This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document L:2008:352M:FULL
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, LM 352, 31 ta' Diċembru 2008
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea, LM 352, 31 ta' Diċembru 2008
ISSN 1725-5104 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
Ħarġa Speċjali ( 1 ) |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 51 |
Werrej |
|
Paġna |
|
|
|
2004/544/KE |
|
|
|
||
|
|
1323/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
1353/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
1412/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
1467/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/617/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/618/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/619/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/681/KE |
|
|
|
||
|
|
1811/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/738/KE |
|
|
|
||
|
|
1886/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
1921/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
1922/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
1923/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/773/KE |
|
|
|
||
|
|
2117/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/849/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/853/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/854/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/855/KE |
|
|
|
||
|
|
2143/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/860/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/866/KE |
|
|
|
||
|
|
2217/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/889/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/890/KE |
|
|
|
||
|
|
2004/903/KE |
|
|
|
||
|
|
2272/2004/KE |
|
|
|
||
|
|
7/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/153/KE |
|
|
|
||
|
|
374/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/192/KE, EURATOM |
|
|
|
||
|
|
485/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
639/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/336/EURATOM |
|
|
|
||
|
|
2005/347/KE |
|
|
|
||
|
|
713/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
941/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
1055/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
1056/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
1095/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/507/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/508/KE |
|
|
|
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2005 taħtar membru tar-Renju Unit fil-Kumitat tar-Reġjuni |
|
|
|
2005/509/KE |
|
|
|
||
|
|
1183/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
1184/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/570/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/575/PESK |
|
|
|
||
|
|
2005/577/KE, EURATOM |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
1275/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
1333/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
1371/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
2005/676/KE |
|
|
|
Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 li taħtar membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni |
|
|
|
2005/679/KE |
|
|
|
||
|
|
1631/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/688/KE |
|
|
|
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2005 li taħtar membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni |
|
|
|
1645/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
1646/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
1659/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/711/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/712/KE |
|
|
|
||
|
|
1679/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/767/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/798/KE |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
1912/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
1913/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
1947/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/836/PESK |
|
|
|
||
|
|
2005/838/KE, EURATOM |
|
|
|
||
|
|
1952/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
1987/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/882/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/884/KE |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
2005/953/KE |
|
|
|
||
|
|
2005/954/KE |
|
|
|
||
|
|
2173/2005/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/1/KE |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
2006/97/KE, EURATOM |
|
|
|
||
|
|
640/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
700/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/344/KE |
|
|
|
||
|
|
765/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
797/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/413/PESK |
|
|
|
||
|
|
1126/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
1136/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
1184/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/545/KE |
|
|
|
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2006 dwar l-ekwivalenza ta’ l-ispezzjoni uffiċjali tal-varjetajiet imwettqa fil-Kroazja ( 101 ) |
|
|
|
2006/551/KE |
|
|
|
||
|
|
1411/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
1412/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
1419/2006/KE |
|
|
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1419/2006 tal-25 ta’ Settembru 2006 li jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 4056/86 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat għat-trasport marittimu, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1/2003 fir-rigward ta' l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tiegħu biex jinkludi l-kabotaġġ u s-servizzi internazzjonali ta' trasport marittimu mhux regolari ( 101 ) |
|
|
|
1472/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/79/KE |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
1583/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
1623/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/91/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/788/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/880/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/919/KE |
|
|
|
||
|
|
1791/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/96/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/97/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/98/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/99/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/101/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/102/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/103/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/105/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/106/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/107/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/108/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/109/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/110/KE |
|
|
|
||
|
|
2006/881/PESK |
|
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
||
|
|
2011/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
2014/2006/KE |
|
|
|
||
|
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1991/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta’ l-ikel ( 101 ) |
|
|
|
172/2007/KE |
|
|
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2007 tas-16 ta’ Frar 2007 li jemenda l-Anness V tar-Regolament Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti li jemenda d-Direttiva 79/117/KE ( 101 ) |
|
|
|
2007/132/KE |
|
|
|
||
|
|
192/2007/KE |
|
|
|
||
|
|
193/2007/KE |
|
|
|
||
|
|
2007/186/KE |
|
|
|
Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Marzu 2007 li taħtar membru supplenti Rumen fil-Kumitat tar-Reġjuni |
|
|
|
2007/187/KE |
|
|
|
||
|
|
329/2007/KE |
|
|
|
||
|
|
2007/260/KE |
|
|
|
||
|
|
2007/261/KE |
|
|
|
|
|
|
(1) Din il-Ħarġa Speċjali għandha n-Nru L 352 M. |
|
(101) Test b’rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ġunju 2004
dwar l-iffirmar tal-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali
(2004/544/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37, flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300 (2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità l-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali. |
(2) |
Soġġett għall-konklużjoni eventwali tagħha f'data aktar tard, il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali, li hija miftuħa għall-iffirmar sa mill-5 ta' Novembru 2003, għandha tiġi ffirmata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu uniku
Soġġett għal konklużjoni eventwali f'data aktar tard, il-President tal-Kunsill b'dan qed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li jiffirmaw, f'isem il-Komunità Ewropea (1), il-Konvenzjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' l-annimali matul it-trasport internazzjonali, mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.
