EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0428

2008/428/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 9 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit fl-2005 (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2411)

OJ L 150, 10.6.2008, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/428/oj

10.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 150/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta' Ġunju 2008

li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità għan-nefqa mġarrba fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit fl-2005

(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 2411)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(2008/428/KE)

Il-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 4(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-2005 seħħew tifqigħat tal-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit. It-tifqigħa ta’ din il-marda ppreżentat periklu serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

(2)

Għall-prevenzjoni tat-tixrid tal-marda u biex tingħata għajnuna għall-qerda tagħha kemm jista’ jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru skond il-miżuri ta’ emerġenza meħdua għall-ġlieda kontra l-marda, kif inhu previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/602/KE tas-6 ta’ Settembru 2006 li tikkonċerna kontribuzzjoni finanzjarja mill-Komunità fil-kuntest tal-miżuri ta’ emerġenza meħuda għall-ġlieda kontra l-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit fl-2005 (2) ikkonċediet kontribuzzjoni finanzjarja bir-rata ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli għall-iffinanzjar tal-Komunità għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħuda għall-ġlieda kontra din it-tifqigħa.

(4)

Skond din id-Deċiżjoni, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għandha titħallas fuq il-bażi tat-talba mressqa mir-Renju Unit fil-11 ta’ Ġunju 2007 u tad-dokumenti ta’ appoġġ stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli dwar l-iffinanzjar Komunitarju ta’ miżuri ta’ emerġenza u tal-kampanja għal ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali taħt id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (3).

(5)

Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Komunità għan-nefqa eliġibbli mġarrba assoċjata mal-qerda tal-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit fl-2005 issa għandu jiġi stipulat.

(6)

Ir-riżultati ta’ l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni b’konformità mar-regoli veterinarji tal-Komunità u l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Komunità wrew li l-ammont kollu tan-nefqa mibgħut ma jistax jiġi rikonoxxut bħala eliġibbli.

(7)

L-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-metodu għall-kalkolu tan-nefqa eliġibbli u l-konklużjonijiet aħħarija ġew ikkomunikati lir-Renju Unit f’ittra bid-data tal-21 ta’ Diċembru 2007.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Komunità diretta lejn in-nefqa assoċjata mal-qerda tal-marda ta’ Newcastle fir-Renju Unit fl-2005 skond id-Deċiżjoni 2006/602/KE hija stipulata għal EUR 75 958,12.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, 9 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 246, 8.9.2006, p. 7.

(3)  ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12.


Top