DFRC jew DFIA ma huwa taħt l-ebda obbligazzjoni li juża ċ-ċertifikat biex jimporta l-materjal li se jintuża fil-produzzjoni. |
3.2.2.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(56) |
Għall-identifikazzjoni tal-ammont tal-benefiċċju jrid ikun ikkunsidrat li, kontra l-każ tad-DEPB, il-liċenzji tad-DFRC u d-DFIA ma għandhom l-ebda bażi ta’ valur jew rati ta’ kreditu. Il-liċenzja tindika l-ammont totali ta’ materjal għall-użu fil-produzzjoni li huwa permess u l-ammont massimu ta’ valur tas-CIF ta’ dawn l-importazzjonijiet. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-benefiċċju ma jkunx magħruf fil-ħin tal-esportazzjonijiet, u jkun jista’ biss ikun determinat u meħud fil-kontabilità wara li l-liċenzja għall-importazzjoni tkun wżata jew mibjugħa. |
(57) |
Għaldaqstant, fil-każ fejn il-liċenzji kienu wżati għall-importazzjonijiet, il-benefiċċju tal-kumpaniji kien ikkalkulat fuq il-bażi tal-ammont ta’ dazji tal-importazzjoni mitlufa. Fil-każijiet fejn il-liċenzji kienu trasferiti (mibjugħa), il-benefiċċju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-dħul minn dan il-bejgħ matul il-PIR. |
(58) |
L-investigazzjoni stabbiliet li ħames kumpaniji li kienu qed jesportaw taħt id-DFRC u/jew d-DFIA biegħu l-awtorizzazzjonijiet/ċertifikati tagħhom lil kumpaniji terzi. |
(59) |
Produttur-esportatur partikolari argumenta li kien għamel użu minn waħda mill-awtorizzazzjonijiet tad-DFI tiegħu bħala ħlas lura ta’ sostituzzjoni u li ma kellux eżenzjonijiet żejda mid-dazji tal-importazzjoni taħt il-liċenzja partikolari. L-investigazzjoni stabbiliet li l-kwantitajiet tal-importazzjoni u l-esportazzjoni taħt dik il-liċenzja partikolari ma kienux użati kollha u li l-liċenzja kienet għadha ma għalqitx u ma kinitx ivverifikata konformement mar-regoli stipulati mill-politika EXIM. Għaldaqstant, u b’kunsiderazzjoni għall-konklużjonijiet taħt il-premesssa (55), kien konkluż li l-kumpanija ma setgħatx tipprova li l-ebda eżenzjoniji żejda ma ngħatat taħt dik il-liċenzja partikolari. L-ammont sħiħ tas-sussidji ffrankati mill-importazzjonijiet li saru bl-użu ta’ dik il-liċenzja huma għalhekk ikkunsidrati bħala sussidju, u t-talba kienet għalhekk miċħuda. |
(60) |
Meta saru talbiet iġġustifikati, il-miżati li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-benefiċċji hekk stabbiliti biex wieħed jasal għall-ammont tas-sussidju bħala n-numeratur, taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(61) |
Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju taħt id-DFRC/DFIA kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta’ dan. |
(62) |
Kuntrarju għas-sottomissjoni ta’ xi produtturi-esportaturi, anke l-kreditu tad-DFRC/DFIA iġġenerat mill-esportazzjoni ta’ prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta’ kreditu kumpensatorju tad-DEPBS. Taħt id-DFRC/DFIA ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta’ krediti għall-importazzjoni bla dazju ta’ materjal użat fil-produzzjoni ta’ prodott speċifiku. Bil-kuntrarju ta’ dan, il-krediti tad-DFRC/DFIA huma trasferibbli liberament, jistgħu wkoll ikunu mibjugħa u jkunu wżati għall-importazzjonijiet ta’ kwalunkwe oġġett li jista’ jkun impurtat bla restrizżzjonijiet (il-materjal li jintuża fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernt jaqa’ f’din il-kategorija), minbarra oġġetti kapitali. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika mill-benefiċċji kollha tad-DFRC/DFIA iġġenerati. |
(63) |
Ħames kumpaniji fil-kampjun instabu li bbenefikaw minn dawn l-iskemi matul il-PIR b’marġini ta’ sussidji li jvarjaw minn 0,09 % sa 2,03 %. |
3.2.3. L-iskema ta’ Promozzjoni ta’ Esportazzjoni ta’ Merkanzija Kapitali (Export Promotion Capital Goods, EPCG)
3.2.3.1. Il-bażi legali
(64) |
Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema EPCG tinsab fil-kapitolu 5 tal-politika-EXIM 04-09 u fil-kapitolu 5 tal-HOP I 04-09. |
3.2.3.2. Eliġibbiltà
(65) |
Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi sekondarji u dawk li jipprovdu servizz huma eliġibbli għal din l-iskema. |
3.2.3.3. Implimentazzjoni prattika
(66) |
Taħt il-kundizzjoni ta’ obbligu tal-esportazzjoni, il-GTI joħroġ liċenzja EPCG fuq il-bażi ta’ applikazzjoni u ħlas ta’ miżata. Din il-liċenzja tħalli kumpanija timporta oġġetti kapitali (ġodda u - minn April 2003 - oġġetti kapitali diġà użati mhux li ma għandhomx aktar minn 10 snin) b’rata mnaqqsa ta’ dazju. Sal-31 ta’ Marzu 2000, kienet applikabbli rata ta’ dazju effettiva ta’ 11 % (inkluż ħlas barrani ta’ 10 %) u, fil-każ ta’ importazzjoni ta’ oġġetti ta’ valur għoli ma kienet tapplika l-ebda rata ta’ dazju. Minn April 2000 l-iskema stipulat rata mnaqqsa ta’ dazju ta’ importazzjoni ta’ 5 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt l-iskema. Sabiex tkun sodisfatta l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ oġġetti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu. Fid-9 ta’ Mejju 2008, jiġifieri barra l-PIR, il-GTI ħabbar li d-dazju pagabbli fuq l-importazzjoni taħt l-iskema EPCG kien tbaxxa għal 3 %. |
(67) |
Id-detentur tal-liċenzja tal-EPCG jista’ wkoll jixtri l-merkanzija kapitali lokalment. F’każijiet bħal dawn, id-detentur tal-liċenzja EPCG għandu japplika għall-invalidazzjoni tal-liċenzja EPCG. Il-manifattur lokali tal-merkanzija kapitali speċifikat fl-ittra tal-invalidità isir eleġibbli għall-benefiċċju tal-esportazzjoni msemmi u jkun intitolat għall-benefiċċju ta’ importazzjoni mingħajr dazju ta’ materjal li jintuża għall-manifattura ta’ din il-merkanzija kapitali. Madankolla, id-dazju tas-sisa pagabbli fuq ix-xiri domestiku tal-merkanzija kapitali mid-detentur tal-liċenzja EPCG jista’ jkun ritornat jew eżentat. Id-detentur ta’ liċenzja EPCG huwa responsabbli li jissodisfa l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni, li hija stipulata b’riferenza għad-dazji doganali nazzjonali fuq il-valur FOB tal-merkanzija impurtata. |
3.2.3.4. Kummenti fuq dak li ġie żvelat
(68) |
Il-GTI saħaq li l-ebda benefiċċju ma ngħata fil-każijiet fejn id-dententur tal-liċenzja EPCG japplika għall-invalidar tal-liċenzja tal-EPCG tiegħu u jixtraw l-oġġetti kapitali minn pajjiżu stess minħabba li l-ebda regolament rispettiv tal-gvern ma kien maħruġ biex jagħti eżenzjoni mill-pagament ta’ dazji tas-sisa għal dan ix-xiri. Madankollu, kien ukoll ikkonfermat mill-GTI li taħt ċerti kundizzjonijiet, id-detentur tal-liċenzja EPCG jista’ jixtri oġġetti kapitali mingħajr ħlas ta’ dazju tas-sisa, jiġifieri fil-każijiet fejn dan id-dazju ma jkunx meħud fil-kontabilità taħt is-sistema tal-kreditu Ċentrali Indjana tat-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (CENVAT). Barra minn hekk, il-fornitur domestiku tal-oġġetti kapitali f’dawn il-każijiet huwa eleġibbli għall-benefiċċji fiskali li jkunu riflessi fil-prezz tal-oġġetti kapitali provduti. Minħabba li dan huwa benefiċċju li jista’ jkun provdut fuq il-kundizzjoni ta’ esportazzjoni, billi ma jkun hemm l-ebda tibdil fl-obbligazzjoni tal-esportazzjoni tad-detentur tal-liċenzja tal-EPCG fil-każ ta’ invalidazzjoni, kien ikkunsidrat li l-argument għandu jiġi miċħud u l-konklużjonijiet jibqgħu kif kienu. |
3.2.3.5. Konklużjoni
(69) |
L-iskema EPCG tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis tad-dazju, jew fil-każ ta’ xiri domestiku, ir-rifużjoni tat-taxxi jew l-eżenzjoni tagħhom, jiffurmaw kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, għaliex din il-konċessjoni tnaqqas mid-dħul tal-GTI, li kieku jkun dovut. |
(70) |
