EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0546

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2007 tas- 16 ta’ Mejju 2007 li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-aringi fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

ĠU L 129, 17.5.2007, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/11/2007; Imħassar b' 32007R1435

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/546/oj

17.5.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 129/23


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 546/2007

tas-16 ta’ Mejju 2007

li jistabbilixxi projbizzjoni fuq is-sajd għall-aringi fis-subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(4) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta’ Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1941/2006 tal-11 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' ġgajtiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku għall-2007 (3), jistabbilixxi l-kwoti għall-2007.

(2)

Skond l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet ta' l-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' l-Istat Membru msemmi hemmhekk, jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2007.

(3)

Jeħtieġ għalhekk li jiġi pprojbit is-sajd għal dak l-istokk kif ukoll iż-żamma tiegħu fuq il-bastimenti, it-trasbord u l-ħatt tiegħu l-art,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata għall-Istat Membru msemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2007 titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

Is-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ l-Istat Membru msemmi hemmhekk jew li huma rreġistrati fih għandu jiġi pprojbit mid-data stipulata f’dak l-Anness. Huwa pprojbit li t-tali stokk maqbud minn dawk il-bastimenti wara dik id-data jinżamm fuq il-bastimenti, jiġi ttrasbordat jew jinħatt l-art.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament ghandu jidħol fis-seħħ l-għada ta' meta ssir il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Ufficjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Mejju 2007.

Għall-Kummissjoni

Fokion FOTIADIS

Direttur Ġenerali għas-Sajd u l-Affarijiet Marittimi


(1)  ĠU L 358, tal-31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1967/2006 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11, kif ikkoreġut permezz tal-ĠU L 36, tat-8.2.2007, p. 6).

(3)  ĠU L 367, 22.12.2006, p. 1.


ANNESS

Nru

09

Stat membru

Il-Ġermanja

Stokk

HER/3D-R31

Speċi

Aringi (Clupea harengus)

Żona

Subdiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32 tal-Baħar Baltiku

Data

20 ta’ April 2007


Top