EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0831

2008/831/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 31 ta’ Ottubru 2008 li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6266) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ L 295, 4.11.2008, p. 50–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/831/oj

4.11.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 295/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-31 ta’ Ottubru 2008

li tistabbilixxi data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal ċerti sustanzi li għandhom jiġu eżaminati skond il-programm ta’ ħidma ta’ għaxar snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6266)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2008/831/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 ta’ l-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment ikunu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.

(2)

Għal għadd ta’ sustanzi / kombinazzjonijiet ta’ tipi ta’ prodotti inklużi f’dik il-lista, jew irtiraw il-parteċipanti kollha inkella ma wasal l-ebda dossier sad-data ta’ skadenza speċifikata fl-Artikolu 9(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni.

(3)

Għalhekk, u skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri b’dan. Fit-8 ta’ Novembru 2007, dik l-informazzjoni ġiet ippubblikata wkoll permezz ta’ mezzi elettroniċi.

(4)

Fi żmien tliet xhur mill-pubblikazzjoni elettronika ta’ dik l-informazzjoni, ċerti kumpaniji indikaw l-interess tagħhom li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għal xi wħud mis-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti kkonċernati, skond l-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007.

(5)

Għalhekk għandha tiġi stabbilita data ta’ skadenza ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għal dawn is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti skond it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(3) ta’ dak ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-data ta’ skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni ta’ dossiers għas-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti stipulati fl-Anness għandha tkun l-1 ta’ Diċembru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, 31 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.


ANNESS

Sustanzi u tipi ta' prodotti li d-data ta' skadenza l-ġdida għall-preżentazzjoni tad-dossiers tagħhom hija l-1 ta' Diċembru 2009

Isem

Numru EC

Numru CAS

Tip ta’ prodott

SMR

1,2-benżisotijażol-3(2H)-on

220-120-9

2634-33-5

2

ES

2,2′-ditijobis[N-metilbenżamid]

219-768-5

2527-58-4

6

PL

2,2′-ditijobis[N-metilbenżamid]

219-768-5

2527-58-4

13

PL

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

1

HU

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

2

HU

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

3

HU

2-Butanon, perossidu

215-661-2

1338-23-4

6

HU

2-kloroaċetamid

201-174-2

79-07-2

3

EE

2-kloroaċetamid

201-174-2

79-07-2

6

EE

2-kloroaċetamid

201-174-2

79-07-2

13

EE

Monoidroklorur tad-dodeċilgwanidin

237-030-0

13590-97-1

6

ES

Ossidu ta’ l-etilene

200-849-9

75-21-8

2

NO

Glijossal

203-474-9

107-22-2

2

FR

Glijossal

203-474-9

107-22-2

3

FR

Glijossal

203-474-9

107-22-2

4

FR

Aċidu eża-2,4-dienojku/Aċidu sorbiku

203-768-7

110-44-1

6

DE

Taħlita ta’ ċis- u trans-p-mentan-3,8-dijol/Ċitrijodijol

255-953-7

42822-86-6

1

UK

Taħlita ta’ ċis- u trans-p-mentan-3,8-dijol/Ċitrijodijol

255-953-7

42822-86-6

2

UK

Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur)

Polimer

374572-91-5

1

FR

Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur)

Polimer

374572-91-5

5

FR

Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur)

Polimer

374572-91-5

6

FR

Oligo(2-(2-etossi)etossietilgwanidinju klorur)

Polimer

374572-91-5

13

FR

Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur)

Polimer

57028-96-3

1

FR

Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur)

Polimer

57028-96-3

5

FR

Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur)

Polimer

57028-96-3

6

FR

Poli(eżametilindiammina gwanidinju klorur)

Polimer

57028-96-3

13

FR

Jodju polivinilpirrolidon

Polimer

25655-41-8

1

SE

Potassju-(E,E)-eża-2,4-dienoat

246-376-1

24634-61-5

6

DE

Piridin-2-tijol 1-ossidu, melħ tas-sodju

223-296-5

3811-73-2

2

SE

Piridin-2-tijol 1-ossidu, melħ tas-sodju

223-296-5

3811-73-2

3

SE

Aċidu saliċiliku

200-712-3

69-72-7

1

LT

Aċidu saliċiliku

200-712-3

69-72-7

2

LT

Aċidu saliċiliku

200-712-3

69-72-7

3

LT

Aċidu saliċiliku

200-712-3

69-72-7

4

LT

Diossidu tas-silikon – amorfuż

231-545-4

7631-86-9

3

FR

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

3

SE

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

4

SE

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

5

SE

Klorur tal-fidda

232-033-3

7783-90-6

13

SE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

1

DE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

2

DE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

4

DE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

5

DE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

6

DE

Diossidu tal-kubrit

231-195-2

7446-09-5

13

DE

Tijabendażol

205-725-8

148-79-8

2

ES

Tijabendażol

205-725-8

148-79-8

13

ES

Triklosan

222-182-2

3380-34-5

3

DK

Polimer ta’ formaldeide u akrolein

Polimer

26781-23-7

3

HU


Top