EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0583

2008/583/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Lulju 2008 li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE

OJ L 188, 16.7.2008, p. 21–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/583/oj

16.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 188/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-15 ta’ Lulju 2008

li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868/KE

(2008/583/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Diċembru 2007 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2007/868/KE li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (2), u li tistabbilixxi l-lista aġġornata ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplika dak ir-Regolament.

(2)

Il-Kunsill ipprovda lil kull persuna, kull grupp u kull entità li għalihom dan kien possibbli fil-prattika b'dikjarazzjonijiet ta’ raġunijiet fejn fisser għaliex huma kienu elenkati fil-lista li tinsab fid-Deċiżjoni 2007/868/KE. Fil-każ ta’ grupp u ta’ tliet persuni, sommarju tar-raġunijiet immodifikat ngħata lilhom safejn dan kien possibbli f'April ta’ l-2008.

(3)

B'avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fit-22 ta’ Diċembru 2007 (3) il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fid-Deċiżjoni 2007/868/KE li hu ddeċida li jżommhom fuq il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati li kienet possibbli li tintalab id-dikjarazzjoni ta’ raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fuq il-lista (fejn din ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom).

(4)

Il-Kunsill wettaq reviżjoni kompleta tal-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament. Meta għamel dan, huwa ħa kont ta’ osservazzjonijiet ippreżentati lill-Kunsill minn dawk ikkonċernati.

(5)

Fil-każ ta’ grupp, il-Kunsill ikkunsidra l-fatt li d-deċiżjoni minn awtorità kompetenti li serviet bħala ġustifikazzjoni għall-inklużjoni ta’ dan il-grupp fil-lista m'għadhiex fis-seħħ mill-24 ta’ Ġunju 2008. Madankollu, il-Kunsill ġie mgħarraf dwar elementi ġodda rigward dan il-grupp. Il-Kunsill kkunsidra li dawn l-elementi ġodda jiġġustifikaw l-inklużjoni ta’ dan il-grupp fil-lista.

(6)

Il-Kunsill iddetermina li persuna waħda għandha titneħħa mil-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(7)

Għalhekk il-Kunsill ikkonkluda li, bl-eċċezzjoni tal-persuna msemmija fis-sitt premessa l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet elenkati fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2007/871/PESK (4) kienu involuti f'atti terroristiċi fit-tifsira ta’ l-Artikoli 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l- applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu (5), li ttieħdet deċiżjoni fir-rigward tagħhom minn awtorità kompetenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni, u li huma għandhom ikomplu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(8)

Il-lista tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi aġġornata kif meħtieġ,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 għandha tiġi sostitwita bil-lista li tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2007/868/KE hija hawnhekk irrevokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 15 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/868/KE (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 100).

(2)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 100. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/343/KE (ĠU L 116, 30.4.2008, p. 25).

(3)  ĠU C 314, 22.12.2007, p. 42.

(4)  Kif emendata bil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/346/PESK tad-29 ta’ April 2008 (ĠU L 116, 30.4.2008, p. 53).

(5)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93.


ANNESS

Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1

1.   PERSUNI

1.

ABOU, Rabah Naami (magħruf ukoll bħala Naami Hamza; magħruf ukoll bħala Mihoubi Faycal; magħruf ukoll bħala Fellah Ahmed; magħruf ukoll bħala Dafri Rèmi Lahdi) imwieled fl-1.2.1966 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

2.

ABOUD, Maisi (magħruf ukoll bħala “l-Abderrahmane Svizzeru”) imwieled fis-17.10.1964 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

3.

AL-MUGHASSIL, Ahmad Ibrahim (magħruf ukoll bħala ABU OMRAN; magħruf ukoll bħala AL-MUGHASSIL, Ahmed Ibrahim) imwieled fis-26.6.1967 f’Qatif-Bab al Shamal (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

4.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

5.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut, l-Għarabja Sawdija; ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

6.