Magħmul fi Brussel, 21 ta’ Ġunju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
J. WALSH
(1) Qed jiġu riprodotti biss il-verżjonijiet awtentiċi tal-Konvenzjoni, jiġifieri bl-Ingliż u bil-Franċiż.
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
2 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1323/2004
tad-19 ta’ Lulju 2004
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/1999 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ wire ta’ l-istainless steel b’dijametru ta' inqas minn 1mm li joriġina fl-Indja
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA PREĊEDENTI
(1) |
Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1601/1999 (2), impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjoni ta’ wire ta’ l-istainless steel b’dijametru ta’ inqas minn 1 mm (“il-prodott ikkonċernat”), li jaqa’ taħt il-Kodiċi NM ex 7223 00 19 u li joriġina fl-Indja. Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem li jvarja bejn 0 % u 42,9 % għal esportaturi individwali, b’rata ta’ 44,4 % għal esportaturi li ma kkollaborawx. |
B. PROĊEDURA ATTWALI
1. Talba għal reviżjoni
(2) |
Wara l-imposizzjoni ta’ miżuri definittivi, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta’ reviżjoni aċċelerata tar-Regolament (KE) Nru 1601/1999, skond l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku, mingħand produttur Indjan, VSL Wires Limited (“l-applikant”). L-applikant iddikjara li ma kellux rabtiet ma’ esportaturi oħrajn tal-prodott ikkonċernat fl-Indja. Barra minn dan, huwa iddikjara li ma kienx esporta l-prodott ikkonċernat matul il-perijodu oriġinali ta’ investigazzjoni (jiġifieri mill-1 ta’ April 1997 sal-31 ta’ Marzu 1998), iżda kien esporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità wara dan il-perijodu. Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa talab li tiġi stabbilita rata ta’ dazju individwali għalih. |
2. Bidu ta’ reviżjoni aċċelerata
(3) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza mressqa mill-applikant u qisitha biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 20 tar-Regolament bażiku. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv u wara li l-industrija Komunitarja kkonċernata ngħatat l-opportunità li tikkummenta, il-Kummissjoni bdiet, b’notifika fil-Ġurnal Uffiċjali (3), reviżjoni aċċelerata tar-Regolament (KE) Nru 1601/1999 fir-rigward tal-kumpannija kkonċernata u bdiet l-investigazzjoni tagħha. |
3. Prodott ikkonċernat
(4) |
Il-prodott kopert mir-reviżjoni attwali huwa l-istess prodott bħal dak ikkunsidrat fir-Regolament (KE) Nru 1601/1999, jiġifieri wire ta’ l-istainless steel li għandu dijametru ta’ inqas minn 1mm, u li fih piż ta' 2,5 % jew iżjed ta' nîkil, eskluż il-wire li fih 28 % jew iżjed iżda mhux aktar minn 31 % ta’ nîkil skond il-piż u 20 % jew iżjed iżda mhux aktar minn 22 % ta’ kromju. |
4. Perijodu ta’ Investigazzjoni
(5) |
L-investigazzjoni tas-sussidju kopriet l-perijodu mill-1 ta’ April 2002 sal-31 ta’ Marzu 2003 (“il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta'reviżjoni”). |
5. Partijiet ikkonċernati
(6) |
Il-Kummissjoni għarrfet uffiċjalment lill-applikant u lill-Gvern ta’ l-Indja (GtI) bil-bidu tal-proċedura. Barra minn dan, hija tat l-opportunità lill-partijiet oħrajn direttament ikkonċernati biex jesprimu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ. Madankollu, l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda opinjoni jew talba għal smigħ. |
(7) |
Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-applikant u rċeviet risposta sħiħa fl-iskadenza meħtieġa. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li dehrilha li kienet meħtieġa għall-fini ta’ l-investigazzjoni u għamlet żjara ta’ verifika fil-proprjetà ta’ l-applikant. |
C. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAR-REVIŻJONI
(8) |
