This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1345
Commission Regulation (EC) No 1345/2008 of 23 December 2008 amending Council Regulation (EEC) No 2136/89 laying down common marketing standards for preserved sardines and trade descriptions for preserved sardines and sardine-type products
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2008 tat- 23 ta' Diċembru 2008 jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 li jistabbilixxi ċerti standards komuni dwar il-marketing tas-sardin ippriservat kif ukoll deskrizzjonijiet kummerċjali għas-sardin ippriservat u prodotti tat-tip tas-sardin
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1345/2008 tat- 23 ta' Diċembru 2008 jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 li jistabbilixxi ċerti standards komuni dwar il-marketing tas-sardin ippriservat kif ukoll deskrizzjonijiet kummerċjali għas-sardin ippriservat u prodotti tat-tip tas-sardin
ĠU L 348, 24.12.2008, p. 76–78
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
24.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 348/76 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1345/2008
tat-23 ta' Diċembru 2008
jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 li jistabbilixxi ċerti standards komuni dwar il-marketing tas-sardin ippriservat kif ukoll deskrizzjonijiet kummerċjali għas-sardin ippriservat u prodotti tat-tip tas-sardin
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta’ Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 104/2000 jipprovdi l-possibbiltà li jiġu adottati standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd fil-Komunità, partikolarment biex jiffaċilita n-negozju bbażat fuq kompetizzjoni ġusta. Dawn l-istandards jistgħu, b’mod partikolari, ikopru t-tikkettar. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 (2) jistabbilixxi standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni tas-sardin ippriservat kif ukoll deskrizzjonijiet kummerċjali tas-sardin ippriservat u tal-prodotti tat-tip tas-sardin fil-Komunità. |
(3) |
Il-varjetà wiesgħa tal-provvista ta’ prodotti ppriservati li jitqiegħdu fis-suq u li huma ppreżentati fil-Komunità bl-istess mod bħala sardin ippriservat, għandha tipprovdi lill-konsumaturi l-informazzjoni suffiċjenti dwar l-identità u l-karatteristiċi ewlenin tal-prodott. Għalhekk huwa neċessarju li r-regoli attwali dwar id-deskrizzjonijiet kummerċjali tal-prodotti ppriservati li jitqiegħdu fis-suq u li huma ppreżentati bl-istess mod bħala sardin ippriservat fil-Komunità, jiġu emendati. |
(4) |
L-istandard tal-Codex Alimentarius Codex STAN94, kif ġie rivedut fl-2007, kif ukoll il-kundizzjonijiet partikolari fis-suq tal-Komunità għandhom jitqiesu għal dak il-għan. |
(5) |
Fl-interess tat-trasparenza tas-suq, tal-kompetizzjoni ġusta u tal-għażla varjata, hu neċessarju li mal-ispeċijiet awtorizzati fil-preparazzjoni tal-prodotti tat-tip tas-sardin, tiżdied ukoll l-ispeċi Strangomera bentincki. |
(6) |
Sabiex titjieb l-identifikazzjoni ta’ kull prodott tat-tip tas-sardin, l-isem xjentifiku tal-ispeċi u ż-żona ġeografika ta’ fejn inqabdet l-ispeċi għandhom jintużaw bħala termini ta’ kwalifika. |
(7) |
Il-ħtiġijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom ikunu applikati bla ħsara għad-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2000 fuq l-approsimazzjoni ta’ liġijiet ta’ l-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ tikkettjar, preżentazzjoni u riklamar ta’ oġġetti ta’ l-ikel (3). |
(8) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2136/89 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
(9) |
Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jadattaw għar-rekwiżiti l-ġodda, għandu jkun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-prodotti li jridu joqogħdu għall-verżjoni attwali tar-Regolament (KEE) Nru 2136/89 jitqiegħdu fis-suq. |
(10) |
Il-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Prodotti tas-Sajd ma tax opinjoni fil-perjodu stipulat mill-President tiegħu. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2136/89 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 1a (2) għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 7a għandu jinbidel b’dan li ġej: Artikolu 7a 1. Bla ħsara għad-Direttiva 2000/13/KE, prodotti ppriservati tat-tip tas-sardin jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Komunità taħt deskrizzjoni kummerċjali li tikkonsisti fil-kelma “sardin” magħquda flimkien mal-isem xjentifiku tal-ispeċi u maż-żona ġeografika fejn l-ispeċi nqabdet. 2. Kull fejn id-deskrizzjoni kummerċjali provduta fil-paragrafu 1 tkun immarkata fuq il-kontenitur ta’ prodott ippriservat tat-tip tas-sardin, għandha tkun tidher ċara u b’mod distint. 3. L-isem xjentifiku għandu jinkludi l-ismijiet bil-Latin tal-ġeneru u tal-ispeċi fil-każi kollha. 4. Iż-żona ġeografika għandha tkun indikata b’wieħed mill-ismijiet imniżżlin fl-ewwel kolonna tal-Anness, fil-qies tal-identifikatur korrispondenti taż-żona li jingħata fit-tieni kolonna tal-Anness. 5. Speċi waħda biss għandha titqiegħed fis-suq taħt deskrizzjoni kummerċjali waħda. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Madanakollu, prodotti li kienu konformi mar-Regolament (KEE) Nru 2136/89 qabel l-emenda tiegħu b’dan ir-Regolament jistgħu jitqiegħdu fis-suq sal-1 ta’ Novembru 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Diċembru 2008.
Għall-Kummissjoni
Joe BORG
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22.
(2) ĠU L 212, 22.7.1989, p. 79.
(3) ĠU L 109, 6.5.2000, p. 29.
ANNESS
L-ismijiet u l-identifikaturi taż-żoni ġeografiċi
L-isem taż-żona ġeografika kif imsemmi fl-Artikolu 7a (1) |
L-identifikatur taż-żona (1) |
L-Atlantiku tal-Majjistral |
Iz-żona 21 tal-FAO |
L-Atlantiku tal-Grigal (2) |
Iz-żona 27 tal-FAO |
Il-Baħar Baltiku |
Iz-żona 27 IIId tal-FAO |
L-Atlantiku tal-Punent Ċentrali |
Iz-żona 31 tal-FAO |
L-Atlantiku tal-Lvant Ċentrali |
Iz-żona 34 tal-FAO |
L-Atlantiku tal-Lbiċ |
Iz-żona 41 tal-FAO |
L-Atlantiku tax-Xlokk |
Iz-żona 47 tal-FAO |
Il-Baħar Mediterran |
Iż-żoni 37.1, 37.2 u 37.3 tal-FAO |
Il-Baħar l-Iswed |
Iz-żona 37.4 tal-FAO |
L-Oċean Indjan |
Iż-żona 51 u 57 tal-FAO |
L-Oċean Paċifiku |
Iż-żoni 61, 67, 71, 77, 81, 87 tal-FAO |
L-Antartiku |
Iż-żoni 48, 58 u 88 tal-FAO |
Il-Baħar Artiku |
Iz-żona 18 tal-FAO |
(1) FAO yearbook. Fishery statistics. Catches. Vol. 86/1. 2000.
(2) Jeskludi l-Baħar Baltiku