EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0712
Commission Regulation (EC) No 712/2007 of 22 June 2007 opening standing invitations to tender for the resale on the Community market of cereals held by the intervention agencies of the Member States
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 tat- 22 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 712/2007 tat- 22 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri
OJ L 163, 23.6.2007, p. 7–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/12/2010: This act has been changed. Current consolidated version: 09/09/2008
23.6.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 163/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 712/2007
tat-22 ta’ Ġunju 2007
li jistabbilixxi sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 u t-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 24,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2131/93 tat-28 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi l-proċedura u l-kundizzjonijiet għall-bejgħ taċ-ċereali li jkunu f’idejn l-aġenziji intermedjarji [ta’ intervent] (2) jistipula li l-bejgħ taċ-ċereali miżmuma mill-aġenzija ta’ intervent isir permezz ta’ sejħa għal offerti u skond kundizzjonijiet ta’ prezz li jippermettu li jiġi evitat it-tfixkil tas-suq. |
(2) |
L-Istati Membri għandhom ħażniet ta’ intervent tal-qamħirrum, tal-qamħ komuni, tax-xgħir u tas-segala. Sabiex jinqdew il-ħtiġijiet tas-swieq, jixraq illi dawn il-ħażniet ta’ ċereali ta’ l-Istati Membri jsiru disponibbli fis-suq intern. Għal dan il-għan, jeħtieġ li jiġu stabbiliti sejħiet permanenti għal offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju taċ-ċereali miżmuma mill-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri. Kull waħda mis-sejħiet għal offerti għandha titqies bħala sejħa għaliha. |
(3) |
Jeħtieġ li jkunu stipulati derogi mill-kundizzjonijiet iffissati mir-Regolament (KEE) Nru 2131/93 f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-ammont tal-garanzija għall-eżekuzzjoni meħtieġa. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li l-garanzija tkun iffissata f’ammont suffiċjenti. |
(4) |
Biex titqies il-qagħda tas-suq Komunitarju, jixraq li jkun stipulat li s-sejħa għal offerti titmexxa mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, għandu jkun ipprovdut koeffiċjent ta’ allokazzjoni għal dawk l-offerti li jinsabu fil-livell tal-prezz minimu tal-bejgħ. |
(5) |
Bil-għan li s-sistema titmexxa b’mod effiċjenti, jeħtieġ li jkun stipulat li t-trażmissjoni ta’ l-informazzjoni mitluba mill-Kummissjoni ssir b’mod elettroniku. Huwa importanti li kull komunikazzjoni li ssir mill-aġenzija ta’ intervent lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-anonimità ta’ min jissottometti l-offerti. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaċ-Ċereali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-aġenziji ta’ intervent ta’ l-Istati Membri li jidhru fl-Anness I jipproċedu għall-bejgħ mill-ġdid taċ-ċereali miżmuma minnhom, permezz ta’ sejħiet permanenti għal offerti fis-suq intern tal-Komunità. Il-kwantitajiet massimi taċ-ċereali differenti koperti minn dawn is-sejħiet għal offerti jingħataw fl-Anness I.
Artikolu 2
Il-bejgħ imsemmi fl-Artikolu 1 isir skond il-kundizzjonijiet stipulati bir-Regolament (KEE) Nru 2131/93. Madankollu, b’deroga mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 13(4) ta’ l-istess Regolament, il-garanzija fuq l-offerta hija stabbilita għal EUR 10 kull tunnellata.
Artikolu 3
1. L-iskadenza għat-tressiq ta’ l-offerti għall-ewwel sejħa parzjali għal offerti hija l-4 ta’ Lulju 2007 fis-13.00 (ħin ta’ Brussell).
Għas-sejħiet parzjali għal offerti sussegwenti, il-perjodu għat-tressiq ta’ l-offerti jiskadi kull nhar ta’ Erbgħa fis-13:00 (ħin ta’ Brussell), bl-eċċezzjoni ta’ l-1 ta’ Awwissu 2007, il-15 ta’ Awwissu 2007, it-22 ta’ Awwissu 2007, il-5 ta’ Settembru 2007, id-19 ta’ Settembru 2007, it-3 ta’ Ottubru 2007, is-17 ta’ Ottubru 2007, il-31 ta’ Ottubru 2007, l-14 ta’ Novembru 2007, it-28 ta’ Novembru 2007, il-12 ta’ Diċembru 2007, is-26 ta’ Diċembru 2007, it-2 ta’ Jannar 2008, is-16 ta’ Jannar 2008, it-23 ta’ Jannar 2008, is-6 ta’ Frar 2008, l-20 ta’ Frar 2008, il-5 ta’ Marzu 2008, id-19 ta’ Marzu 2008, it-2 ta’ April 2008, is-16 ta’ April 2008, it-30 ta’ April 2008, l-14 ta’ Mejju 2008, l-21 ta’ Mejju 2008, l-4 ta’ Ġunju 2008 u t-18 ta’ Ġunju 2008, ġimgħat li fihom mhi se ssir l-ebda sejħa għal offerti.
