This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0452
2007/452/EC: Commission Decision of 29 June 2007 correcting Directive 2006/132/EC amending Council Directive 91/414/EEC to include procymidone as active substance (notified under document number C(2007) 3066) (Text with EEA relevance)
2007/452/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Ġunju 2007 li tikkorreġi d-Direttiva 2006/132/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-procymidone bħala sustanza attiva (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3066) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2007/452/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta’ Ġunju 2007 li tikkorreġi d-Direttiva 2006/132/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-procymidone bħala sustanza attiva (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3066) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 172, 30.6.2007, p. 83–83
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 13/06/2011
30.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 172/83 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-29 ta’ Ġunju 2007
li tikkorreġi d-Direttiva 2006/132/KE li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-procymidone bħala sustanza attiva
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3066)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/452/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tqegħid fis-suq (1) ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/132/KE (2) fiha żball li jrid jiġi kkoreġut, jiġifieri referenza għal grammi minflok għal kilogrammi fl-anness tagħha. |
(2) |
Jeħtieġ li l-korrezzjoni tibda sseħħ mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2006/132/KE. Dan l-effett retroattiv ma jfixkel id-drittijiet ta’ ebda individwu. |
(3) |
Il-miżura prevista f'din id-Deċiżjoni hija bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Anness għad-Direttiva 2006/132/KE, fil-kolonna “Dispożizzjonijiet speċifiċi”, it-tielet inċiż jinbidel b'dan li ġej:
“— |
0,75 kg ta’ sustanza attiva kull ettaru kull applikazzjoni”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2007.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2007/31/KE (ĠU L 140, 1.6.2007, p. 44).
(2) ĠU L 349, 12.12.2006, p. 22.