EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0771

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 771/2007 tad- 29 ta’ Ġunju 2007 dwar l-għoti ta’ drittijiet għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu bejn l- 1 ta’ Lulju 2007 u t- 30 ta’ Ġunju 2008 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 545/2007 taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar

OJ L 172, 30.6.2007, p. 70–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/771/oj

30.6.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 172/70


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 771/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

dwar l-għoti ta’ drittijiet għall-importazzjoni għall-applikazzjonijiet imressqa għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2008 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 545/2007 taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta’ Awissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji għall-importazzjoni tal-prodotti agrikoli regolati minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 545/2007 tas-16 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ u jipprovdi għal amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja għall-importazzjoni taċ-ċanga ffriżata għall-ipproċessar (mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008) (3) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-settur tal-laħam tal-bovini.

(2)

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet għall-importazzjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2007 u t-30 ta’ Ġunju 2008 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Jeħtieġ għalhekk li jiġi ddeterminat safejn jistgħu jingħataw id-drittijiet għall-importazzjoni, filwaqt li jiġu ffissati l-koeffiċjenti ta’ attribuzzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet mitluba,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-applikazzjonijiet għad-drittijiet ta’ l-importazzjoni għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2008 skond ir-Regolament (KE) Nru 545/2007 huma allokati skond il-koeffiċjent ta’ attribuzzjoni ta’ 5,206706 % għad-drittijiet rilevanti għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4057 u 34,204866 % għad-drittijiet rilevanti għall-kwota bin-numru tas-serje 09.4058.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Ġunju 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 289/2007 (ĠU L 78, 17.3.2007, p. 17).

(3)  ĠU L 129, 17.5.2007, p. 14.


Top