EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0184

2008/184/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta’ Frar 2008 dwar in-nomina ta' membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 59, 4.3.2008, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/10/2009

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/184/oj

4.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 59/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Frar 2008

dwar in-nomina ta' membru ġdid tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

(2008/184/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 215, it-tieni inċiż,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 128 tiegħu, it-tieni inċiż,

Billi:

Skond l-ittra tat-28 ta' Frar 2008, ippreċiżata mill-ittra tad-29 ta' Frar 2008, is-Sur Markos KYPRIANOU rriżenja minn membru tal-Kummissjoni b'effett mit-2 ta' Marzu 2008, f'nofsillejl. Għandu jinstab sostitut għall-bqija tal-mandat tiegħu,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sinjorina Androula VASSILIOU qed tiġi nnominata membru tal-Kummissjoni għall-perijodu bejn it-3 ta' Marzu 2008 sal-31 ta' Ottubru 2009.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol b'effett mit-3 ta' Marzu 2008.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. COTMAN


Top