Barra dan, it-tnaqqis fid-dazju jibbenefika lill-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati waqt l-importazzjoni jtejbu l-likwidità tiegħu. Fil-każ ta’ rifużjoni/eżenzjoni mid-dazju tas-sisa, ir-rifużjoni jew eżenzjoni mid-dazju tas-sisa hija ta’ benefiċċji għall-esportatur, għaliex id-dazji ffrankati fuq ix-xiri tal-merkanzija kapitali jtejbu l-likwidità tiegħu. |
(71) |
Barra dan, l-EPCG hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr l-obbligazzjoni li ssir l-esportazzjoni. Għaldaqstant, titqies bħala speċifika u soġġetta għal miżuri kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
(72) |
Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli għall-eżenzjoni ta’ taxxi indiretti kumulattivi pagabbli qabel jew sistema premissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali m’humiex koperti mill-isfera ta’ applikazzjoni ta’ sistemi permissibbli bħal dawn, kif spjegat fl-Anness I, partiti (h) u (i), tar-Regolament bażiku, għaliex huma ma jkunx ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni. Fil-każ ta’ eżenzjoni ta’ taxxi indiretti kumulattivi pagabbli qabel ta’ min jinnota li l-esportaturi ma jkunux intitolati għall-istess eżenzjoni jekk ma jkunux marbuta mill-obbligu ta’ esportazzjoni |
3.2.3.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(73) |
L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali li ma tħallasx fuq l-oġġetti kapitali importati jew fuq il-bażi tad-dazju tas-sisa mhux imħallsa/rimburżat fuq oġġetti mixtrija mis-suq lokali, kif applikabbli, mifrux fuq perjodu li jirrefletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn l-oġġetti kapitali. Taħt il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, li huwa attribwit lill-PIR, kien aġġustat billi jiżdiedu miegħu l-interessi ta’ matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur tal-benefiċċju matul iż-żmien. Ir-rata kummerċjali tal-interessi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni fl-Indja kienet ikkunsidrata xierqa għal dan il-għan. Id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma biex wieħed jasal għall-ammont ta’ sussidju bħala n-numeratur. Taħt l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(74) |
Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju taħt l-EPCG kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta’ dan. |
(75) |
Kuntrarju għas-sottomissjoni ta’ xi produtturi-esportaturi, anke l-benfiċċju tal-EPCG iġġenerat mill-esportazzjoni ta’ prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta’ benefiċċju kumpensatorju. Taħt l-EPCGS ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta’ benefiċċji għall-importazzjoni bla dazju ta’ materjal użat fil-produzzjoni ta’ prodott speċifiku. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika mill-krediti kollha tad-EPCG iġġenerati. |
(76) |
Erba’ kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn din l-iskema matul il-PIR b’marġini ta’ sussidju jvarjaw sa massimu ta’ 1,45 %, filwaqt li għal kumpanija minnhom il-benefiċċju kien kważi bla valur. |
3.2.4. Skema ta’ Liċenzja bil-Quddiem (Advance Licence Scheme, “ALS”)/Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorization Scheme, “AAS”)
3.2.4.1. Il-bażi legali
(77) |
Id-deskrizzjoni ddettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.1 sa 4.1.14 tal-politika-EXIM 04-09 u l-kapitoli 4.1 sa 4.30 tal-HOP I 04-09. Din l-iskema kienet imsejħa “Skema ta Liċenzja bil-Quddiem” matul il-perjodu tal-investigazzjoni preċedenti li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju kumpensatorju definittiv li bħalissa huwa fis-seħħ. |
3.2.4.2. Eliġibbiltà
(78) |
L-AAS tikkonsisti f’sitt sottoskemi, kif deskritti f’aktar dettall fil-premessa (79). Dawk is-sottoskemi inter alia għandhom ambitu ta’ eliġibbiltà differenti. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” produtturi sekondarji jkunu eliġibbli għall-AAS għall-esportazzjoni materjali u għall-AAS għar-rekwiżit annwali. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu l-esportatur finali jkunu eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Il-kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji “meqjusa bħala esportati” imsemmija fil-paragrafu 8.2 tal-politika EXIM 04-09, bħall-fornituri ta’ unità orjentata lejn l-esportazzjoni (“EOU”), huma eliġibbli għall-AAS meqjusa bħala esportati. Fl-aħħar nett, il-fornituri intermedji li jfornu lil manifatturi-esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji “meqjusa bħala esportati” taħt is-sottoskemi Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (“ARO”) u ittra ta’ kreditu interna li tinħareġ immedjatament kif tagħlaq dik ta’ qabilha. |
3.2.4.3. Implimentazzjoni prattika
(79) |
Awtorizzazzjonijiet bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:
|
(80) |
Kien stabbilit li matul il-perjodu tal-PIR żewġ esportaturi li qed jikkollaboraw ibbenefikaw minn tnejn mill-iskemi msemmija aktar ‘il fuq, relatati mal-prodott ikkonċernat, jiġifieri (i) esportazzjoni maternali ALS/AAS u (ii) ALS għall-provvisti intermedji. Għaldaqstant ma kienx hemm bżonn ikun stabbilit il-kumpens tas-sottoskemi li kien fadal. |
(81) |
Wara l-impożizzjoni tad-dazju kumpensatorju definittiv fis-seħħ bħalissa, il-GTI mmodifika s-sistema ta’ verifika applikabbli għall-ALS/AAS. Għal skop ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa obbligat legalment li jżomm “rendikont veru u xieraq tal-konsum u l-użu ta’ oġġetti importanti bla dazju/mixtrija lokalment” fil-format speċifikat (il-kapitoli 4.26, 4.30 u l-Appendiċi 23 HOP I 04-09), jiġifieri reġistru tal-konsum vera u proprju. Dan ir-reġistru għandu jkun verifikat minn uffiċjal tal-kontabilità estern imqabbad/uffiċjal tal-kontabilità tal-ispejjeż u uffiċjal tal-kontabilità tax-xogħlijiet li joħroġ ċertifikat li r-reġistri preskritti u l-fatti relevanti kienu eżaminati u li l-informazzjoni provvista taħt l-Appendiċi 23 hija vera u korretta f’kull rispett. Madankollu, id-dispożizzjonijiet msemmija japplikaw biss għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem maħruġa fit-13 ta’ Mejju 2005 jew wara. Għall-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem u l-Liċenzji bil-Quddiem kollha maħruġa qabel dik id-data, id-detenturi huma mitluba jsegwu d-dispożizzjonijiet ta’ verifika li kienu japplikaw qabel, jiġifieri li jżommu rendikont veru u proprju tal-konsum u l-użu taħt il-liċenzja tal-oġġetti importati fil-format speċifikat fl-Appendiċi 18 (kapitolu 4.30 u Appendiċi 18 HOP I 02-07). |
(82) |
Fir-rigward tas-sottoskemi wżati waqt il-PIR miż-żewġ produtturi esportaturi fil-kampjun, jiġifieri esportazzjoni materjali u provvisti intermedji, kemm il-permess għall-importazzjoni u l-obbligazzjoni tal-esportazzjoni huma fissi fil-volum u l-valur mill-GTI u huma ddokumentati fuq il-liċenzja. Barra minn hekk, fil-ħin tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-transazzjonijiet li jikkorrispondu jridu jkunu ddokumentati mill-uffiċjali tal-Gvern fuq il-liċenzja. Il-volum tal-importazzjonijiet konċess taħt din l-iskema jkun iddeterminat mill-GTI fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (“SIONs”). Is-SIONs jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott konċernat u jkunu ppublikati fil-HOP II 04-09. |
(83) |
Il-materjal importat biex jintuża fil-manifattura tal-prodott ma jkunx transferibbli u jrid jintuża biex ikun maħdum il-prodott esportat li jirriżulta. L-obbligazzjoni tal-esportazzjoni trid tkun osservata għat-tul ta’ żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (24-il xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ sitt xhur kull waħda). |
3.2.4.4. Kummenti dwar dak li ġie żvelat
(84) |
