This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D1348
Decision No 1348/2008/EC of the European Parliament and of the Council of 16 December 2008 amending Council Directive 76/769/EEC as regards restrictions on the marketing and use of 2-(2-methoxyethoxy)ethanol, 2-(2-butoxyethoxy)ethanol, methylenediphenyl diisocyanate, cyclohexane and ammonium nitrate (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni Nru 1348/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li temenda Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x’taqsam mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ 2-(2-methoxyethoxy)ethanol, 2-(2-butoxyethoxy)ethanol, methylenediphenyl diisocyanate, cyclohexane u n-nitrat ta’ l-ammonju (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni Nru 1348/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 li temenda Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x’taqsam mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ 2-(2-methoxyethoxy)ethanol, 2-(2-butoxyethoxy)ethanol, methylenediphenyl diisocyanate, cyclohexane u n-nitrat ta’ l-ammonju (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 348, 24.12.2008, p. 108–112
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2009; Impliċitament imħassar minn 32006R1907
24.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 348/108 |
DEĊIŻJONI Nru 1348/2008/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Diċembru 2008
li temenda Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE li għandha x’taqsam mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ 2-(2-methoxyethoxy)ethanol, 2-(2-butoxyethoxy)ethanol, methylenediphenyl diisocyanate, cyclohexane u n-nitrat ta’ l-ammonju
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Ir-riskji li jinħolqu għas-saħħa umana mit-2-(2-methoxyethoxy)ethanol (DEGME), it-2-(2-butoxyethoxy)ethanol (DEGBE), il-methylenediphenyl diisocyanate (MDI) u s-cyclohexane ġew assessjati b’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 tat-23 ta’ Marzu 1993 dwar il-valutazzjoni u l-kontroll tar-riskji ta’ sustanzi eżistenti (3). Il-valutazzjoni tar-riskju għal dawn is-sustanzi kimiċi kollha identifikat il-ħtieġa li jiġu limitati r-riskji li jinħolqu għas-saħħa umana. Dawn il-konklużjonijiet ġew ikkonfermati mill-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent. |
(2) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 1999/721/KE tat-12 ta’ Ottubru 1999 dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u dwar l-istrateġiji għat-tnaqqis tar-riskju għas-sostanzi: 2-(2-butoxyethoxy)ethanol; 2-(2-methoxyethoxy)ethanol; Alkanes, C10-13, kloro; Benzene, id-derivati tas-C10-13-alkyl (4) u 2008/98/KE tas-6 ta’ Diċembru 2007 dwar miżuri għat-tnaqqis tar-riskju għas-sustanzi: Piperazine; Cyclohexane; Methylenediphenyl diisocyanate; But-2yne-1,4-diol; Methyloxirane; l-Anilina; 2-Ethylhexylacrylate; 1,4-Dichlorobenzene; 3,5-dinitro-2,6-dimethyl-4-tert-butylacetophenone; Di-(2-ethylhexyl)phthalate; il-Fenol; 5-tert-butyl-2,4,6-trinitro-m-xylene (5), adottata fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KEE) Nru 793/93, ipproponiet strateġija għal-limitazzjoni tar-riskji għad-DEGME, għad-DEGBE, għall-MDI u s-cyclohexane rispettivament, billi rrakkomandat miżuri ta’ restrizzjoni bid-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri relatati mar-restrizzjonijiet dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (6) għandhom jiġu applikati għal preparazzjonijiet li fihom dawn is-sustanzi mqegħdin fis-suq għall-forniment tal-pubbliku. |
