Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007E0520

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/520/PESK tat- 23 ta’ Lulju 2007 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ppjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni eventwalment possibbli ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u f’oqsma oħra possibbli fil-Kosovo

ĠU L 192, 24.7.2007, pp. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/11/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2007/520/oj

24.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 192/28


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2007/520/PESK

tat-23 ta’ Lulju 2007

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ppjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni eventwalment possibbli ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u f’oqsma oħra possibbli fil-Kosovo

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ April 2006 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK (1) li tiskadi fl-1 ta’ Settembru 2007.

(2)

Fid-29 ta’ Ġunju 2007, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-Grupp għall-Ippjanar (EUPT Kosovo) għandu jiġi estiż għal perijodu ulterjuri sat-30 ta’ Novembru 2007.

(3)

Il-EUPT Kosovo għandu jkun jista’ kif ikun meħtieġ jirrekluta u jħarreġ persunal li jkun jifforma nukleju għall-operazzjoni futura possibli ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi tal-Politika ta’ Sigurtà u Difiża Ewropea (ESDP) qabel l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSC) ta’ Riżoluzzjoni ġdida li tissostitwixxi l-UNSCR 1244.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK għandha tiġi emendata u estiża kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK hi emendata kif ġej.

(1)

Fl-Artikolu 2(5), it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Ir-reklutaġġ u t-taħriġ ta’ persunal, kif meħtieġ qabel l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (UNSC) ta’ Riżoluzzjoni ġdida li tissostitwixxi l-UNSCR 1244, li jkunu jikkostitwixxu n-nukleju għall-operazzjoni futura possibli ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi ta’ l-ESDP, bil-għan li jintbagħtu fuq il-post malajr.”;

(2)

L-Artikolu 14 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 14

Reviżjoni

Sat-30 ta’ Settembru 2007 l-Kunsill għandu jevalwa jekk l-EUPT Kosovo għandhiex tkompli wara t-30 ta’ Novembru 2007, b’kont meħud tal-ħtieġa ta’ tranżizzjoni bla xkiel għal operazzjoni possibbli ta’ l-UE għall-immaniġġar ta’ kriżi fil-Kosovo.”;

(3)

L-Artikolu 15(2) għandu jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Għandu jiskadi fit-30 ta’ Novembru 2007.”.

Artikolu 2

L-ammont finanzjarju ta’ referenza msemmi fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 9(1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK kif miżjud fl-Artikolu 2 ta’ l-Azzjoni Konġunta 2007/334/PESK għandu jkopri n-nefqa relatata għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2007 sat-30 ta’ Novembru 2007.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Lulju 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

L. AMADO


(1)   ĠU L 112, 26.4.2006, p.19. Azzjoni Konġunta kif emendata bl-Azzjoni Konġunta 2006/918/PESK (ĠU L 125, 15.5.2007, p. 29).


Top