ARIOUA, Azzedine imwieled fl-20.11.1960 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

7.

ARIOUA, Kamel (magħruf ukoll bħala Lamine Kamel) imwieled fit-18.8.1969 f’Kostantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

8.

ASLI, Mohamed (magħruf ukoll bħala Dahmane Mohamed) imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

9.

ASLI, Rabah imwieled fit-13.5.1975 f’Ain Taya (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

10.

ATWA, Ali (magħruf ukoll bħala BOUSLIM, Ammar Mansour; magħruf ukoll bħala SALIM, Hassan Rostom), il-Libanu, imwieled fl-1960 fil-Libanu; ċittadin tal-Libanu

11.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR; magħruf ukoll bħala SOBIAR; magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (l-Olanda) (Membru tal-“Hofstadgroep”)

12.

DARIB, Noureddine (magħruf ukoll bħala Carreto; magħruf ukoll bħala Zitoun Mourad) imwieled fl-1.2.1972 fl-Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

13.

DJABALI, Abderrahmane (magħruf ukoll bħala Touil) imwieled fl-1.6.1970 fl- Alġerija (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

14.

EL FATMI, Nouredine (magħruf ukoll bħala Nouriddin EL FATMI; magħruf ukoll bħala Nouriddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Noureddine EL FATMI; magħruf ukoll bħala Abu AL KA’E KA’E; magħruf ukoll bħala Abu QAE QAE; magħruf ukoll bħala FOUAD; magħruf ukoll bħala FZAD; magħruf ukoll bħala Nabil EL FATMI; magħruf ukoll bħala Ben MOHAMMED; magħruf ukoll bħala Ben Mohand BEN LARBI; magħruf ukoll bħala Ben Driss Muhand IBN LARBI; magħruf ukoll bħala Abu TAHAR; magħruf ukoll bħala EGGIE), imwieled fil-15.8.1982 f’Midar (il-Marokk), Nru tal-passaport (il-Marokk) N829139 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

15.

EL-HOORIE, Ali Saed Bin Ali (magħruf ukoll bħala AL-HOURI, Ali Saed Bin Ali; magħruf ukoll bħala EL-HOURI, Ali Saed Bin Ali) imwieled fl-10.7.1965 jew il-11.7.1965 f'El Dibabiya, (l-Għarabja Sawdija); ċittadin ta' l-Għarabja Sawdija

16.

FAHAS, Sofiane Yacine, imwielda fl-10.9.1971 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al- Takfir” u “al-Hijra”)

17.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, AHMED; magħruf ukoll bħala SA-ID; magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil- Libanu, ċittadin tal-Libanu

18.

LASSASSI, Saber (magħruf ukoll bħala Mimiche) imwieled fit-30.11.1970 f’Konstantin (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

19.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem; magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah; magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith; magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, passaport Nru 488555

20.

MOKTARI, Fateh (magħruf ukoll bħala Ferdi Omar) imwieled fis-26.12.1974 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

21.

NOUARA, Farid imwieled fil-25.11.1973 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

22.

RESSOUS, Hoari (magħruf ukoll bħala Hallasa Farid) imwieled fil-11.9.1968 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

23.

SEDKAOUI, Noureddine (magħruf ukoll bħala Nounou) imwieled fit-23.6.1963 f’Alġeri (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

24.

SELMANI, Abdelghani (magħruf ukoll bħala Gano) imwieled fl-14.6.1974 f’Alġeri (l- Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

25.

SENOUCI, Sofiane imwielda fil-15.4.1971 f’Hussein Dey (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

26.

SISON, Jose Maria (magħruf ukoll bħala Armando Liwanag, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-“Partit Komunista tal-Filippini” inkluż l-“NPA”) imwieled fit-8.2.1939 f’Cabugao, il-Filippini

27.

TINGUALI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Mouh di Kouba) imwieled fil-21.4.1964 fi Blida (l-Alġerija) (Membru ta’ “al-Takfir” u “al-Hijra”)

28.