Il-GTI allega li kellu sistemi ta’ verifika xierqa għall-iskema taħt l-Appendiċi 23 tal-HOP I 04-09, u li l-ebda eżenzjonijiet żejda ma saru fl-applikazzjoni tal-ALS/AAS. Kien argumentat li għalhekk l-iskema ma kinitx kumpensatorja. L-ebda evidenza ġdida ma kienet sottomessa biex tappoġġja dawn l-allegazzjonijiet u għalhekk dan l-argument qed ikunu miċħud fid-dawl tal-konklużjonijiet li l-ebda mis-sottoskemi ma’ jistgħu jkunu kkunsidrati sistemi permessibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Annessi II u III ta-Regolament bażiku, peress li ma kienx hemm sistema ta’ verifika xierqa. |
(85) |
Barra minn hekk, taħt l-Anness II(II)5 u l-Anness III(II)(3) ta-Regolament bażiku, fejn instab li ma kien hemm l-ebda sistema ta’ verifika xierqa, dan jista’ jkun megħlub permezz ta’ eżaminar ulterjuri tal-pajjiż tal-esportazzjoni sabiex ikun ippruvat jekk sarx pagament żejjed. Billi l-ebda eżaminar simili ma saret qabel iż-żjarat ta’ verifika, kif ukoll ma kienx ippruvat li l-ebda pagament żejjed ma sar, l-argument huwa miċħud. |
3.2.4.5. Konklużjoni
(86) |
L-eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni hija sussidju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI li tagħti benefiċċju lill-esportaturi. |
(87) |
Barra minn hekk, l-ALS/AAS għall-esportazzjoni materjali u l-ALS għall-provvista intermedja huma assoċjati b’mod ċar fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa li jkunu speċifiċi u kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr l-obbligazzjoni li tesporta l-kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi. |
(88) |
L-ebda miż-żewġ sottoskemi użati fil-każ preżenti, ALS/AAS għall-esportazzjoni materjali u l-ALS għall-provvista intermedja, ma jistgħu jitqiesu bħala sistemi permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma m’humiex konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. |
(89) |
Fir-rigward tal-produttur esportatur li għamel użu mill-AAS, l-investigazzjoni stabbiliet li r-rekwiżiti ġodda ta’ verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani ma kienux ittestjati fil-prattika għax il-liċenzji ma kienux magħluqa sal-ħin tal-verifika, u għalhekk ma kienux verifikati konformement mar-regoli preskritti mill-politika EXIM. Għaldaqstant, il-kumpanija ma setgħatx tipprova li l-ebda eżenzjoni żejda ma saret taħt dik il-liċenzja partikolari. L-ammont sħiħ ta’ dazji ffrankati fuq l-importazzjonijiet li saru b’dik il-liċenzja ghandhom għalhekk jitqiesu bħala sussidju. |
(90) |
Il-GTI ma applikax effettivament is-sistema jew il-proċedura ta’ verifika tiegħu biex jikkonferma jekk u f’liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kien ikkunsmat fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi alternattivi għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-SIONs nfushom ma jistgħux jitqiesu bħala sistema ta’ verifika tal-konsum attwali, għaliex il-materjal impurtat bla dazju bl-użu ta’ awtorizzazzjonijiet/liċenzji b’ġabriet differenti ta’ SIONs huma mħallta fl-istes proċess ta’ produzzjoni tal-oġġett esportat. Dan it-tip ta’ proċess ma jħallix lill-GTI jivverifika b’biżżejjed preċiżjoni liema ammont ta’ materja kienet kkunsmata fil-produzzjoni tal-oġġett esportat u taħt liema kejl tas-SION għandu jkun imqabbel. |
(91) |
Barra minn hekk, kontroll effettiv mill-GTI bbażat fuq reġistru ta’ konsum attwali miżmum kif suppost jew ma sarx jew għadu mhux komplut. Barra dan, il-GTI ma għamilx eżami addizzjonali bbażat fuq l-oġġetti attwalment użati fil-produzzjoni li kienu involuti, għalkemm dan ikun meħtieġ li jsir normalment fin-nuqqas tal-applikazzjoni effettiva ta’ sistema ta’ verifika (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). |
(92) |
Għalhekk iż-żewġ sottoskemi huma kumpensatorji. |
3.2.4.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(93) |
Fl-assenza ta’ skema permessibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxi l-ħlas lura ta’ dazju, il-benefiċċju kumpensatorju huwa t-total tad-dazji tal-importazzjoni eżentati li normalment huma pagabbli mal-importazzjoni tal-materja. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li r-Regolament bażiku ma jipprovdix biss għall-miżuri kumpensatorji kontra eżenzjonijiet “żejda” tad-dazju. Taħt l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) ta-Regolament bażiku, eżenzjoni żejda tad-dazji biss tista’ tkun ikkumpensata, sakemm il-kundizzjonijiet fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku huma milħuqa. Madankollu dawn il-kundizzjonijiet ma kienux milħuqa fil-każ preżenti. Għaldaqstant, jekk l-assenza ta’ proċess ta’ monitoraġġ adegwat tkun stabbilita, l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq għall-iskema ta’ ħlas lura ta dazji mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-kumpens tal-ammont ta’ (dħul mitluf) dazji mhux imħallsa, minflok l-eżenzjoni żejda intenzjonata. Kif stipulat fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku r-responsabilità għal kalkolu tal-eżenzjoni żejda mhijiex fuq l-awtorità li qed tikkonduċi l-investigazzjoni. Bil-kontra ta’ dan, taħt l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku din għandha biss tipprovdi biżżejjed evidenza biex tipprovdi kontra-argumenti dwar il-validità ta’ sistema ta’ verifika ppreżentata bħala tali. |
(94) |
L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-dazji tal-importazzjoniji ċeduti (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali) fuq il-materjal importat taħt iż-żewġ sottoskemi użati għall-prodott konċernat matul il-PIR. Taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex tinkiseb il-liċenzja tnaqqsu mill-ammont ta’ sussidju meta saru talbiet iġġustifikati. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni ġenerat mill-prodott konċernat matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(95) |
Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju taħt l-ALS/AAS kienu sottomessi. Fejn dawn il-kummenti kienu ġustifikati, il-kalkolazzjonijiet kienu modifikati kif meħtieġ. |
(96) |
Kuntrarju għas-sottomissjoni ta’ xi produtturi-esportaturi, anke l-benfiċċju tal-ALS/AAS iġġenerat mill-esportazzjoni ta’ prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta’ benefiċċju kumpensatorju. Taħt l-ALS/AAS ma teżisti l-ebda obbligazzjoni li tillimita l-użu ta’ benefiċċji għall-importazzjoni bla dazju ta’ materjal użat fil-produzzjoni ta’ prodott speċifiku. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika mill-benefiċċji kollha tal-ALS/AAS iġġenerati. |
(97) |
Żewġ kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw mill-ALS jew mill-AAS bil-benefiċċju jvarja minn 0,17 % sa 1,74 %. |
3.2.5. Żoni ta’ Proċessar ta’ Esportazzjoni/Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (EPZs/EOUs)
(98) |
Instab li l-ebda mill-produtturi esportatuti li qegħdin jikkoperaw ma kien lokalizzat f’SEZS jew EPZS, jew ma kellu l-istat ta’ EOU. Għaldaqstant, ma kienx hemm bżonn li din l-iskema tkun analizzata aktar fil-fond f’din l-investigazzjoni. |
3.2.6. Skema tal-Eżenzjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul (“ITES”)
(99) |
Taħt din l-iskema l-esportaturi jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni parzjali tat-taxxa fuq id-dħul fuq il-profitti mill-bejgħ bl-esportazzjoni. Il-bażi legali ta’ din l-eżenzjoni kienet stipulata mit-Taqsima 80HHC tal-ITA. |
(100) |
Id-dispożizzjoni kienet abolita mis-sena ta’ stima 2005-2006 (jiġifieri għas-sena finanzjarja mill-1 ta’ April 2004 sal-31 ta’ Marzu 2005) ‘il quddiem u għalhekk l-80HHC tal-ITA ma jagħti l-ebda benefiċċji wara l-31 ta’ Marzu 2004. L-ebda mill-produtturi esportaturi li qegħdin jikkoperaw ma bbenefikaw minn din l-iskema waqt il-PIR. Għaldaqstant, ma kienx hemm bżonn li din l-iskema tkun analizzata aktar fil-fond f’din l-investigazzjoni. |
