EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1189

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1189/2008 tal- 25 ta' Novembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fl-2009 tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti baby beef li joriġinaw fil-Kroazja, il-Bożnja u Ħerżegovina, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Kosovo u l-Montenegro

OJ L 322, 2.12.2008, p. 11–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 08/11/2011: This act has been changed. Current consolidated version: 15/06/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1189/oj

2.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 322/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1189/2008

tal-25 ta' Novembru 2008

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni fl-2009 tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni għall-prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Kroazja, il-Bożnja u Ħerżegovina, l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, is-Serbja, il-Kosovo u l-Montenegro

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 144(1) flimkien mal-Artikolu 148(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2000 tat-18 ta' Settembru 2000 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali ta' eċċezzjoni għal pajjiżi u territorji li jipparteċipaw fi, jew li huma marbutin mal-proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2820/98, u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1763/1999 u (KE) Nru 6/2000 (2), jipprovdi għal kwota tariffarja annwali preferenzjali ta' 1 500 tunnellata ta' prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Bożnja u Ħerżegovina u 9 975 tunnellata ta' prodotti “baby beef” li joriġinaw fil-Montenegro u fit-territorji doganali tas-Serbja u l-Kosovo (3).

(2)

Il-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2005/40/KE, Euratom (4), il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, bid-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2004/239/KE, Euratom (5) u l-Ftehim tranżitorju mal-Montenegro, approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/855/KE tal-15 ta’ Ottubru 2007 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim Proviżorju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Montenegro, min-naħa l-oħra (6), jistabbilixxu kwoti tariffarji annwali preferanzjali ta' 9 400 tunnellata, 1 650 tunnellata u 800 tunnellata rispettivament għall-“baby beef”.

(3)

L-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2248/2001 tad-19 ta' Novembru 2001 dwar ċerti proċeduri għall-applikar tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra, u għall-applikar tal-Ftehim Tranżitorju bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja (7) u l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 dwar ċerti proċeduri għall-applikar tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, u għall-applikar tal-Ftehim Tranżitorju bejn il-Komunità Ewropea u l-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (8) jipprovdu li għandhom ikunu stabbiliti regoli dettaljati għall-implementazzjoni ta' konċessjonijiet tal-“baby beef”.

(4)

Għal finijiet ta' kontroll, ir-Regolament (KE) Nru 2007/2000 l-importazzjonijiet permezz tal-kwoti għall-“baby beef” għall-Bożnja u Ħerżegovina u t-territorji doganali tas-Serbja u l-Kosovo jagħmilhom soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' awtentiċità li jiċċertifika li l-oġġetti jkunu joriġinaw mill-pajjiż tal-ħruġ u li jikkorrispondu eżattament mad-definizzjoni fl-Anness II għal dak ir-Regolament. Għal finijiet ta’ armonizzazzjoni, l-importazzjonijiet permezz tal-kwoti ta' “baby beef” li joriġina fil-Kroazja u fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Montenegro għandhom ukoll ikunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tal-awtentiċità li jiċċertifika li l-oġġetti joriġinaw mill-pajjiż tal-ħruġ u li jkunu jikkorrispondu eżattament mad-definizzjoni fl-Anness III għall-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni mal-Kroazja jew mal-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fl-Anness II għall-Ftehim Tranżitorju mal-Montenegro, rispettivament. Għandu wkoll jiġi stabbilit mudell għaċ-ċertifikati tal-awtentiċità u għandhom jiġu stipulati regoli dettaljati għall-użu tagħhom.

(5)

Il-kwoti kkonċernati għandhom ikunu amministrati permezz tal-użu ta' liċenzji tal-importazzjoni. Għal dan il-għan, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 tat-23 ta’ April 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni għall-applikazzjoni tas-sistema tal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ ffissar bil-quddiem għal prodotti agrikoli (9), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 328/2008 tal-21 ta’ April 2008 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (10) għandhom ikunu applikabbli, soġġetti għal dan ir-Regolament.

(6)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti agrikoli amministrati b'sistema ta' liċenzji tal-importazzjoni (11) [titlu mhux uffiċjali], jistipula b'mod partikolari dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni, l-istatus tal-applikanti, il-ħruġ tal-liċenzji u n-notifiki mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Dak ir-Regolament jillimita l-perjodu tal-validità tal-liċenzji sal-aħħar jum tal-perjodu tal-kwota tariffarja tal-importazzjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 għandhom japplikaw għal-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa skont dan ir-Regolament, bla ħsara għall-kundizzjonijiet addizzjonali stipulati f'dan ir-Regolament.