Billi ma kien hemm l-ebda talba mill-applikant għal reviżjoni tas-sejbiet ta’ ħsara, ir-reviżjoni kienet limitata għas-sussidju. |
(9) |
Il-Kummissjoni eżaminat l-istess skemi ta’ sussidju li kienu analizzati fl-investigazzjoni oriġinali. Hija eżaminat ukoll jekk l-applikant kienx uża xi skemi ta’ sussidju li fl-ilment oriġinali kienu allegati li jikkonferixxu benefiċċji iżda li nstab li ma ntużawx waqt l-investigazzjoni oriġinali. Finalment ġie eżaminat jekk l-applikant għamilx użu minn skemi ta’ sussidju li kienu stabbiliti wara t-tmiem tal-perijodu ta’ l-investigazzjoni oriġinali, jew jekk irċeviex sussidji ad hoc wara din id-data. |
D. RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI
1. Kwalifika ta’ l-esportatur il-ġdid
(10) |
L-applikant kien kapaċi juri b’mod suffiċjenti li fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, huwa ma kellu l-ebda relazzjoni, diretta jew indiretta, ma’ xi produttur Indjan li jesporta soġġett għall-miżuri kumpensatorji. |
(11) |
L-investigazzjoni kkonfermat li l-applikant ma kienx esporta l-prodott ikkonċernat matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri mill-1 ta’ April 1997 sal-31 ta’ Marzu 1998. |
(12) |
Ġie stabbilit li l-applikant kien biegħ darba waħda biss fil-Komunità u dan seħħ f’Awissu 2001, jiġifieri wara l-perijodu ta’ investigazzjoni oriġinali iżda ħafna qabel il-perijodu ta’ l-investigazzjonijiet ta’ reviżjoni. |
(13) |
Fir-risposta għall-kwestjonarju, l-applikant identifika kuntratt wieħed biss li kien ġie ffirmat waqt il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni, iżda l-verifika fuq il-post ikkonfermat li l-bejgħ qatt ma twettaq. Konsegwentement, ma kien hemm l-ebda obbligu kuntrattwali irrevokabbli mill-applikant sabiex jesporta lejn il-Komunità. |
(14) |
Madankollu, ta’ min jinnota li l-kumpannija kellha numru sostanzjali ta’ bejgħ għall-esportazzjoni lejn pajjiżi oħra waqt il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta' reviżjoni, li ppermettew li jiġi kkalkolat il-benefiċċju li sar mis-sussidju miżjud għal bejgħ għall-esportazzjoni, billi benefiċċji bħal dawn jiżdiedu tkun xi tkun id-destinazzjoni ta’ dan il-bejgħ. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ddeċidiet li tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa għall-fini ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni aċċelerata sabiex jiġi kkalkulat kwalunkwe ammont ta’ sussidju ibbilanċjat billi talloka dak l-ammont ’il fuq mil-livell tal-qligħ totali rilevanti ta’ l-applikant matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’reviżjoni. |
2. Sussidju
(15) |
Abbażi ta’ l-informazzjoni li tinsab fir-risposta ta’ l-applikant għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, ġew investigati l-iskemi li ġejjin:
|
3. Skema Passbook ta’ Intitolament tad-Dazju) (“DEPB”)
Ġenerali
(16) |
Ġie stabbilit li l-applikant irċieva benefiċċji taħt din l-iskema waqt il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni. Huwa għamel użu mid-DEPB fuq bażi ta’ post-esportazzjoni. Id-deskrizzjoni dettaljata ta’ l-iskema tinsab fil-paragrafu 4(3) tal-Polza ta’ l-Importazzjoni u l-Esportazzjoni (Notifika Nru 1/2002-07 tal-31 ta’ Marzu 2002 mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Gvern ta’ l-Indja). Skond din l-iskema, kull esportatur eliġibbli jista’ japplika għal krediti li huma kkalkulati bħala perċentwali tal-valur tal-prodotti esportati bħala lesti. Dawn ir-rati ta’ DEPB ġew stabbiliti għall-maġġoranza tal-prodotti mill-awtoritajiet Indjani, inkluż il-prodott ikkonċernat, abbażi tan-Normi Standard ta' Input/Output (SION). Awtomatikament tinħareġ liċenzja li tiddikjara l-ammont ta’ kreditu mogħti. Id-DEPB fuq bażi ta’ wara l-esportazzjoni tippermetti l-użu ta’ dawn il-krediti għal kwalunkwe esportazzjoni sussegwenti (eż. materja prima jew oġġetti kapitali) ħlief dik il-merkanzija li għandha importazzjoni ristretta jew ipprojbita. Dawn l-oġġetti importati jistgħu jinbiegħu biss fis-suq domestiku (soġġett għal taxxa fuq il-bejgħ) jew użati mod ieħor. Il-krediti tad-DEPB huma trasferibbli liberament. Il-liċenzja għad-DEPB hija valida għal perijodu ta’ 12-il xahar mid-data tal-ħruġ tal-liċenzja. |