(3) |
Sabiex jiġu protetti l-konsumaturi, jidher għalhekk meħtieġ li jiġi ristrett it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ preparazzjonijiet li fihom id-DEGME, id-DEGBE, l-MDI jew is-cyclohexane waqt użu speċifiku. |
(4) |
Id-DEGME rari ħafna jintuża bħala kostitwent ta’ żebgħat għal konsumaturi, ta’ aġenti tat-tindif, ta’ emulsjonijiet leqqiena u siġillanti għall-art. Il-valutazzjoni tar-riskju li diġà ssemmiet hawn fuq uriet li jeżisti riskju għas-saħħa tal-konsumaturi minħabba l-espożizzjoni tal-ġilda għaż-żebgħa u għall-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa li fihom id-DEGME. Id-DEGME użat bħala kostitwent taż-żebgħat u tal-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa ma għandux għalhekk jitqiegħed fis-suq għall-forniment tal-pubbliku inġenerali. Anke jekk l-użu tad-DEGME bħala kostitwent ta’ aġenti tat-tindif, f’emulsjonijiet leqqiena u f’siġillanti għall-art ma ġiex evalwat, huwa xorta jista’ jkun ta’ riskju simili u għaldaqstant id-DEGME użat bħala kostitwent ta’ dawk il-preparazzjonijiet ukoll m’għandux jitqiegħed fis-suq għall-provvista tal-pubbliku ġenerali. Għandu jiġi adottat valur limitu ta’ 0,1 % bil-massa ta’ DEGME f’dawn il-preparazzjonijiet għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq. |
(5) |
Id-DEGBE jintuża bħala kostitwent taż-żebgħat u tal-prodotti li jnaddfu. Il-valutazzjoni tar-riskju msemmija hawn fuq għad-DEGBE wriet li hemm riskju għas-saħħa tal-konsumaturi meta jinġibed man-nifs waqt l-applikazzjoni ta’ żebgħa bl-isprej. Għandu jiġi introdott limitu derivat sikur ta’ konċentrazzjoni ta’ 3 % għad-DEGBE fiż-żebgħat għall-isprejjar biex jiġi evitat ir-risku, għall-konsumaturi, li dan jinġibed man-nifs. Anke jekk l-użu tad-DEGBE bħala kostitwent ta’ sprejs tat-tindif f’dispensers ta’ l-aerosol ma ġiex evalwat, huwa xorta jista’ jkun ta’ riskju simili u għaldaqstant id-DEGBE użat bħala kostitwent f’dawk l-isprejs ukoll m’għandux jitqiegħed fis-suq għall-provvista tal-pubbliku ġenerali f’konċentrazzjonijiet daqs jew ikbar minn 3 % bil-massa. Id-dispensers ta’ l-aerosol għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE ta’ l-20 ta’ Mejju 1975 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw id-dispensers ta’ l-aerosol (7). |
(6) |
Għal żebgħat oħra li mhumiex żebgħat għall-isprejjar, twissija kontra l-użu ta’ żebgħat ta’ din ix-xorta fit-tagħmir għall-isprejjar għandha tkun meħtieġa fejn dawn iż-żebgħat ikun fihom id-DEGBE f’konċentrazzjoni li tkun daqs jew ikbar minn 3 % bil-massa. |
(7) |
Sabiex tiġi żgurata t-tneħħija gradwali adatta ta’ żebgħat għall-isprejjar u sprejs tat-tindif f’dispensers ta’ l-aerosol li ma jissodisfawx il-limiti tal-konċentrazzjoni għad-DEGBE, għandhom jiġu stabbiliti dati differenti għall-applikabilità tar-restrizzjoni fir-rigward ta’ l-ewwel tqegħid fis-suq u tal-bejgħ finali għad-DEGBE fiż-żebgħat għall-isprejjar u sprejs tat-tindif f’dispensers ta’ l-aerosol. |
(8) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għall-MDI wriet li hemm bżonn li jiġu limitati r-riskji matul l-użu tal-konsumatur ta’ preparazzjonijiet li fihom l-MDI minħabba preokkupazzjonijiet relatati mal-ġbid tan-nifs u dwar l-espożizzjoni tal-ġilda. Sabiex jiġu evitati u limitati dawn ir-riskji, it-tqegħid fis-suq għall-forniment tal-pubbliku inġenerali ta’ preparazzjonijiet li fihom l-MDI għandu jkun awtorizzat biss taħt ċerti kondizzjonijiet bħalma huma l-forniment mandatorju ta’ ingwanti protettivi xierqa u l-istruzzjonijiet addizzjonali mal-pakkett. Dawn l-ingwanti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 89/686/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri li jikkonċernaw tagħmir protettiv personali (8). Peress li l-forniment ta’ tagħmir ta’ protezzjoni u l-istampar ta’ struzzjonijiet rilevanti se jkun jeħtiġilhom sforzi speċifiċi mill-produtturi, għandu jingħata perjodu itwal ta’ tranżizzjoni. |
