EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008L0026
Directive 2008/26/EC of the European Parliament and of the Council of 11 March 2008 amending Directive 2003/6/EC on insider dealing and market manipulation (market abuse), as regards the implementing powers conferred on the Commission
Direttiva 2008/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2003/6/KE dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
Direttiva 2008/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Marzu 2008 li temenda d-Direttiva 2003/6/KE dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
OJ L 81, 20.3.2008, p. 42–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 06 Volume 009 P. 236 - 238
No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011
20.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 81/42 |
DIRETTIVA 2008/26/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Marzu 2008
li temenda d-Direttiva 2003/6/KE dwar l-insider dealing u l-manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) fir-rigward tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 95 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (2),
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (3),
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2003/6/KE (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tistipula li ċerti miżuri għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li stabbilixxiet il-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni (5). |
(2) |
Id-Deċiżjoni 1999/468/KE ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE li daħħlet proċedura regolatorja bi skrutinju għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali ta’ strument bażiku adottat skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, inter alia billi jħassru xi wħud minn dawk l-elementi jew billi jissupplimentaw l-istrument b’elementi mhux essenzjali ġodda. |
(3) |
F’konformità mad-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE (6), sabiex il-proċedura regolatorja bi skrutinju tkun applikabbli għall-istrumenti adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat, li diġa’ daħlu fis-seħħ, dawk l-istrumenti għandhom jiġu aġġustati skond il-proċeduri applikabbli. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/6/KE, sabiex jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji u tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ dik id-Direttiva. Dawk il-miżuri huma mfassla sabiex jadottaw definizzjonijiet, jelaboraw jew jissupplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva b’modalitajiet tekniċi għall-iżvelar ta’ informazzjoni interna, listi interni, rappurtaġġ ta’ tranżazzjonijiet mill-management suspettużi lill-awtoritajiet kompetenti u biex ir-riċerka tiġi ppreżentata b’mod ġust. Billi dawk il-miżuri huma ta’ kamp ta’ applikazzjoni ġenerali u huma mfassla sabiex jemendaw elementi mhux essenzjali tad-Direttiva 2003/6/KE billi jissupplimentawha b’elementi mhux essenzjali, huma għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(5) |
Id-Direttiva 2003/6/KE stipulat restrizzjoni ta’ ż-żmien għas-setgħat ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Fl-istqarrija tagħhom dwar id-Deċiżjoni 2006/512/KE, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ddikjaraw li d-Deċiżjoni 2006/512/KE tipprovdi soluzzjoni orizzontali u sodisfaċenti għax-xewqa tal-Parlament Ewropew li janalizza l-implimentazzjoni ta’ l-istrumenti adottati taħt il-proċedura ta’ kodeċiżjoni u li, f’konformità ma’ dan, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mingħajr limitu ta’ żmien. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddikjaraw ukoll li huma se jiżguraw li l-proposti mmirati għat-tħassir tad-dispożizzjonijiet fl-istrumenti li jipprovdu għal limitu ta’ żmien għad-delega ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun. Wara l-introduzzjoni tal-proċedura regolatorja bi skrutinju, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi dak il-limitu ta’ żmien fid-Direttiva 2003/6/KE għandha titħassar. |
(6) |
Il-Kummissjoni għandha, b’intervalli regolari, tevalwa l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet rigward is-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lilha biex tippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddeterminaw jekk il-limitu ta’ dawn is-setgħat u r-rekwiżiti proċedurali imposti fuq il-Kummissjoni humiex adegwati u jekk dawn jiżgurawx kemm l-effiċjenza kif ukoll ir-responsabilità demokratika. |
(7) |
Id-Direttiva 2003/6/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan. |
(8) |
Ladarba l-emendi li saru permezz ta’ din id-Direttiva għad-Direttiva 2003/6/KE huma ta’ natura teknika u li jirrigwardaw biss il-proċedura ta’ kumitat, huma ma jeħtiġux traspożizzjoni mill-Istati Membri. Għalhekk, mhux meħtieġ li jiġu inklużi dispożizzjonijiet dwar dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi
Id-Direttiva 2003/6/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 6(10) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 8 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Artikolu 16(5) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “5. Skond il-proċedura regolatorja stabbilita fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta’ implimentazzjoni dwar il-proċeduri ta’ ħidma għall-iskambju ta’ informazzjoni u għal spezzjonijiet transkonfinali hekk kif imsemmi f’dan l-Artikolu.”. |
(5) |
L-Artikolu 17 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Indirizzati
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, 11 ta’ Marzu 2008.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
J. LENARČIČ
(1) ĠU C 161, 13.7.2007, p. 45.
(3) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta’ l-14 ta’ Novembru 2007 (għadha mhux ippubblikata fil-ĠU) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Marzu 2008.
(4) ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
(5) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emedata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(6) ĠU C 255, 21.10.2006, p. 1.