(17) |
Il-karatteristiċi tad-DEPB ma nbidlux mill-investigazzjoni oriġinali lil hawn. L-iskema hija ta’ sussidju kkondizzjonata fil-liġi fuq it-twettiq ta’ l-esportazzjoni, u għalhekk waqt l-investigazzjoni oriġinali, kien iddeterminat li hija titqies bħala speċifika u kompensatorja skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
Kalkolu ta’ l-ammont ta’ sussidju
(18) |
Ġie stabbilit li l-applikant ittrasferixxa l-krediti kollha tad-DEPB lill-kumpannija konnessa miegħu Viraj Alloys Ltd. L-istess prattika ġiet segwita wkoll minn tliet kumpanniji oħrajn ta’ l-applikant, jiġifieri Viraj Forgings Ltd, Viraj Impoexpo Ltd u Viraj Profiles Ltd. L-investigazzjoni kkonfermat li Viraj Alloys Ltd pprovdiet il-materja prima tal-kumpanniji msemmijin aktar qabel u użat il-krediti tad-DEPB li kienu ttrasferiti lilha biex timporta mingħajr dazju. Barra minn dan, ġie stabbilit li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat saru permezz ta’ diversi kumpanniji relatati. Meta jitqies li s-sidien ta’ l-applikant jikkontrollaw dawn il-kumpanniji relatati kollha permezz ta’ sistema estensiva ta’ proprjetà f'ishma, u li l-kumpanniji relatati huma involuti f’ċerti aspetti tal-manifattura u d-distribuzzjoni tal-prodott ikkonċernat, kien ikkunsidrat adatt li dawn il-kumpanniji jiġu trattati bħala riċevent wieħed tal-benefiċċju. Għalhekk, l-ammont tas-sussidju taħt l-iskema DEPB kien ibbażat fuq l-ammont totali ta’ kreditu fil-liċenzji mogħtija kemm lill-applikant kif ukoll lill-kumpanniji relatati miegħu. Meta jkun ikkunsidrat li s-sussidju ma ngħatax skond l-ammonti esportati, l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq id-dħul totali mill-esportazzjoni mill-applikant u l-kumpanniji relatati miegħu skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Bħala konklużjoni, il-VSL Wires Limited ibbenefikat minn din l-iskema waqt il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni u akkwistat sussidji ta’ 12,7 %. |
4. Skema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa tad-Dħul (“ITES”)
Ġenerali
(19) |
Ġie stabbilit li l-applikant irċieva benefiċċji taħt din l-iskema b’mod partikolari taħt it-Taqsima 80HHC ta’ l-Att Indjan dwar id-Dħul. L-Att Indjan dwar it-Taxxa tad-Dħul ta’ l-1961 jistabbilixxi l-bażi għall-eżenzjonijiet fuq il-ġbir ta’ taxxi li jistgħu jintalbu mill-kumpanniji. Fost l-eżenzjonijiet li jistgħu jintalbu hemm dawk trattati mit-Taqsimiet 10A (applikabbli għal kumpanniji li jinsabu f’Żoni ta’ Kummerċ Ħieles), 10B (applikabbli għal kumpanniji li huma Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni) u 80HHC (applikabbli għal kumpanniji li jesportaw merkanzija) ta’ l-Att. Biex tibbenefika mill-ITES, kumpannija trid tagħmel it-talba rilevanti meta tkun qed tippreżenta l-prospett tat-taxxa lill-Awtoritajiet tat-Taxxa. Is-sena tat-taxxa hi bejn l-1 ta’ April sal-31 ta’ Marzu u l-prospett tat-taxxa għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara. F’dan il-każ, il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni ħabat mas-sena tat-taxxa u dik finanzjarja ta' l-1 ta’ April 2002 sal-31 ta’ Marzu 2003. |
(20) |
Il-karatteristiċi ta’ l-ITES ma nbidlux mill-investigazzjoni originali. Waqt l-investigazzjoni oriġinali, ġie stabbilit li l-ITES hija sussidju kumpensatorju għax l-GtI jagħti kontribuzzjoni finanzjarja lill-kumpannija billi jċedi d-dħul tal-gvern fil-forma ta’ taxxi diretti fuq il-qligħ mill-esportazzjonijiet li kieku jkun dovut jekk il-kumpannija ma tiddikjarax eżenzjonijiet fuq it-taxxa tad-dħul. Madankollu, taħt it-Taqsima 80HHC instab li l-ITES qed tiġi gradwalment abolita mis-sena finanzjarja 2000-2001 sas-sena finanzjarja 2004-2005 meta l-ebda profitt mill-esportazzjoni ma jkun eżentat mit-taxxa tad-dħul. Waqt il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni, 50 % biss tal-profitti miksubin mill-esportazzjonijiet kienu eżentati mit-taxxa tad-dħul |