(7)

Sabiex tkun żgurata amministrazzjoni sewwa tal-importazzjoni tal-prodotti kkonċernati, il-liċenzji tal-importazzjoni għandhom jinħarġu suġġetti għal verifika, partikolarment il-kitbiet fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità.

(8)

Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwoti tariffarji li ġejjin b'dan huma miftuħa għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2009:

(a)

9 400 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Kraozja;

(b)

1 500 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Bożnja u Ħerżegovina;

(c)

1 650 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fl-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja;

(d)

9 175 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fit-territorji doganali tas-Serbja u l-Kosovo;

(e)

800 tunnellata “baby beef”, espressi bħala l-piż tal-karkassi, li joriġinaw fil-Montenegro.

Il-kwoti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jkollhom in-numri tas-serje 09.4503, 09.4504, 09.4505, 09.4198 u 09.4199 rispettivament.

Għall-finijiet tal-allokazzjoni ta' dawk il-kwoti, 100 kilogramma ta' piż ħaj għandhom ikunu ekwivalenti għal 50 kilogramma tal-piż ta' karkassa.

2.   Id-dazju doganali applikabbli skont il-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun 20 % tad-dazju ad valorem u 20 % tad-dazju speċifiku kif stabbilit fit-Tariffa Doganali Komuni.

3.   L-importazzjoni permezz tal-kwoti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun irriservata għal ċerti annimali ħajjin u ċertu laħam kopert bil-kodiċijiet tan-NM li ġejjin, imsemmija fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2007/2000, fl-Anness III għall-Ftehimiet ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konklużi mal-Kroazja, fl-Anness III għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konkluż mal-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u fl-Anness II għall-Ftehim Tranżitorju mal-Montenegro:

ex 0102 90 51, ex 0102 90 59, ex 0102 90 71 u ex 0102 90 79,

ex 0201 10 00 u ex 0201 20 20,

ex 0201 20 30,

ex 0201 20 50.

Artikolu 2

Għandhom japplikaw il-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 382/2008, sakemm ma jkunx hemm dispożizzjoni mod ieħor f'dan ir-Regolament.

Artikolu 3

1.   Is-Sezzjoni 8 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji jeħtiġilhom juru l-pajjiż jew it-territorju doganali tal-oriġini, u l-kelma “iva” għandha tkun ingassata b'salib. Il-liċenzji għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu tal-importazzjoni mill-pajjiż jew mit-territorju doganali indikat.

Is-Sezzjoni 20 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji u l-liċenzji għandhom juru waħda mill-kitbiet elenkati fl-Anness I.

2.   L-oriġinal taċ-ċertifikat tal-awtentiċità, imħejji f'konformità mal-Artikolu 4, flimkien ma' kopja tiegħu, għandhom ikunu ppreżentati lill-awtorità kompetenti flimkien mal-applikazzjoni għall-ewwel liċenzja tal-importazzjoni li tirrigwarda ċ-ċertifikat tal-awtentiċità.

Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità jistgħu jintużaw għall-ħruġ ta' aktar minn liċenzja waħda tal-importazzjoni għal kwantitajiet li ma jaqbżux dawk murija fiċ-ċertifikat. Fejn tinħareġ aktar minn liċenzja waħda fir-rigward ta' ċertifikat, l-awtorità kompetenti għandha:

(a)

tittimbra ċ-ċertifikat tal-awtentiċità biex turi l-kwantità allokata;

(b)

tiżgura li l-liċenzji tal-importazzjoni maħruġa fir-rigward ta' dak iċ-ċertifikat jinħarġu fl-istess jum.

3.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu joħorġu l-liċenzji tal-importazzjoni biss wara li jkunu sodisfatti li l-informazzjoni kollha fiċ-ċertifikat tal-awtentiċità tkun tikkorrispondi ma' dawk li jaslu ta' kull ġimgħa mill-Kummissjoni għall-importazzjonijiet ikkonċernati. ll-liċenzji għandhom jinħarġu immedjatament wara dan.

Artikolu 4

1.   L-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji tal-importazzjoni skont il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu akkumpanjati b'ċertifikat tal-awtentiċità maħruġ mill-awtoritajiet tal-pajjiż jew it-territorju doganali tal-esportazzjoni kif elenkati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2007/2000, l-Anness III għall-Ftehimiet ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konklużi mal-Kroazja, fl-Anness III għall-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni konkluż mal-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja jew fl-Anness II għall-Ftehim Tranżitorju mal-Montenegro.

2.   Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità għandhom jinħarġu f'oriġinal wieħed u żewġ kopji, li għandhom ikunu stampati u mimlija b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità, f'konformità mal-mudell rilevanti fl-Annessi III sa VIII, għall-pajjiżi tal-esportazzjoni jew tat-territorju doganali kkonċernat(i). Jistgħu wkoll jiġu stampati u mimlija bil-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-pajjiż tal-esportazzjoni jew tat-territorju doganali.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni tkun ippreżentata jista' jesiġi li tkun ipprovduta traduzzjoni taċ-ċertifikat.