3.2.7. Skema għall-Ħlas lura tad-Dazju (“DDS”)
3.2.7.1. Il-bażi legali
(101) |
L-iskema hija bbażata fuq Taqsima 75 tal-Att dwar id-Dwana tal-1962, Taqsima 37(2)(xvi) tal-Att tad-Dazju tal-1944 u Taqsimiet 93 A u 94 tal-Att tal-Finanzi 1994. |
3.2.7.2. Eliġibbiltà
(102) |
Kull esportatur huwa eleġibbli għal din l-iskema. |
3.2.7.3. Implimentazzjoni prattika
(103) |
Hemm żewġ tipi ta’ rati ta’ ħlas lura ta’ dazju mwaqqfa mill-GTI – rati tal-“industrija kollha” huma applikati fuq bażi ta’ somma ta’ darba għall-esportaturi ta’ prodott speċifiku, u rati tad- “ditta” li japplikaw fuq il-bażi ta’ kumpanija għall-prodotti mhux koperti mir-rati tal- “industrija kollha”. L-ewwel tip (rata għall-industrija kollha) huwa dak rilevanti għall-prodott konċernat. |
(104) |
Ir-rati tal-industrija kollha għall-ħlas lura tad-dazju huma kkalkolati bħala perċentwal tal-valur tal-prodotti esportati taħt din l-iskema. Dawn ir-rati tal-industrija kollha kienu stabbiliti mill-awtoritajiet Indjani għall-biċċa l-kbira tal-prodotti, inkluż il-prodott konċernat. Huma determinati fuq il-bażi ta’ stima tat-taxxi indiretti u l-miżati tal-importazzjoni fuq oġġetti u servizzi wżati fil-proċess ta’ manifattura tal-prodott esportat (dazji tal-importazzjoni, dazju tas-sisa, taxxi fuq is-servizzi, eċċ.), inkluż stima tat-taxxi indiretti u miżati tal-importazzjoni fuq oġġetti u servizzi għall-manifattura tal-komponenti li se jintużaw fil-manifattura tal-prodott esportat, u b’mod li ma jagħtix kas jekk dawn it-taxxi tħallsux jew le. L-ammont ta’ DDS huwa suġġett għal-limitu massimu tal-prodott esportat għal kull unità. Jekk il-kumpanija tista’ tikklejmja lura xi ftit minn dawn id-dazji mis-sistema CENVAT ir-rata ta’ ħlas lura tkun anqas. |
(105) |
Ir-rati ta’ ħlas lura ta’ dazji fuq il-prodott konċernat kienu riveduti diversi drabi waqt il-PIR. Sal-1 ta’ April 2007 ir-rati applikabbli kienu jvarjaw minn 6,4 % għal 6,9 % konformement mat-tip ta’ prodott, sal-1 ta’ Settembru 2007 minn 9,1 % sa 9,8 %. Fit-13 ta’ Diċembru 2007 jiġifieri wara t-tmiem tal-PIR, ir-rati ta’ ħlas lura kienu miżjuda għal 10,1 % sa 10,3 % u ż-żieda datata b’lura għall-importazzjonijiet mill-1 ta’ Settembru 2007, jiġifieri fil-perjodu tal-PIR. |
(106) |
Biex tkun eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema, il-kumpanija trid tesporta. Fil-mument li tkun qed issir l-esportazzjoni, trid issir dikjarazzjoni mill-esportatur lill-awtoritajiet fl-Indja li tindika li l-esportazzjoni qed issir taħt id-DDS. Sabiex l-oġġetti jkunu esportati, l-awtoritajiet doganali Indjani joħorġu, waqt il-proċedura tad-dispaċċ, il-polza tal-esportazzjoni. Dan id-dokument juri, inter alia, l-ammont tal-kreditu tad-DDS li jrid jingħata għal dik it-transazzjoni ta’ esportazzjoni. L-esportatur b’hekk ikun jaf il-benefiċċju li se jirċievi u jinkludih fil-kontabilità bħala dħul dovut. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-kreditu tad-DDS. Ir-rata tad-DDS rilevanti biex ikun ikkalkulat il-benefiċċju hija b’mod ġenerali dik applikata fiż-żmien li ssir id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni. Tkabbir retro-attiv fir-rati tal-ħlas lura ta’ dazju sar fil-perjodu tal-PIR, li kien ikkunsidrat fil-kalkolu tal-ammont tas-sussidju. |
3.2.7.4. Kummenti dwar dak li ġie żvelat
(107) |
Ħafna partijiet argumentaw li d-DDS ma setgħetx tkun kumpensatorja f’din l-investigazzjoni billi ma kinitx imsemmija speċifikamanet fil-kwestjonarji ta’ kontra s-sussidju maħruġ fil-bidu tal-investigazzjoni. Dan l-argument huwa miċħud għar-raġunijiet li ġejjin. L-għan ta’ din ir-reviżjoni taħt l-avviż ta’ bidu huwa “l-livell ta’ sussidjar”, li ta benefiċċju lill-produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat, jiġifieri l-iskemi kollha ta’ sussidju mħaddma mill-GTI. |
(108) |
Kien argumentat li d-DDS ma kinitx assoċjata mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni minħabba li l-benefiċċju taħt din l-iskema ma huwiex relatat mal-livelli ta’ esportazzjonijiet li jsiru mill-esportaturi. Dan l-argument huwa miċħud, minħabba li l-benefiċċju tad-DDS jista’ biss jintalab jekk il-prodott ikun esportat, li hija kundizzjoni suffiċjenti biex jintlaħaq il-kriterju ta’ assoċjazzjoni mal-esportazzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Fid-dawl ta’ din il-konklużjoni, mhuwiex neċessarju jkun analizzat l-argument li d-DDS mhuwiex speċifiku fil-kuntest tal-Artikolu 3 (2) u (3) tar-Regolament bażiku. |
(109) |
Il-GTI saħaq li d-DDS hija sistema ta’ ħlas lura ta’ dazju kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, u li l-proċedura għat-twaqqif tar-rati ta’ ħlas lura għall-industrija kollha kienet raġonevoli, effettiva u bbażata fuq prattiċi kummerċjali aċċettati b’mod ġenerali fil-pajjiż tal-esportazzjoni taħt l-Anness II (II) (4) u l-Anness III (II) (2). Kif imsemmi fil-premessa (104) aktar ‘l fuq, din il-proċedura tinvolvi stima tal-materjal użat fil-produzzjoni u d-dazji tal-importazzjoni u t-taxxi indiretti mħallsa fl-industrija kollha. Madankollu, din il-proċedura ma kinitx preċiża biżżejjed anke konformement mas-sottomissjoni tal-GTI. Il-GTI kkonferma li kien hemm element ta’ teħid ta’ medja, li timplika li l-ammont attwalment mħallas lura kien aktar mid-dazji attwalment imħallsa. Barra dan, il-GTI ma għamilx verifika addizzjonali bbażata fuq l-oġġetti attwalment użati fil-produzzjoni li kienu involuti, għalkemm normalment din tkun meħtieġ li ssir fin-nuqqas tal-applikazzjoni effettiva ta’ sistema ta’ verifika (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3)), u lanqas ipprova li l-ebda eżenzjoni żejda ma ngħatat. L-allegat parallel tal-verifika tat-teknika tat-teħid tal-kampjuni stipulata fir-Regolament bażiku huwa kkunsidrat irrilevanti, minħabba li jirriferi b’mod ċar għal-investigazzjonijiet kontra s-sussidju u mhuwiex parti mill-kriterji stipulati fl-Annessi II u III. Għaldaqstant, dawn l-argumenti huma miċħuda. |
(110) |
Kien ukoll argumentat li ma setgħet tkun issoponuta l-ebda eżistenza ta’ eżenzjonijiet żejda mill-fatt li l-GTI ma inkludiex it-taxxi indiretti pagabbli fl-Inja fid-DDS, imma biss it-taxxi indiretti ċentrali. Dan l-argument huwa miċħud, għaliex taħt l-Anness II (III) (4) u l-Anness III (II) (2) l-eżenzjonijiet żejda għandhom ikun stmati fil-qafas ta’ skema partikolari ta’ sussidju. |
3.2.7.5. Konklużjoni
(111) |
Id-DDS tipprovdi sussidji fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. L-ammont ta’ ħlas lura ta’ dazju huwa ekwivalenti għad-dħul tal-gvern li kien ċedut u li kieku kien ikun miġbur u mħallas lill-GOI. Barra minn hekk, il-kreditu tad-DDS fuq l-esportazzjoni huwa ta’ benefiċċju għall-esportatur. |
(112) |
L-iskema DDS hija assoċjata fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensatorja taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
(113) |
Diversi partijiet għall-proċediment argumentaw li d-DDS hija sistema ta’ ħlas lura kompatibbli mad-dispożizzjonijijet tar-Regolament bażiku u li għalhekk il-benefiċċju li tagħti ma għandux ikun kumpensatorju. |
(114) |
L-investigazzjoni stabbiliet li din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli għall-eżenzjoni ta’ taxxi indiretti kumulattivi mħallsa qabel jew sistema premissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew li tissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Hija mhix konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (h) u (i), fl-Anness II (linji-gwida u konsum ta’ materja prima) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. L-esportatur ma huwa taħt l-ebda obbligazzjoni li (i) iżomm rendikont tad-dazji u taxxi mħallsa fuq l-importazzjoni/oġġetti mixtrija lokalment jew servizzi inkorporati jew (ii) li attwalment jikkonsma dawn l-oġġetti u servizzi fil-proċess ta’ produzzjoni, u (iii) l-ammont ta’ ħlas lura ma jkunx kalkolat b’relazzjoni mal-materjal użat fil-proċess ta’ produzzjoni mill-esportatur u d-dazju u taxxi attwalment imħallsa. |
