This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008X0314(01)
Information concerning the declarations by the Republic of Hungary, the Republic of Latvia, the Republic of Lithuania and the Republic of Slovenia on their acceptance of the jurisdiction of the Court of Justice to give preliminary rulings on the acts referred to in Article 35 of the Treaty on European Union
Informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet mir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tas-Slovenja dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti sentenzi preliminari dwar l-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet mir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tas-Slovenja dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti sentenzi preliminari dwar l-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
ĠU L 70, 14.3.2008, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 70/23 |
Informazzjoni dwar id-dikjarazzjonijiet mir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tas-Slovenja dwar l-aċċettazzjoni tagħhom tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja biex tagħti sentenzi preliminari dwar l-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
Ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja u r-Repubblika tas-Slovenja ddikjaraw li huma jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej b'konformità ma' l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Ir-Republika ta' l-Ungerija rtirat id-dikjarazzjoni preċedenti tagħha li hija aċċettat il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u 3(a) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u ddikjarat li hija taċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej skond l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u 3(b) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
Għaldaqstant, l-istat tad-dikjarazzjonijiet dwar l-aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tagħti sentenzi preliminari dwar il-validità u l-interpretazzjoni ta' l-atti msemmijin fl-Artikolu 35 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea huwa kif ġej:
— |
ir-Renju ta' Spanja ddikjara li huwa jaċċetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej f'konformità ma' l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(a) (1), |
— |
ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Iżvezja ddikjaraw li huma jaċċettaw il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej b'konformità ma' l-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 35(2) u (3)(b) (2), |
— |
meta għamlu d-dikjarazzjonijiet imsemmijin hawn fuq, ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiza, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju ta' l-Olanda, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tas-Slovenja rriservaw id-dritt li jagħmlu dispożizzjoni fil-liġi nazzjonali tagħhom li meta tqum kwistjoni dwar il-validità jew l-interpretazzjoni ta' att imsemmi fl-Artikolu 35(1) f'każ li jkun qiegħed quddiem qorti jew tribunal nazzjonali li kontra d-deċiżjonijiet tagħhom m'hemmx rimedju ġudizzjarju taħt il-liġi nazzjonali, dik il-qorti jew dak it-tribunal huma obbligati li jressqu l-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
(1) In-notifika tad-dikjarazzjoni mir-Renju ta' Spanja ġiet ippublikata fil-ĠU L 114, 1.5.1999, p. 56 u ĠU C 120, 1.5.1999, p. 24.
(2) In-notifika mir-Repubblika Ċeka ġiet ippubblikata fil-ĠU L 236, 23.9.2003, p. 980. In-notifika tad-dikjarazzjoni mir-Repubblika Franċiża ġiet ippubblikata fil-ĠU L 327, 14.12.2005, p. 19 u ĠU C 318, 14.12.2005, p. 1. In-notifika tad-dikjarazzjoni mill-Istati Membri l-oħrajn imsemmijin, bl-eċċezzjoni tar-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija u r-Repubblika tas-Slovenja, ġiet ippubblikata fil-ĠU L 114, l-1.5.1999, p. 56 u fil-ĠU C 120, 1.5.1999, p. 24.