EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document JOL_2007_340_R_0095_01

2007/867/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l- 20 ta’ Diċembru 2007 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwarda l-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994
Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-komunità ewropea u n-new zealand skond l-artikolu xxviii tal-gatt 1994 li jirrigwarda l-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-wto għall-butir tan-new zealand prevista fl-iskeda cxl tal-ke annessa mal-gatt 1994

OJ L 340, 22.12.2007, p. 95–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.12.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 340/95


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

ta’ l-20 ta’ Diċembru 2007

dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwarda l-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994

(2007/867/KE)

IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Mejju 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tibda n-negozjati skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994, bil-għan li timmodifika l-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand. Għaldaqstant, fit-3 ta’ Awwissu 2007, il-Komunità Ewropea nnotifikat lid-WTO bl-intenzjoni tagħha li timmodifika l-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand fl-Iskeda CXL tal-KE.

(2)

In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill.

(3)

Il-Kummissjoni nnegozjat b’suċċess il-ftehim man-New Zealand. Għaldaqstant, il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand għandu jiġi approvat.

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 li jirrigwarda l-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

It-test tal-ftehim hu anness ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuni bis-setgħa li j/tiffirma/w l-Ftehim sabiex jorbot il-Komunità.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F. NUNES CORREIA


FTEHIM

fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-komunità ewropea u n-new zealand skond l-artikolu xxviii tal-gatt 1994 li jirrigwarda l-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-wto għall-butir tan-new zealand prevista fl-iskeda cxl tal-ke annessa mal-gatt 1994

A.   Ittra mill-Komunità Ewropea

Brussell,

Sinjur,

Wara negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ 1994 (GATT 1994), il-KE taqbel mal-konklużjonijiet kif deskritti hawn taħt.

Dispożizzjonijiet finali għall-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand

Il-kwota tat-tariffi se tkun applikabbli għall-butir li joriġina min-New Zealand u li jaqa’ taħt dawn il-partiti tariffarji:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 0405 10 11

ex 0405 10 19

Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li jinkludi kollox u mhux interrott

ex 0405 10 30

Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li jinkludi kollox u mhux interrott, li jista’ jinvolvi li l-krema tgħaddi minn stadju li fih, ix-xaħam tal-butir jiġi konċentrat u/jew maqsum fi frazzjonijiet (il-proċessi magħrufin bħala “Ammix” u “Spreadable)”

Ir-rata tariffarja fi ħdan il-kwota għandha tkun ta’ EUR 70/100 kg.

Il-kwantità tal-kwota għandha tkun ta’ 74 693 tunnellata.

L-eliġibbiltà għall-kwota hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonjiet Komunitarji rilevanti.

Ġenerali

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2008.

Inkun grat jekk inti tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma’ dak imsemmi hawn fuq.

Nitolbok, Sinjur, tilqa’ l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

F’isem il-Komunità Ewropea

B.   Ittra min-New Zealand

Brussell,.

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek bid-data ta’ llum, li tgħid dan li ġej:

“Wara negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u n-New Zealand skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika tal-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand prevista fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar Tariffi u Kummerċ 1994 (GATT 1994), il-KE taqbel mal-konklużjonijiet kif deskritti hawn taħt.

Dispożizzjonijiet finali għall-kwota tat-tariffi tad-WTO għall-butir tan-New Zealand

Il-kwota tat-tariffi se tkun applikabbli għall-butir li joriġina min-New Zealand u li jaqa’ taħt dawn il-partiti tariffarji:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

ex 0405 10 11

ex 0405 10 19

Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li jinkludi kollox u mhux interrott

ex 0405 10 30

Butir, li għandu għall-inqas sitt ġimgħat, b’kontenut ta’ xaħam bil-piż ta’ mhux inqas minn 80 % iżda inqas minn 85 %, magħmul direttament mill-ħalib jew mill-krema mingħajr l-użu ta’ materjali maħżunin, fi proċess wieħed, li jinkludi kollox u mhux interrott, li jista’ jinvolvi li l-krema tgħaddi minn stadju li fih, ix-xaħam tal-butir jiġi konċentrat u/jew maqsum fi frazzjonijiet (il-proċessi magħrufin bħala “Ammix” u “Spreadable)”

Ir-rata tariffarja fi ħdan il-kwota għandha tkun ta’ EUR 70/100 kg.

Il-kwantità tal-kwota għandha tkun ta’ 74 693 tunnellata.

L-eliġibbiltà għall-kwota hija soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dispożizzjonjiet Komunitarji rilevanti.

Ġenerali

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2008.

Inkun nafulek jekk tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma’ dak imsemmi hawn fuq.”

Il-Gvern tan-New Zealand għandu l-unur jikkonferma l-qbil tiegħu mal-kontenut ta’ din l-ittra.

Nitolbok, Sinjur, tilqa’ l-assigurazzjoni ta’ l-ogħla konsiderazzjoni tiegħi.

F’isem in-New Zealand

Съставено в Брюксел

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje.

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Întocmit la Bruxelles

Feito em Bruxelas

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfördat i Bryssel den

Image

От името на Европейската общност

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

În numele Comunitatii Europene

Za Európske spoločenstvo

Za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapen

Image

Съставено в Брюксел

Hecho en Bruselas, el

V Bruselu dne

Udfærdiget i Bruxelles den

Geschehen zu Brüssel am

Brüssel,

'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις

Done at Brussels

Fait à Bruxelles, le

Fatto a Bruxelles, addì

Briselē,

Priimta Briuselyje.

Kelt Brüsszelben,

Magħmul fi Brussell,

Gedaan te Brussel,

Sporządzono w Brukseli, dnia

Întocmit la Bruxelles

Feito em Bruxelas

V Bruseli

V Bruslju,

Tehty Brysselissä

Utfördat i Bryssel den

Image

For New Zealand

От името на Нова Зеландия

Por Nueva Zelanda

Za Nový Zêland

For New Zealand

Für Neuseeland

Uus-Meremaa nimel

Για τη Νέα Υηλανδία

Pour la Nouvelle-Zélande

Per la Nuova Zelanda

Jaunzēlandes vārdā

Naujosios Zelandijos vardu

Új-Zéland részéről

Għan-New Zealand

Voor Nieuw-Zeeland

W imieniu Nowej Zelandii

Pela Nova Zelândia

În numele Noii Zeelande

Za Nový Zéland

Za Novo Zelandijo

Uuden-Seelannin puolesta

För Nya Zeeland

Image


Top