(115) |
Barra dan, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema oġġetti kienu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk kienx sar ħlas lura żejjed ta’ taxxi domestiċi indiretti fil-kuntest tal-partita (h) tal-Anness I u l-Anness II tar-Regolament bażiku jew ta’ dazji ta’ importazzjoni li saru fil-kuntest tal-partita (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. |
(116) |
Fl-aħħar nett, l-esportatur huwa eliġibbli għall-benfiċċji tad-DIS irrispettivament jekk jimportax jew jixtrix lokalment il-materja prima, u jekk ħallasx dazju jew taxxi fuq dak ix-xiri. Sabiex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed għal esportatur li sempliċiment jesporta l-merkanzija mingħajr bżonn li juri li xi materja prima kienet impurtata jew li xi materja prima jew servizz kien mixtri lokalment, u li dazji jew taxxi domestiċi indiretti kienu mħallsa. Bħala konsegwenza ta’ dan, ma hemm l-ebda differenza bejn ir-rata ta’ ħlas lura kemm jekk kumpanija hija nvoluta fil-fażijiet kollha ta’ produzzjoni u l-prodott ikkonċernat jew jekk hija biss esportatur. |
3.2.7.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(117) |
Taħt l-Artikoli 2(2) u 5 tar-Regolament bażiku, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji kienu kkalkulati fit-termini tal-benefiċċju li jingħata lil min jirċevih skont dak li jkun eżista matul il-PIR. F’dan ir-rigward, kien ikkunsidrat li l-benefiċċju jingħata lil min jirċevih fil-mument meta t-transazzjoni tal-esportazzjoni ssir taħt din l-iskema. Minn dak il-ħin, il-GTI jkun obbligat li jħallas l-ammont ta’ dazju lura lill-esportatur rispettiv, li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Wara li l-awtoritajiet doganali joħorġu polza tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont ta’ kreditu DDS li għadu jkun mogħti għal dik it-transazzjoni tal-esportazzjoni, il-GTI ma għandu l-ebda diskrezzjoni jekk jagħtix is-sussidju jew le. Barra minn hekk, il-produtturi esportatuti li jikkoperaw ikunu kkunsidraw il-krediti DDS fil-kontabilità tagħhom bħala dħul dovut fil-ħin ta’ kull transazzjoni tal-esportazzjoni. |
(118) |
Sabiex ikun ikkunsidrat l-impatt taż-żieda fir-rati b’effett b’lura, il-valur tal-kreditu tad-DDS fil-kontabilità għall-esportazzjonijiet bejn l-1 ta’ Settembru u t-30 ta’ Settembru 2007 kien miżjud fejn neċessarju, għaliex il-benefiċċju attwali li l-kumpaniji jkunu intitolati li jirċievu mill-GTI huwa ogħla minn dak dikjarat formalment fil-ħin tal-esportazzjoni. |
(119) |
Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mill-esportazzjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma jkunx ingħata b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(120) |
Seba’ kumpaniji fil-kampjun ikklejmjaw li għalkemm ibbenefikaw mid-DDS, ma kellhom l-ebda eżenzjonijiet żejda, għaliex it-taxxi jew id-dazji tal-importazzjoni li kienu dovuti kienu akbar mill-ammont ta’ ħlas lura. Kien deċiż li dawn il-klejms ikunu rifjutati. Fil-premessi (113) u (115) kien konkluż li l-GTI ma kellu l-ebda sistema ta’ verifika adegwata kif stipulat fl-Annessi I, II u III tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni wriet ukoll li l-kumpaniji ma żammew l-ebda reġistri tal-konsum jew sistemi oħra ta’ rappurtaġġ intern biex iżommu kont ta’ eżenzjonijiet żejda possibbli. Dawn ir-rapporti kienu maħluqa mill-kumpaniji waqt il-viżiti ta’ verifika u normalment jinkludu t-taxxi mħallsa mill-kumpaniji b’mod ġenerali. |
(121) |
Fin-nuqqas ta’ sistema permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema ta’ sostituzzjoni għall-ħlas lura ta’ dazju, il-benefiċċju kumpensatorju huwa l-eżenzjoni tal-ammont sħiħ ta’ ħlas lura li jakkumula taħt id-DDS. Kuntrarju għas-sottomissjonijiet ta’ żvelar mill-GTI, minn Tesprocil u minn xi importaturi, ir-Regolament bażiku ma jipprovidx għall-kumpens ta’ eżenzjonijiet “żejda” ta’ dazju. Taħt l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Anness I(i) tar-Regolament bażiku, eżenzjoni żejda tad-dazji biss tista’ tkun ikkumpensata, sakemm il-kundizzjonijiet fl-Annessi II u III tar-Regolament bażiku huma milħuqa. Madankollu dawn il-kundizzjonijiet ma kienux milħuqa fil-każ preżenti. Għaldaqstant, jekk l-assenza ta’ proċedura ta’ verifika xierqa tkun stabbilita, l-eċċezzjoni msemmija hawn fuq għall-iskema ta’ ħlas lura ta’ dazji mhix applikabbli u tapplika r-regola normali tal-kumpens tal-ammont ta’ ħlas lura, minflok l-eżenzjoni żejda intenzjonata. Kif stipulat fl-Annessi II(II) u III(II) tar-Regolament bażiku r-responsabilità għal kalkolu tal-eżenzjoni żejda mhijiex fuq l-awtorità li qed tikkonduċi l-investigazzjoni. Bil-kontra ta’ dan, taħt l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku din għandha biss tipprovdi biżżejjed evidenza biex tipprovdi kontra-argumenti dwar il-validità ta’ sistema ta’ verifika ppreżentata bħala tali. Ta’ min jinnota wkoll, li għanda ssir verifika ulterjuri fi żmien xieraq mill-awtoritajiet Indjani fl-assenza tal-applikazzjoni effettiva ta’ sistema ta’ verifika, jiġifieri normalment qabel verifika fuq il-post fl-investigazzjoni dwar dazju kumpensatorju. |
(122) |
Kuntrarju għas-sottomissjoni ta’ xi produtturi-esportaturi, anki l-benfiċċju tad-DDS iġġenerat mill-esportazzjoni ta’ prodotti apparti l-prodott ikkonċernat kellu jkun ikkunsidrat meta jkun stabbilit l-ammont ta’ benefiċċju kumpensatorju. Ma teżisti l-ebda obbligazzjoni taħt id-DDS li tillimita l-benefiċċju għal prodott speċifiku. Bħala konsegwenza ta’ dan, il-prodott ikkonċernat jista’ jibbenefika mill-krediti kollha tad-DDS iġġenerati. |
(123) |
Il-kumpaniji kollha fil-kampjun ibbenefikaw mill-iskema DDS matul il-PIR b’marġini ta’ sussidji li jvarjaw minn 1,45 % sa 7,57 %. |
3.2.8. Skema ta’ Fondi għall-Apgrejdjar tat-Teknoloġija (“TUFS”)
3.2.8.1. Il-bażi legali
(124) |
It-TUFS kienet introdotta fuq Riżoluzzjoni tal-Ministeru tat-Tessuti, tal-Gvern tal-Indja, ippubblika fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Indja Parti Straordinarja I Taqsima I fil-31 ta’ Marzu 1999 (ir- “Riżoluzzjoni”). L-iskema kient approvata biex tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ April 1999 sal-31 ta’ Marzu 2004. Kienet estiża sal-31 ta’ Marzu 2007 u sussegwentement estiża mill-ġdid sal-aħħar tal-PIR. |
3.2.8.2. Eliġibbiltà
(125) |
Il-proċeduri eżistenti jew ġodda fis-settur tal-ipproċessar tal-qoton, tat-tessuti u l-industrija tal-ġuta huma eliġibbli għall-benefiċċji taħt din l-iskema. |
3.2.8.3. Implimentazzjoni prattika
(126) |
L-għan ta’ din l-iskema huwa li tipprovdi għajnuna għall-immodernizzar tat-teknoloġija fl-industrija tat-tessuti u tal-ġuta, inklużi unitajiet għall-ipproċessar tal-fibri, ħajt, drapp, ilbiesi u oġġetti maħduma. L-iskema tipprovdi għal diversi tipi ta’ benefiċċju fil-forma ta’ sussidji kapitali, sussidji fuq l-interessi jew koperturi tal-inflazzjoni fir-rati tal-kambju għal self f’valuti ta’ flus barranin. Il-programmi taħt din l-iskema jagħmlu differenza bejn is-setturi tat-tessuti u l-ġuta u s-setturi tal-insiġ bil-magni u dak bl-idejn. It-TUFS tinkludi dawn il-programmi li ġejjin:
|
(127) |
L-investigazzjoni stabbiliet li żewġ kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw taħt it-TUFS għax-xiri ta’ makkinarju użat fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. Dawk il-kumpaniji wżaw, rispettivament, is-self tar-rimborż tal-interessi (skema (a)) u s-sussidju kapitali ta’ 10 % għall-makkinarju tal-ipproċessar flimkien ma’ rimborż tal-interessi ta’ 5 % (skema (e)). |
