EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1058
Commission Regulation (EC) No 1058/2008 of 27 October 2008 cancelling the registration of a name in the Register of protected designations of origin and protected geographical indications (Arroz del Delta del Ebro (PGI))
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1058/2008 tas- 27 ta’ Ottubru 2008 li jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Arroz del Delta del Ebro (IĠP)]
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1058/2008 tas- 27 ta’ Ottubru 2008 li jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Arroz del Delta del Ebro (IĠP)]
OJ L 283, 28.10.2008, p. 32–33
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 052 P. 97 - 98
In force
28.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 283/32 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1058/2008
tas-27 ta’ Ottubru 2008
li jħassar ir-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Arroz del Delta del Ebro (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u b’applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmi Regolament, l-applikazzjoni mressqa minn Spanja għat-tħassir tad-denominazzjoni “Arroz del Delta del Ebro”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummisjsoni ma ġiet notifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/06, ir-reġistrazzjoni ta’ din id-denominazzjoni għandha titħassar. |
(3) |
Fid-dawl ta’ dawn il-fatturi, id-denominazzjoni għalhekk trid titħassar mir-“Reġistru ta’ denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”. |
(4) |
Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-indikazzjonijiet ġeografiċi u għad-denominazzjonijiet ġeografiċi protetti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni murija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament hija mħassra.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 27 ta’ Ottubru 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 314, 22.12.2007, p. 44.
ANNESS
Prodotti agrikoli għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I għat-Trattat:
Klassi 1.6. Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati
SPANJA
Arroz del Delta del Ebro (IĠP)