WALTERS, Jason Theodore James (magħruf ukoll bħala Abdullah; magħruf ukoll bħala David), imwieled fis-6.3.1985 f’Amersfoort (l-Olanda), Nru tal-passaport (l- Olanda) NE8146378 (Membru tal-“Hofstadgroep”)

2.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

“L-Organizzazzjoni Abu Nidal” (ANO), (magħrufa ukoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju ta’ Fatah”, “il-Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, “Settembru l-Iswed”, u “l-Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”)

2.

“Il-Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”

3.

“Al-Aqsa e.V.”

4.

“al-Takfir” u “al-Hijra”

5.

“Aum Shinrikyo” (magħruf ukoll bħala “AUM”, magħruf ukoll bħala “Aum Verita Suprema”, magħruf ukoll bħala “Aleph”)

6.

“Babbar Khalsa”

7.

“Il-Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” – “l-NPA”, il- Filippini, marbuta ma’ SISON Jose Maria C. (magħruf ukoll bħala Armando Liwang, magħruf ukoll bħala Joma, li għandu rwol prinċipali fil-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża l-“NPA”)

8.

“Gama'a al-Islamiyya” (“Grupp Islamiku”), (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”, “IG”)

9.

“Il-Front Kbir Islamiku tal-Ġellieda tal-Lvant” (“IBDA-C”)

10.

“Hamas” (inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”)

11.

“Hizbul Mujahideen” (“HM”)

12.

“Hofstadgroep”

13.

“Il-Fondazzjoni ta' l-Art Imqaddsa għas-Soljev u l-Iżvilupp”

14.

“Il-Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” (“ISYF”)

15.

“Kahane Chai” (“Kach”)

16.

“Il-Forza Khalisan Zindabad” (“KZF”)

17.

“Il-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” (“PKK”), (magħruf ukoll bħala “KADEK”; magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”)

18.

“Tigri għal-Liberazzjoni ta' Tamil Eelam” (“LTTE”)

19.

“L-Organizzazzjoni Mujahedin-e Khalq” – “MEK” jew “MKO”, bl-esklużjoni tal-“Kunsill Nazzjonali tar-Resistenza ta' l-Iran” – “NCRI – National Council of Resistance of Iran” (magħrufa wkoll bħala “L-Armata Nazzjonali ta’ Liberazzjoni ta’ l-Iran” – “NLA – National Liberation Army of Iran” (il-fergħa militanti tal-“MEK”), magħrufa wkoll bħala l-“Mujahidin tal-Poplu ta’ l-Iran” – “PMOI – People's Mujahidin of Iran”, magħrufa wkoll bħala s-“Socjetà ta’ l-Istudenti Iranjani Musulmani”)

20.

“L-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali” (“Ejército de Liberación Nacional”)

21.

“Il-Front għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PLF”)

22.

“Il-Jihad Islamika Palestinjana” (“PIJ”)

23.

“Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” (“PFLP”)

24.

“Il-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina – Kmand Ġenerali”, (magħruf ukoll bħala “PFLP – Kmand Ġenerali”)

25.

“Il-Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja” (“FARC”)

26.

“L-Armata/Il-Front/Il-Partit Rivoluzzjonarju/a għal-Liberazzjoni tal-Poplu” (“DHKP/C”), (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Xellug Rivoluzzjonarju”), “Dev Sol”)

27.

“It-Triq li Tiddi” (“SL”) (“Sendero Luminoso”)

28.

“Stichting Al Aqsa” (magħruf ukoll bħala “Stichting Al Aqsa Nederland”, magħruf ukoll bħala “Al Aqsa Nederland”)

29.

“TAK” – “Teyrbazen Azadiya Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, il-“Kurdistan Freedom Hawks”

30.

“Il-Forzi/Grupp Magħqud(a) għad-Difiża Leġittima tal-Kolombja” (“AUC”) (“Autodefensas Unidas de Colombia”)


Top