(128) |
Ir-Riżoluzzjoni tipprovdi lista’ ta’ tipi ta makkinarju li x-xira tagħhom huwa sussidjat taħt it-TUFS. Sabiex jibbenefikaw mit-TUFS, il-kumpaniji japplikaw ma’ banek kummerċjali jew aġenziji tas-self, li jagħtu self lill-kumpaniji konformement mal-istima indipendenti tagħhom tal-vijabbiltà tal-kreditu ta’ min qed jissellef. Jekk min qed jissellef huwa eliġibbli għal sussidju fuq l-interessi taħt l-iskema, il-banek kummerċjali jirriferu l-klejm lill- “aġenzija ċentrali” li sussegwentement tirrilaxxa l-ammont tal-benefiċċju lill-bank involut. Il-banek kummerċjali finalment jikkreditaw il-fondi li rċevew fil-kont ta’ kreditur. L-aġenziji ċentrali jieħdu rimborż mill-Ministeru tat-Tessuti, tal-Gvern tal-Indja. Il-Gvern tal-Indja jikkredita l-fondi neċessarji lill-aġenziji ċentrali kull kwart tas-sena. |
3.2.8.4. Kummenti dwar dak li ġie żvelat
(129) |
L-ebda kummenti ma kienu rċevuti mill-partijiet interessati dwar din l-iskema. |
3.2.8.5. Konklużjoni
(130) |
It-TUFS hija sussidju taħt id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1)(a)(i) għax tinvolvi trasferiment dirett ta’ fondi mill-gvern fil-forma ta’ għotja. Is-sussidju huwa ta’ benefiċċju għaliex inaqqas l-ispejjeż tal-finanzjament u tal-interessi għall-akkwist ta’ makkinarju. |
(131) |
Is-sussidju huwa meqjus speċifiku u għalhekk kumpensatorju taħt l-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament bażiku billi huwa provdut speċifikament lil industrija jew grupp ta’ industriji, inkluża l-manifattura tal-prodott ikkonċernat. |
3.2.8.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(132) |
L-ammont tas-sussidju fuq il-kapital kien ikkalkulat, taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-ammont iffrankat mill-kumpaniji li jirċievu l-benefiċċju fuq il-makkinarju mixtri, mifrux fuq perjodu li jirrefletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn l-oġġetti kapitali. Taħt il-prattika stabbilita, l-ammont ikkalkulat b’dan il-mod, li huwa attribwit lill-PIR, kien aġġustat billi jiżdiedu miegħu l-interessi ta’ matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur tal-benefiċċju matul iż-żmien. Ir-rata kummerċjali tal-interessi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ reviżjoni fl-Indja kienet ikkunsidrata xierqa għal dan il-għan. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mit-tessuti matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju ma jkunx mogħti b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(133) |
L-ammont tas-sussidju tal-interessi kien kalkulat, taħt l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-ammont attwalment imħallas lura matul il-PIR lill-kumpaniji kkonċernati relatat mal-interessi mħallsa fuq self kummerċjali meħud għax-xiri tal-makkinarju msemmi. Taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq l-ammont kollu ta’ dħul mit-tessuti matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju ma jkunx mogħti b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(134) |
Żewġ kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn din l-iskema matul il-PIR u kisbu marġini ta’ sussidji li jvarjaw minn 0,01 % sa 0,31 %. |
3.2.9. Skema ta’ Esportazzjoni tal-Kreditu (qabel u wara l-kunsinna) (“ECS”)
3.2.9.1. Il-bażi legali
(135) |
Id-dettalji tal-iskema huma stipulati fiċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 02/04.02.02/2006-07 (Kreditu tal-Esportazzjoni f’Valuta Barranija), fiċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 01/04.02.02/2006-07 (Kreditu tal-Esportazzjoni fir-Rupee) u fiċ-Ċirkulari Prinċipali DBOD.DIR(Exp.)Nru 01/04.02.02/2007-08 (konsolidata kemm għall-kreditu tal-esportazzjoni fir-Rupee u kemm f’valuta barranija) tal-Bank tar-Riserva tal-Indja (“BRI”), li kienet indirizzata lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja waqt il-PIR. Iċ-Ċirkularijiet Prinċipali huma normalment riveduti u aġġornati. |
3.2.9.2. Eliġibbiltà
(136) |
L-esportaturi li jimmanifatturaw u n-negozjanti esportaturi huma eliġibbli għal din l-iskema. |
3.2.9.3. Implimentazzjoni prattika
(137) |
Taħt din l-iskema, il-BRI jiddefinixxi r-rati ta’ interessi massimi applikabbli għall-krediti tal-esportazzjonijiet, kemm fir-rupee Indjan jew fil-valuta barranija, li l-banek kummerċjali jistgħu jiddebitaw lill-esportatur. L-ECS tikkonsisti f’żewġ sottoskemi, l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni qabel l-Oġġetti Jintbagħtu Barra (“kreditu għall-ippakkjar”), li tkopri kreditu pprovdut lill-esportatur biex jiffinanzja x-xiri, l-ipproċessar, il-manifattura, l-ippakkjar u/jew it-trasport tal-oġġetti qabel ikunu esportati, u l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni Wara li l-Oġġetti Jintbagħtu Barra, li tipprovdi għal self ta’ kapital ċirkolanti bl-iskop li wieħed jaħdem bih sakemm jirċievi d-dħul pagabbli tal-oġġetti esportati. Il-BRI jordna wkoll lill-banek biex jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom għall-finanzjament tal-esportazzjoni. |
(138) |
Bħala riżultat taċ-Ċirkularijiet Prinċipali tal-BRI l-esportaturi jistgħu jiksbu kreditu għall-esportazzjoni b’rati tal-interessi preferenzjali meta mqabbla mar-rati tal-interessi għall-kreditu kummerċjali ordinarji (“kreditu fuq flus”), li huma ffissati purament taħt il-kundizzjonijet tas-suq. |
3.2.9.4. Kummenti dwar dak li ġie żvelat
(139) |
Il-GTI saħaq li fir-rigward tal-ECS il-Kummissjoni naqset milli teżamina l-iskema fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Anness I punt (k) tal-Ftehim dwar Sussidji u Miżuri Kumpensatorji (ASCM) u argumenta li l-krediti tal-esportazzjoni, kemm fir-rupee Indjan jew f’muniti barranin, ma kienux kumpensatorji, speċjalment billi fil-każ ta’ self f’munita barranija l-banek kellhom id-dritt li jissellfu fondi b’“rati internazzjonali kompetittivi”. |
(140) |
Ta’ min jinnota li l-iskemi ta’ krediti tal-esportazzjoni msemmija fil-premessa (135) ma jaqgħux fl-applikazzjoni tal-Anness I punt (k) tal-ASCM, għaliex finanzjament tal-esportazzjoni fuq medda ta sentejn jew aktar biss jista’ normalment jitqies bħala “kreditu tal-esportazzjoni” fil-kuntest ta’ dik id-dispożizzjoni billi din hi d-definizzjoni tal-Arranġament tal-OECD dwar Linji Gwida għall-Krediti tal-Esportazzjoni li huma Appoġġjati Uffiċjalment. Għaldaqstant dan l-argument huwa miċħud. |
3.2.9.5. Konklużjoni
(141) |
Ir-rati tal-interess preferenzjali tal-kreditu tal-ECS stipulati miċ-Ċirkularijiet Prinċipali tal-BRI msemmija fil-premessa (135) jistgħu jnaqqsu l-ispiża tal-interessi ta’ esportatur meta kkumparata mal-ispejjeż tal-kreditu kif stipulati mill-kundizzjonijiet tas-suq u f’dan il-każ jagħtu benefiċċju lill-esportatur fil-kuntest tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-finanzjament tal-esportazzjoni per se mhuwiex aktar sikur mill-iffinanzjar domestiku. Dan huwa normalment kkunsidrat aktar riskjuż u l-ammont ta’ sigurtà mitluba għal ċertu kreditu, irrilevanti mill-oġġett finanzjarju, hija purament deċiżjoni kummerċjali tal-bank kummerċjali involut. Id-differenzi fir-rati bejn banek differenti huma r-riżultat tal-metodoloġija tal-BRI li jwaqqaf rati tas-self massimi għal kull bank kummerċjali b’mod individwali. Barra minn hekk, il-banek kummerċjali ma jkunux obbligati li jgħaddu lil min qed jissellef finanzjament għall-esportazzjoni xi rati tal-interessi aktar favorevoli tal-krediti tal-esportazzjoni f’valuta barranija. |
(142) |
