EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0263
Commission Regulation (EC) No 263/2008 of 19 March 2008 granting no export refund for butter in the framework of the standing invitation to tender provided for in Regulation (EC) No 581/2004
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 263/2008 tad- 19 ta’ Marzu 2008 li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 263/2008 tad- 19 ta’ Marzu 2008 li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004
OJ L 81, 20.3.2008, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
20.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 81/23 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 263/2008
tad-19 ta’ Marzu 2008
li ma jalloka l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni tal-butir fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti regolata bir-Regolament (KE) Nru 581/2004
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (1), u partikolarment l-Artikolu 31(3), it-tielet inċiż tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 581/2004 tas-26 ta’ Marzu 2004 li jiftaħ stedina permanenti għall-offerti dwar ir-rifużjoni ta’ l-esportazzjoni li tikkonċerna ċerti tipi ta' butir (2), jipprovdi proċedura għal sejħa permanenti għall-offerti. |
(2) |
Skond l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 580/2004 tas-26 ta' Marzu 2004, li jistabbilixxi l-proċedura għall-offerti li tikkonċerna r-rifużjonijiet għall-esportazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħalib (3) u wara li ġew eżaminati l-offerti mressqa bi tweġiba għas-sejħa għall-offerti, jeħtieġ li ma tiġi allokata l-ebda rifużjoni għall-esportazzjoni għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm tat-18 ta’ Marzu 2008. |
(3) |
Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-offerti stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 581/2004 għall-perjodu ta' sottomissjoni li jintemm tat-18 ta’ Marzu 2008, l-ebda rifużjoni ma hija allokata għall-prodotti u għad-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-20 ta’ Marzu 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Jean-Luc DEMARTY
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3). Ir-Regolament (KEE) Nru 1255/1999 ser jinbidel bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta' Lulju 2008.
(2) ĠU L 90, 27.3.2004, p. 64. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1543/2007 (ĠU L 337, 21.12.2007, p. 62).
(3) ĠU L 90, 27.3.2004, p. 58. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 128/2007 (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 6).