(9) |
Il-valutazzjoni tar-riskju għas-cyclohexane iffokat fuq l-espożizzjoni tal-konsumaturi matul l-użu ta’ preparazzjonijiet li fihom is-cyclohexane għat-tqegħid tat-twapet, u kkonkludiet li miżuri ta’ restrizzjoni kienu meħtieġa biex ikun limitat ir-riskju għall-konsumaturi matul dan l-użu. L-adeżivi ta’ kuntatt b’bażi ta’ neoprene li fihom is-cyclohexane għandhom għalhekk jitqiegħdu biss fis-suq għall-forniment tal-pubbliku inġenerali f’pakkett ta’ daqs imnaqqas. Struzzjonijiet armonizzati pprovduti mal-prodott għandhom iwissu lill-konsumaturi kontra l-użu f’kondizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ ventilazzjoni jew għat-tqegħid tat-twapet. |
(10) |
In-nitrat ta’ l-ammonju, li hu użat b’mod wiesa’ mal-Komunità kollha bħala fertilizzant, jista’ jaġixxi bħala aġent ossidanti. B’mod partikolari, dan għandu l-abbiltà li jisplodi meta jitħallat ma’ ċerti sustanzi oħrajn. Il-fertilizzanti tan-nitrat ta’ l-ammonju għandhom għalhekk jissodisfaw ċerti rekwiżiti meta jitpoġġew fuq is-suq biex jiġi żgurat li dawn ikunu sikuri kontra detonazzjoni aċċidentali. |
(11) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li għandu x’jaqsam mal-fertilizzanti (9) jipprovdi rekwiżiti armonizzati, inkluż ir-rekwiżiti ta’ sikurezza, għall-fertilizzanti tan-nitrat ta’ l-ammonju. Il-fertilizzanti li jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti jista’ jingħatalhom it-tikketta “fertilizzant KE” u jistgħu jiċċirkolaw b’mod ħieles fis-suq intern. |
(12) |
Għal fertilizzanti intenzjonati unikament għal bejgħ fi ħdan Stat Membru wieħed, il-manifatturi jistgħu jagħżlu li jikkonformaw biss mar-rekwiżiti li jeżistu fil-livell nazzjonali. Għalhekk dawn il-fertilizzanti jistgħu ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ sikurezza stabbiliti fil-livell Komunitarju. Biex jiġi żgurat livell uniformi ta’ sikurezza fi ħdan il-Komunità, il-fertilizzanti kollha tan-nitrat ta’ l-ammonju għandhom għalhekk jikkonformaw ma’ l-istess rekwiżiti ta’ sikurezza. |
(13) |
L-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 jispeċifika test ta’ reżistenza għad-detonazzjoni għall-fertilizzanti tan-nitrat ta’ l-ammonju li fihom aktar minn 28 % bil-massa ta’ nitroġenu b’relazzjoni man-nitrat tal-ammonju. Hu jispeċifika wkoll numru ta’ karatteristiċi fiżiċi u limiti dwar l-impurità tal-kontenut kimiku għal fertilizzanti ta’ din ix-xorta sabiex jiġi mminimizzat ir-riskju ta’ detonazzjoni. Il-fertilizzanti tan-nitrat ta’ l-ammonju li jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti, jew li fihom anqas minn 28 % bil-massa ta’ nitroġenu, huma aċċettati mill-Istati Membri kollha bħala sikuri għall-użu fl-agrikultura. |
(14) |
Il-fertilizzanti kollha tan-nitrat ta’ l-ammonju mpoġġija fis-suq fil-Komunità għandhom għalhekk jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sikurezza stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2003/2003. |
(15) |