Minkejja li l-krediti preferenzjali taħt l-ECS jingħataw mill-banek kummerċjali, dan il-benefiċċju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. F’dan il-kuntest, ta’ min jinnota li la l-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku u lanqas il-Ftehim tad-WTO dwar Sussdiji u Miżuri Kumpensatorji (“ASCM”) ma jirrikjedu miżati fuq il-kontijiet pubbliċi, pereżempju r-rimborż tal-banek kummerċjali mill-GTI, biex iwaqqaf sussidju, iżda direzzjoni tal-gvern biss biex jiġu esegwiti l-funzjonijiet msemmija fil-punti (i), (ii) jew (iii) tal-Artikolu 2(1)(a) tar-Regolament bażiku. Il-BRI huwa korp pubbliku u għalhekk jaqa’ taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif stipulat fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku. Huwa 100 % tal-gvern, iwettaq miri tal-politika pubblika, pereżempju l-politika monetarja u l-amministrazzjoni tiegħu hija appuntata mill-GTI. Il-BRI jiggwida korpi privati, billi l-banek kummerċjali huma marbuta mill-kundizzjonijiet li huwa jimponi, inter alia dwar ir-rati tal-interessi massimi għall-krediti tal-esportazzjoni stipulati fiċ-Ċirkulari Ġenerali tal-BRI u d-dispożizzjonijiet tal-BRI li l-banek kummerċjali għandhom jipprovdu ċertu ammont ta’ kreditu nett tal-bank għall-finanzjament tal-esportazzjoni. Din il-gwida tobbliga l-banek kummerċjali biex iwettqu l-funzjonijiet msemmija fl-Artikolu 2(1)(a)(i) tar-Regolament bażiku, f’dan il-każ self fil-forma ta’ finanzjament preferenzjali tal-esportazzjoni. Dan it-trasferiment dirett ta’ flus fil-forma ta’ self taħt ċerti kundizzjonijiet isir bl-awtorità tal-gvern, u fil-prattika, fl-ebda sens, ma huwa differenti mill-prattiċi normalment segwiti mill-gvernijiet, fil-kuntest tal-Artikolu 2(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku. |
(143) |
Dan is-sussidju huwa meqjus li hu speċifiku u kumpensatorju billi r-rati tal-interessi preferenzjali huma relatati mal-iffinanzjar tat-transazzjonijiet tal-esportazzjoni u għalhekk assoċjati mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
3.2.9.6. Kalkolu tal-ammont tas-sussidju
(144) |
L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-interessi mħallsa fuq il-kreditu għall-esportazzjoni użat matul il-PIR u l-ammont pagabbli kieku kienu applikati r-rati tal-interessi għall-kreditu kummerċjali ordinarju. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kien allokat fuq id-dħul totali mill-esportazzjoni matul il-PIR taħt l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, għaliex is-sussidju huwa assoċjat mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet immanifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. |
(145) |
Ħafna kummenti dwar ċerti dettalji dwar il-kalkolu tal-benefiċċju taħt l-ECS kienu sottomessi. Fejn kien iġġustifikat, il-kalkolazzjonijiet kienu rranġati bħala riżultat ta’ dan. |
(146) |
Il-kumpaniji kollha fil-kampjun ngħataw sussidji minn din l-iskema matul il-PIR b’rati li jvarjaw sa massimu ta’ 1,05 %, filwaqt li għal kumpanija minnhom il-benefiċċju kien kważi bla valur. |
3.3. Ammont ta’ sussidji kumpensatorji
(147) |
L-ammont ta’ sussidji kumpensatorji bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem għall-produtturi esportaturi investigati varja bejn 5,2 % u 9,7 %. |
(148) |
Bi qbil mal-Artikolu 15(3) tar-Regolament bażiku, il-marġini tas-sussidju għall-kumpaniji li qegħdin jikkoperaw mhux inklużi fil-kampjun, kalkolat fuq il-bażi tal-marġini medju tas-sussidju mwieżen stabbilit għall-kumpaniji fil-kampjun li qegħdin jikkoperaw, huwa ta’ 7,7 %. Meta jitqies li l-livell ta’ koperazzjoni totali għall-Indja kien għoli (95 %), il-marġini tas-sussidju ta’ residwu għall-kumpaniji l-oħra kollha ġie mwaqqaf fil-livell tal-kumpanija bil-marġini individwali l-aktar għoli, jiġifieri 9,7 %.
|
4. MIŻURI KUMPENSATORJI
(149) |
Konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-bażi ta’ din ir-reviżjoni interim parzjali elenkati taħt punt 3 tal-avviż ta’ bidu, huwa stabbilit li l-livell ta’ sussidju fir-rigward tal-produtturi li qegħdin jikkoperaw inbidel, għalhekk, ir-rata ta’ dazju kumpensatorju, imposta mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
(150) |
Id-dazju definittiv fis-seħħ bħalissa kien stabbilit fuq il-bażi tal-marġini kumpensatorji, għaliex il-livell ta’ eliminizzjoni tad-dannu kien ogħla. Billi l-marġini ta’ sussidju stabbiliti minn din ir-reviżjoni wkoll ma jaqbżux il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu, taħt l-Artikolu 15 (1) tar-Regolament bażiku d-dazji huma determinati fuq il-bażi tal-marġini ta’ sussidju. |
(151) |
Il-marġini tas-sussidju għall-kumpanija Pasupati Fabrics, li ma tiffurmax parti minn din ir-reviżjoni, kienet miżmuma fil-livell stabbilit fl-investigazzjon oriġinali, għaliex huma nstabu li kienu qed jibbenefikaw minn skema ta’ sussidju li ma kinitx riveduta f’din l-investigazzjoni. |
(152) |
Il-kumpaniji li nstabu li kienu relatati kien meqjusa bħala entità legali waħda (grupp) għall-fini ta’ ġbir tad-dazju u għalhekk imposti bl-istess dazju kumpensatorju. Il-kwantitajiet tal-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PIR ta’ dawk il-gruppi ntużaw biex jiżguraw tweżin kif suppost. |
(153) |
Il-kumpanija fil-kampjun Prem Textiles issottomettiet informazzjoni fl-investigazzjoni ta’ reviżjoni li tindika li hija bidlet l-isem għal “Prem Textiles (International) Pvt. Ltd.”. Wara l-eżaminar tal-informazzjoni u bil-konklużjoni li l-bidla fl-isem bl-ebda mod ma taffettwa l-konklużjonijiet tar-reviżjoni preżenti, kien deċiż li din it-talba tintlaqa’ u jkunu riferuti bħala “Prem Textiles (International) Pvt. Ltd.” f’dan ir-Regolament. |
(154) |
Meta jitqies li l-livell ta’ koperazzjoni totali għall-Indja kien għoli, (95 %), ir-residwu tad-dazju kumpensatorju għall-kumpaniji l-oħra kollha ġie mwaqqaf fil-livell tal-kumpanija bil-marġini individwali l-aktar għoli, jiġifieri 9,7 %. |
(155) |
Id-dazji li ġejjin għalhekk japplikaw:
|
(156) |
Ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-investigazzjoni preżenti. Gћalhekk, jirriflettu l-qagħda hekk kif misjuba matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tar-rata ta’ dazju medja applikabbli għal kumpaniji fl-Anness I u d-dazju applikabbli madwar il-pajjiż kollu għall- “kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fl-Indja u mmanifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall- “kumpaniji l-oħra kollha”. |
(157) |
Kull pretensjoni li titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju kumpensatorju ta’ kumpanija individwali (pereżempju wara bdil fl-isem tal-entità jew wara t-twaqqif ta’ produzzjoni ġdida jew entitajiet ta’ bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni fil-pront bit-tagħrif kollu rilevanti, partikolarment kull modifika fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta ma’ produzzjoni u bejgħ bl-esportazzjoni assoċjati ma’ pereżempju dak il-bdil fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ produzzjoni u bejgħ. Il-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, temenda r-Regolament kif meћtieġ billi taġġorna l-elenku tal-kumpaniji li jkunu jgawdu mir-rati tad-dazju individwali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 74/2004 huwa b’dan sostitwit b’li ġej:
“Artikolu 1
1. Huwa b’dan impost dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ bjankerija tas-sodda ta’ fibri tal-qoton/tajjar, puri jew imħallta b’fibri magħmula mill-bniedem jew bil-kittien (fejn il-kittien ma jkunx il-fibra dominanti), bliċjati, miżbugħa jew stampati, li joriġinaw fl-Indja, bħalissa klassifikabbli bil-kodiċi tan-NM ex 6302 21 00 (kodiċi tat-TARIC 6302210081 u 6302210089), ex 6302 22 90 (kodiċi tat-TARIC 6302229019), ex 6302 31 00 (kodiċi tat-TARIC 6302310090) u ex 6302 32 90 (kodiċi tat-TARIC 6302329019).
2. Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji li ġejjin għandha tkun kif ġej:
Kumpanija |
Rata ta’ dazju (%) |
Il-kodiċi addizzjonali TARIC |
Anunay Fab. Limited, Ahmedabad |
7,8 |
A902 |
The Bombay Dyeing & Manufacturing Co. Ltd, Mumbai |
9,4 |
A488 |
N.W. Exports Limited, Mumbai |
9,4 |
A489 |
Nowrosjee Wadia & Sons Limited, Mumbai |
9,4 |
A490 |
Brijmohan Purusottamdas, Mumbai |
8,3 |
A491 |
Incotex Impex Pvt. Limited, Mumbai |
8,3 |
A903 |
Divya Global Pvt. Ltd., Mumbai |
8,2 |
A492 |
Intex Exports, Mumbai |
7,6 |
A904 |
Pattex Exports, Mumbai |
7,6 |
A905 |
Sunny Made-Ups, Mumbai |
7,6 |
A906 |
Jindal Worldwide Ltd, Ahmedabad |
8 |
A494 |
Texcellence Overseas, Mumbai |
8 |
A493 |
Madhu Industries Limited, Ahmedabad |
5,4 |
A907 |
Mahalaxmi Fabric Mills Pvt. Ltd., Ahmedabad |
7,5 |
A908 |
Mahalaxmi Exports, Ahmedabad |
7,5 |
A495 |
Pasupati Fabrics, New Delhi |
8,5 |
A496 |
Prakash Cotton Mills Pvt., Ltd, Mumbai |
9,7 |
8048 |
Prem Textiles (International) Pvt. Ltd, Indore |
8,3 |
A909 |
Vigneshwara Exports Limited, Mumbai |
5,2 |
A497 |
3. Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji elenkati fl-Anness, għandha tkun ta’ 7,7 % (kodiċi addizzjonali tat-TARIC A498).
4. Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera Komunitarja, qabel id-dazju, għal prodotti prodotti mill-kumpaniji mhux speċifikati fil-paragrafi 2 u 3, għandha tkun ta’ 9,7 % (kodiċi addizzjonali tat-TARIC A999).
5. Sakemm ma jkunx speċifikat diversament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar dazji doganali.”.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 74/2004 huwa b’dan sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1.
(3) ĠU C 230, 2.10.2007, p. 5.
ANNESS
“ANNESS
Kodiċi Addizzjonali Taric: A498
Ajit Impex |
Mumbai |
Alok Industries Limited |
Mumbai |
Alps Industries Ltd |
Ghaziabad |
Ambaji Marketing Pvt. Ltd |
Ahmedabad |
Anglo French textiles |
Pondicherry |
Anjal Garments |
Ghaziabad |
Anjani Synthetics Limited |
Ahmedabad |
Aravali |
Jaipur |
Ashok Heryani Exports |
New Delhi |
At Home India Pvt. Ltd |
New Delhi |
Atul Impex Pvt. Ltd |
Dombivli |
Balloons |
New Delhi |
Beepee Enterprise |
Mumbai |
Bhairav India International |
Ahmedabad |
Bunts Exports Pvt Ltd |
Mumbai |
Chemi Palace |
Mumbai |
Consultech Dynamics |
Mumbai |
Cotfab Exports |
Mumbai |
Country House |
New Delhi |
Creative Mobus Fabrics Limited |
Mumbai |
Deepak Traders |
Mumbai |
Dimple Impex (India) Pvt Ltd |
New Delhi |
Eleganza Furnishings Pvt. Ltd |
Mumbai |
Emperor Trading Company |
Tirupur |
Estocorp (India) Pvt. Ltd |
New Delhi |
Exemplar International |
Hyderabad |
Falcon Finstock Pvt. Ltd |
Ahmedabad |
G-2 International Export Ltd |
Ahmedabad |
Gauranga Homefashions |
Mumbai |
GHCL Ltd |
Gujarat |
Good Shepherd Health Education & Dispensary |
Tamilnadu |
Harimann International Private Limited |
Mumbai |
Heirloom Collections (P) Ltd |
New Delhi |
Hemlines Textile Exports Pvt. Ltd |
Mumbai |
Himalaya Overseas |
New Delhi |
Home Fashions International |
Kerala |
Ibats |
New Delhi |
Indian Arts and Crafts Syndicate |
New Delhi |
Indian Craft Creations |
New Delhi |
Indo Euro Textiles Pvt. Ltd |
New Delhi |
Kabra Brothers |
Mumbai |
Kalam Designs |
Ahmedabad |
Kanodia Fabrics (International) |
Mumbai |
Karthi Krishna Exports |
Tirupur |
Kaushalya Export |
Ahmedabad |
Kirti Overseas |
Ahmedabad |
La Sorogeeka Incorporated |
New Delhi |
Lalit & Company |
Mumbai |
Manubhai Vithaldas |
Mumbai |
Marwaha Exports |
New Delhi |
Milano International (India) Pvt. Ltd |
Chennai |
Mohan Overseas (P) Ltd |
New Delhi |
M/s. Opera Clothing |
Mumbai |
M/S Vijayeswari Textiles Limited |
Coimbatore |
Nandlal & Sons |
Mumbai |
Natural Collection |
New Delhi |
Oracle Exports Home Textiles Pvt. Ltd |
Mumbai |
Pacific Exports |
Ahmedabad |
Petite Point |
New Delhi |
Pradip Exports |
Ahmedabad |
Pradip Overseas Pvt. Ltd |
Ahmedabad |
Punch Exporters |
Mumbai |
Radiant Expo Global Pvt. Ltd |
New Delhi |
Radiant Exports |
New Delhi |
Raghuvir Exim Limited |
Ahmedabad |
Ramesh Textiles India Pvt. Ltd |
Indore |
Ramlaks Exports Pvt. Ltd |
Mumbai |
Redial Exim Pvt. Ltd |
Mumbai |
S. D. Entreprises |
Mumbai |
Samria Fabrics |
Indore |
Sanskrut Intertex Pvt. Ltd |
Ahmedabad |
Sarah Exports |
Mumbai |
Shades of India Crafts Pvt. Ltd |
New Delhi |
Shanker Kapda Niryat Pvt. Ltd |
Baroda |
Shetty Garments Pvt Ltd |
Mumbai |
Shivani Exports |
Mumbai |
Shivani Impex |
Mumbai |
Shrijee Enterprises |
Mumbai |
S.P. Impex |
Indore |
Starline Exports |
Mumbai |
Stitchwell Garments |
Ahmedabad |
Sumangalam Exports Pvt. Ltd |
Mumbai |
Summer India Textile Mills (P) Ltd |
Salem |
Surendra Textile |
Indore |
Suresh & Co. |
Mumbai |
Synergy Lifestyles Pvt. Ltd |
Mumbai |
Syntex Corporation Pvt. Ltd |
Mumbai |
Texel Industries |
Chennai |
Texmart Import export |
Ahmedabad |
Textrade International Private Limited |
Mumbai |
The Hindoostan Spinning & Weaving Mills Ltd |
Mumbai |
Trend Setters |
Mumbai |
Trend Setters K.F.T.Z. |
Mumbai |
Utkarsh Exim Pvt Ltd |
Ahmedabad |
V & K Associates |
Mumbai |
Valiant Glass Works Private Ltd |
Mumbai |
Visma International |
Tamilnadu |
VPMSK A Traders |
Karur |
V.S.N.C. Narasimha Chettiar Sons |
Karur |
Welspun India Limited |
Mumbai |
Yellows Spun and Linens Private Limited |
Mumbai” |