3.   L-oriġinal u l-kopji taċ-ċertifikat tal-awtentiċità jistgħu jkunu ttajpjati jew miktuba bl-id. Fil-każ tal-aħħar, għandhom jinkitbu bil-linka sewda u b'ittri kbar.

Il-forom taċ-ċertifikati għandu jkollhom qisien ta' 210 × 297 mm. Il-karta li tintuża ma għandhiex tiżen anqas minn 40 g/m2. L-oriġinal għandu jkun abjad, l-ewwel kopja roża u t-tieni kopja safra.

4.   Kull ċertifikat għandu jkollu n-numru tas-serje individwali tiegħu, segwit bl-isem tal-pajjiż jew tat-territorju doganali tal-ħruġ.

Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tas-serje u l-istess isem bħall-oriġinal.

5.   Iċ-ċertifikati għandhom ikunu validi biss jekk ikunu ttimbrati minn awtorità tal-ħruġ minn fost dawk elenkati fl-Anness II.

6.   Iċ-ċertifikati għandhom jitqiesu bħala awtentikati jekk ikun hemm fuqhom id-data u l-post tal-ħruġ u jekk ikollhom it-timbru tal-awtorita' tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew tal-persuni li għandhom is-setgħa li jiffirmawhom.

Artikolu 5

1.   L-awtoritajiet emittenti elenkati fl-Anness II għandhom:

(a)

ikunu rikonoxxuti bħala tali mill-pajjiż tal-esportazzjoni jew mit-territorju doganali kkonċernat;

(b)

jintrabtu li jivverifikaw il-partikolaritajiet li jidhru fuq iċ-ċertifikati;

(c)

jintrabtu li jgħaddu lill-Kummissjoni tal-anqas darba kull ġimgħa kwalunkwe informazzjoni li permezz tagħha l-kitbiet fuq iċ-ċertifikati tal-awtentiċità jistgħu jkunu vverifikati, partikolarment f'dak li jirigwardja n-numru taċ-ċertifikat, l-esportatur, id-destinatarju, il-pajjiż tad-destinazzjoni, il-prodott (annimali ħajjin/laħam), il-piż nett u d-data tal-firma.

2.   Il-lista fl-Anness II għandha tkun riveduta mill-Kummissjoni meta ma jibqax jinqeda r-rekwiżit referut fil-paragrafu 1(a), meta awtorità tal-ħruġ tonqos milli twettaq wieħed jew aktar mill-obbligi imposti fuqha jew meta tinħatar awtorità ġdida tal-ħruġ.

Artikolu 6

Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità u l-liċenzji tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal tliet xhur mid-dati tal-ħruġ rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Il-pajjiż tal-esportazzjoni jew it-territorju doganali kkonċernat għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kampjuni tat-timbri użati mill-awtoritajiet tal-ħruġ tiegħu u l-ismijiet u l-firem tal-persuni awtorizzati li jiffirmaw iċ-ċertifikati tal-awtentiċità. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni lill-awtoritajiet tal-Istati Membri.

Artikolu 8

1.   B′deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni:

(a)

sa mhux aktar tard mit-28 ta' Frar 2010, il-kwantitajiet ta' prodotti, inklużi prospetti nulli, li għalihom ikunu nħarġu liċenzji tal-importazzjoni fil-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja;

(b)

sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2010, il-kwantitajiet ta' prodotti, inklużi prospetti nulli, koperti b'liċenzji tal-importazzjoni li ma ntużawx jew li ntużaw biss parzjalment u li jikkorrispondu għad-differenza bejn il-kwantitajiet imniżżla fuq in-naħa ta’ wara tal-liċenzji tal-importazzjoni u l-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu.

2.   Sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2010, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kwantitajiet ta' prodotti li effettivament ikunu ġew rilaxxati għall-moviment ħieles matul il-perjodu preċedenti tal-kwota tariffarja.

3.   In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu għandhom isiru kif indikat fl-Annessi IX, X u XI għal dan ir-Regolament, u għandhom jintużaw il-kategoriji ta' prodotti indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 3825/2008.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 240, 23.9.2000, p. 1.

(3)  Il-Kosovo skond ir-Riżoluzzjoni 1244/1999 tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti.

(4)  ĠU L 26, 28.1.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 84, 20.3.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 345, 28.12.2007, p. 1.

(7)  ĠU L 304, 21.11.2001, p. 1.

(8)  ĠU L 25, 29.1.2002, p. 16.