Il-fertilizzanti tan-nitrat ta’ l-ammonju ntużaw ħażin għall-manifatturar illeċtu ta’ esplożivi. It-tipi ta’ fertilizzanti li jistgħu jintużaw għal dan l-iskop għandhom kontenut minimu ta’ nitroġenu ta’ 16 %. L-aċċess għal tipi ta’ fertilizzant u tipi ta’ preparazzjonijiet li fihom aktar minn 16 % nitroġenu, bil-massa ta’ nitroġenu relativament għan-nitrat ta’ l-ammonju għandu għaldaqstant ikun limitat għall-bdiewa u għall-utenti professjonali. Għall-fini ta’ dan il-punt il-kunċetti ta’ “bidwi” u “attività agrikola” jeħtieġ li jiġu ddefiniti sabiex il-biedja u attivitajiet professjonali simili bħaż-żamma ta’ parks, ġonna jew grawnds ta’ l-isport ikunu jistgħu jibqgħu jibbenefikaw mill-użu ta’ fertilizzanti b’kontenut ogħla ta’ nitroġenu. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu, għal raġunijiet soċjo-ekonomiċi, japplikaw limitu ta’ mhux aktar minn 20 % bil-massa ta’ nitroġenu relativament għan-nitrat ta’ l-ammonju għat-territorji tagħhom. |
(16) |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni huma adottati bil-ħsieb li jiddaħħlu fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jikkonċerna r-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni tas-Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tal-Kimika kif stipulat fl-Artikolu 137(3) ta’ dak ir-Regolament, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttiva tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (10). |
(17) |
Id-Direttiva 76/769/KEE għandha tkun emendata skond dan. |
(18) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għal-leġiżlazzjoni Komunitarja li tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-ħarsien tal-ħaddiema, bħad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri biex iħeġġu t-titjib tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (11), u d-Direttivi individwali bbażati fuqha, b’mod partikolari d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji marbuta ma’ l-esponiment għall-karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (is-sitt Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE) (verżjoni kodifikata) (12) u d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE tas-7 ta’ April 1998 dwar il-ħarsien tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema mir-riskji marbuta ma’ aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (13), |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE huwa b’dan emendat b’konformità ma’ l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Strasburgu, 16 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
B. LE MAIRE
(1) ĠU C 204, 9.8.2008, p. 13.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2008 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2008.
(4) ĠU L 292, 13.11.1999, p. 42.
(6) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.
(7) ĠU L 147, 9.6.1975, p. 40.
(8) ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.
(9) ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.
(10) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.
(11) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
(12) ĠU L 158, 30.4.2004, p. 50. Verżjoni korretta fil-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 23.
(13) ĠU L 131, 5.5.1998, p. 11.
ANNESS
Fl-Anness I għad-Direttiva 76/769/KEE, jiżdiedu l-punti li ġejjin:
|
Ma għandhiex titqiegħed fis-suq wara s-27 ta’ Ġunju 2010, għall-forniment tal-pubbliku ġenerali, bħala kostitwent taż-żebgħat, fil-prodotti għat-tqaxxir taż-żebgħa f’aġenti għat-tindif, emulsjonijiet leqqiena jew siġillanti għall-art b’konċentrazzjonijiet li jkunu daqs jew ikbar minn 0.1 % bil-massa. |
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|
(*) ĠU L 399, 30.12.1989, p. 18.
(**) ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.