L-iskadenza għat-tressiq ta’ l-offerti għall-aħħar sejħa parzjali għal offerti hija l-25 ta’ Ġunju 2008 fis-13.00 (ħin ta’ Brussell).
2. L-offerti għandhom jitressqu għand l-aġenziji ta’ invervent ikkonċernati, li d-dettalji tagħhom jingħataw fl-Anness I.
Artikolu 4
Fl-erba’ sigħat ta’ wara l-iskadenza tal-perjodu għat-tressiq ta’ l-offerti stipulat fl-Artikolu 3(1), l-aġenziji ta’ intervent ikkonċernati għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-offerti mressqa. Jekk ma tkun tressqet l-ebda offerta, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b’dan fl-istess perjodu ta’ erba’ sigħat. Jekk l-Istat Membru ma jibgħat l-ebda notifika lill-Kummissjoni fil-perjodu stipulat, il-Kummissjoni tqis li ma tkun tressqet l-ebda offerta f’dak l-Istat Membru.
In-notifiki msemmija fil-paragrafu ta’ qabel dan għandhom isiru b’mod elettroniku, skond il-mudell li jingħata fl-Anness II. Għal kull sejħa għal offerti, tinbagħat lill-Kummissjoni formola separata għal kull tip ta’ ċereali. L-identità ta’ min iressaq l-offerti għandha tibqa’ sigrieta.
Artikolu 5
1. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-prezz minimu tal-bejgħ ta’ kull ċereali, jew tiddeċiedi li l-offerti rċevuti ma jintlaqgħux.
2. Fejn l-iffissar ta’ prezz minimu, skond il-paragrafu 1, jaqbeż il-kwantità massima disponibbli għal Stat Membru, ma’ dan il-prezz iffissat jista’ jingħata koeffiċjent ta’ allokazzjoni tal-kwantitajiet offerti fil-livell tal-prezz minimu, sabiex tkun irrispettata l-kwantità massima disponibbli fl-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Ġunju 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2005 (ĠU L 187, 19.7.2005, p. 11).
(2) ĠU L 191, 31.7.1993, p. 76. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 367/2007 (ĠU L 91, 31.3.2007, p. 14).
ANNESS I
LISTA TAS-SEJĦIET GĦAL OFFERTI
Stat Membru |
Kwantitajiet disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern (tunnellati) |
Aġenzija ta’ intervent Isem, indirizz u dettalji tal-kuntatt |
|||||||||||||||
Qamħ komuni |
Xgħir |
Qamħirrum |
Segala |
||||||||||||||
Belgique/België |
0 |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
БЪЛГАРИЯ |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Česká republika |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
Danmark |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Deutschland |
0 |
0 |
— |
50 000 |
|
||||||||||||
Eesti |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Eire/Ireland |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Elláda |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
España |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
France |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
Italia |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Kypros |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Latvija |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
Lietuva |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Luxembourg |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Magyarország |
0 |
0 |
500 000 |
— |
|
||||||||||||
Malta |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Nederland |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Österreich |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Polska |
— |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
Portugal |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
România |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Slovenija |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Slovensko |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Suomi/Finland |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
Sverige |
0 |
0 |
— |
— |
|
||||||||||||
United Kingdom |
— |
— |
— |
— |
|
||||||||||||
Is-simbolu “—” jfisser: li ma hemm l-ebda ħażna ta’ intervent għal dan iċ-ċereali f’dan l-Istat Membru. |
ANNESS II
Notifika lill-Kummissjoni ta’ l-offerti rċevuti fil-qafas tas-sejħa permanenti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq intern taċ-ċereali tal-ħażniet ta’ intervent
Mudell għall-formola (*)
Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 712/2007
“TIP TAĊ-ĊEREALI: kodiċi tan-NM (**)”
“STAT MEMBRU: (***)”
1 |
2 |
3 |
|
Numru ta’ min qed iressaq l-offerta |
Numru tal-lott |
Kwantità (tunnellati) |
Prezz offert euro/tunnellata |
1 |
|
|
|
2 |
|
|
|
3 |
|
|
|
eċċ. |
|
|
|
Speċifika l-kwantitajiet totali offerti (inklużi l-offerti miċħuda għall-istess lott): … tunnellata. |
(*) Biex jintbagħat lill-DĠ AGRI (D2)
(**) 1001 90 għall-qamħ komuni, 1003 00 għax-xgħir, 1005 90 00 għall-qamħirrum u 1002 00 00 għas-segala.
(***) Indika l-Istat Membru kkonċernat.