(9)  ĠU L 114, 26.4.2008, p. 3.

(10)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 10.

(11)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS I

L-annotazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(1)

:

bil-Bulgaru

:

“Baby beef” (Регламент (ЕО) № 1189/2008)

:

bl-Ispanjol

:

“Baby beef” [Reglamento (CE) no 1189/2008]

:

biċ-Ċek

:

“Baby beef” (Nařízení (ES) č. 1189/2008)

:

bid-Daniż

:

“Baby beef” (Forordning (EF) nr. 1189/2008)

:

bil-Ġermaniż

:

“Baby beef” (Verordnung (EG) Nr. 1189/2008)

:

bl-Estonjan

:

“Baby beef” (Määrus (EÜ) nr 1189/2008)

:

bil-Grieg

:

“Baby beef” [Κανονισμός (ΕΚ) αριθ. 1189/2008]

:

bl-Ingliż

:

“Baby beef” (Regulation (EC) No 1189/2008)

:

bil-Franċiż

:

“Baby beef” [Règlement (CE) no 1189/2008]

:

bit-Taljan

:

“Baby beef” [Regolamento (CE) n. 1189/2008]

:

bil-Latvjan

:

“Baby beef” (Regula (EK) Nr. 1189/2008)

:

bil-Litwan

:

“Baby beef” (Reglamentas (EB) Nr. 1189/2008)

:

bl-Ungeriż

:

“Baby beef” (1189/2008/EK rendelet)

:

bil-Malti

:

“Baby beef” (Regolament (KE) Nru 1189/2008)

:

bl-Olandiż

:

“Baby beef” (Verordening (EG) nr 1189/2008)

:

bil-Pollakk

:

“Baby beef” (Rozporządzenie (WE) nr 1189/2008)

:

bil-Portugiż

:

“Baby beef” [Regulamento (CE) n.o 1189/2008]

:

bir-Rumen

:

“Baby beef” [Regulamentul (CE) nr. 1189/2008]

:

bis-Slovakk

:

“Baby beef” [Nariadenie (ES) č. 1189/2008]

:

bis-Sloven

:

“Baby beef” (Uredba (ES) št. 1189/2008)

:

bil-Finlandiż

:

“Baby beef” (Asetus (EY) N:o 1189/2008)

:

bl-Iżvediż

:

“Baby beef” (Förordning (EG) nr 1189/2008)


ANNESS II

Awtorità tal-ħruġ:

Ir-Repubblika tal-Kroazja Croatian Livestock Center, Zagreb, Croatia.

Il-Bożnja u Ħerżegovina:

L-ex-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: Univerzitet Sv. Kiril I Metodij, Institut za hrana, Fakultet za veterinarna medicina, “Lazar Pop-Trajkov 5-7”, 1000 Skopje

Il-Montenegro Veterinary Directorate, Bulevar Svetog Petra Cetinjskog br.9, 81000 Podgorica, Montenegro

It-territorju doganali tas-Serbja (1): “YU Institute for Meat Hygiene and Technology, Kacanskog 13, Belgrade, Yugoslavia.”

It-territorju doganali tal-Kosovo:


(1)  Ma jinkludix Il-Kosovo skond ir-Riżoluzzjoni 1244/1999 tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti.


ANNESS III

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VI

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VII

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS VIII

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IX

Notifika dwar il-liċenzji ta' l-importazzjoni (maħruġa) – Regolament (KE) Nru 1189/2008

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 1189/2008

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom ikunu nħarġu liċenzji ta' l-importazzjoni

Minn: … sa …


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantità

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


ANNESS X

Notifika dwar il-liċenzji ta' l-importazzjoni (kwantitajiet mhux utilizzati) – Regolament (KE) Nru 1189/2008

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni ta' Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1189/2008

Il-kwantitajiet tal-prodotti li għalihom il-liċenzji ta' l-importazzjoni ma jkunux ġew utilizzati

Minn: … sa: …


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantità mhux utilizzata

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


ANNESS XI

Notifika dwar il-liċenzji ta' l-importazzjoni (kwantitajiet li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa) – Regolament (KE) Nru 1189/2008

L-Istat Membru: …

Applikazzjoni ta' Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1189/2008

Il-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

Minn: … sa: … (perjodu tal-kwota tariffarja ta' l-importazzjoni).


Nru tas-serje

Kategorija/i ta' prodotti (1)

Il-kwantitajiet ta' prodotti li tqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa:

(kilogrammi ta' piż tal-prodotti jew irjus)

09.4503

 

 

09.4504

 

 

09.4505

 

 

09.4198

 

 

09.4199

 

 


(1)  Il-kategorija jew kategoriji ta' prodotti kif indikati fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 382/2008.


Top