EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0846

2008/846/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 4 ta' Novembru 2008 li taħtar membru Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

OJ L 301, 12.11.2008, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/846/oj

12.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 301/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-4 ta' Novembru 2008

li taħtar membru Taljan fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/846/KE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Taljan,

billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill addotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Fabio GAVA sar vakanti post ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Din li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010:

Is-Sinjura Maria Luisa COPPOLA, Kunsilliera Reġjonali – Assessore, Regione Veneto.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 4 ta’ Novembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top