EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0783

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 783/2007 tal- 25 ta’ Ġunju 2007 li jagħti derogi lill-Bulgarija u lir-Rumanija minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 dwar il-livelli ta’ referenza tal-flotot tas-sajd

OJ L 175, 5.7.2007, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Special edition in Croatian: Chapter 04 Volume 003 P. 129 - 130

No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Imħassar b' 32013R1380

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/783/oj

5.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 175/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 783/2007

tal-25 ta’ Ġunju 2007

li jagħti derogi lill-Bulgarija u lir-Rumanija minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 dwar il-livelli ta’ referenza tal-flotot tas-sajd

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija,

Wara li kkunsidra l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u tar-Rumanija, u partikolarment l-Artikolu 56 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1) jipprovdi li għandhom jiġu stabbiliti livelli ta’ referenza għall-flotta ta’ kull Stat Membru, bħala s-somma ta’ l-oġġettivi ta’ kull segment tal-Programm ta’ Gwida għal Numru ta’ Snin 1997-2002.

(2)

Il-Bulgarija u r-Rumanija ma għandhomx oġġettivi kif jirreferi għalihom l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(3)

Il-livelli ta’ referenza jistgħu jiġu stabbiliti għal dawk l-Istati Membri biss b’referenza għal-livell tal-flotot tagħhom fiż-żmien tad-data ta’ l-adeżjoni tagħhom. Iżda, jekk dak kien il-każ, l-obbligi previsti fl-Artikolu 11(2) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ikunu żejda, għaliex ikopru l-istess obbligi li joħorġu mill-iskema ta’ dħul/ħruġ prevista fl-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

(4)

Għalhekk mhux f’loku li għall-Bulgarija u r-Rumanija jiġu stabbiliti livelli ta’ referenza li dwarhom jipprovdi l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, u lanqas li jiġi applikat għalihom l-Artikolu 11(2) u (4) ta’ dak ir-Regolament, għax dan ma jkollu l-ebda effett fuq il-ġestjoni tal-flotta minn dawk l-Istati Membri ġodda.

(5)

Skond dan, il-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jingħataw derogi minn dawk id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’deroga, l-Artikoli 11 (2) u (4) u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ma għandhomx japplikaw għall-Bulgarija u għar-Rumanija.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ġunju 2007.

Ghall-Kunsill

Il-President

A. SCHAVAN


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.


Top