(21) |
Is-sussidju huwa kkondizzjonat fil-liġi fuq il-prestazzjoni ta’ esportazzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku, peress li dan jeżenta l-profitti mill-bejgħ għall-esportazzjonijiet biss, u għalhekk jitiqes bħala speċifiku. |
Kalkolu ta’ l-ammont ta’ sussidju
(22) |
Il-benefiċċju lill-applikant ġie ikkalkulat abbażi tad-differenza bejn l-ammont ta’ taxxi normalment dovuti bil-benefiċċju ta’ l-eżenzjoni u mingħajru matul il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni. Ir-rata tat-taxxa tad-dħul, inkluż it-taxxa korporattiva biż-żieda ta’ soprataxxa, applikabbli waqt dan il-perijodu kienet ta’ 36,75 %. Sabiex ikun stabbilit il-benefiċċju sħiħ lill-applikant u billi t-tliet kumpanniji relatati ma’ l-applikant ukoll esportaw il-prodott ikkonċernat waqt il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni (ara l-premessa (18) hawn fuq), l-ammont ta’ sussidju ġie stabbilit meta jitqiesu ta’ l-eżenzjonijiet mit-taxxa tad-dħul skond it-Taqsima 80HHC ta’ l-applikant, Viraj Forgings Ltd, Viraj Impoexpo Ltd u Viraj Profiles Ltd. Meta ikun ikkunsidrat li s-sussidju ma ngħatax skond il-kwantitajiet esportati, l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq id-dħul totali mill-esportazzjoni mill-applikant u l-kumpanniji relatati miegħu skond id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Abbażi ta' dan, ġie stabbilit li taħt din l-iskema, VSL Wires Limited ħadet sussidji ta’ 1,4 %. |
5. Skema ta’ Promozzjoni għall-Esportazzjoni ta’ Oġġetti Kapitali (“EPCGS”)
(23) |
Ġie stabbilit li l-applikant m’għamilx użu mill-EPCGS. |
6. Żoni ta’ Proċessar għall-Esportazzjoni (“EPZ”)/Unitajiet Orjentati għall- Esportazzjoni (“EOU”).
(24) |
Ġie stabbilit li l-applikant ma kienx jinsab f’EPZ u ma kienx EOU u, għalhekk, ma għamilx użu mill-iskema. |
7. Skemi Oħrajn
(25) |
Ġie stabbilit li l-applikant la kien uża skemi ġodda ta’ sussidju li ġew stabbiliti wara t-tmiem tal-perijodu ta’ investigazzjoni oriġinali, u lanqas irċieva xi sussidji ad hoc wara din id-data. |
8. Ammont ta’ sussidji kumpensatorji
(26) |
Meta jitqiesu r-riżultati definittivi relatati mad-diversi skemi kif imniżżlin hawn fuq, l-ammont ta’ sussidji kumpensatorji għall-applikant hu kif ġej:
|
E. EMENDA GĦALL-MIŻURI LI QED JIĠU RIVEDUTI
(27) |
Abbażi tas-sejbiet magħmulin waqt l-investigazzjoni, huwa kkunsidrat li l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ wire ta’ l-istainless steel li għandhom dijametru ta' inqas minn 1mm maħdum u esportat minn VSL Wires Limited għandu jkun soġġett għal livell ta’ dazju kumpensatorju korrispondenti għal ammonti individwali ta’ sussidji stabbiliti għal din il-kumpannija waqt il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni. |
(28) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1601/1999 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
F. ŻVELAR U TUL TA’ ŻMIEN TAL-MIŻURI
(29) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-applikant u lill-GtI bil-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kellha l-intenzjoni li tipproponi li jkun emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/1999. Huma ngħataw ukoll perijodu ta’ żmien raġjonevoli biex jikkummentaw. |
(30) |
Fir-risposta tiegħu għall-iżvelar, l-applikant iddikjara li d-DEPB wara l-esportazzjoni hija skema ta’ sostituzzjoni ta’ remissjoni/rifużjoni li kienet ivvalutata ħażin mill-Kummissjoni f’termini ta’ l-estensjoni tas-sussidju u l-ammont ta’ benefiċċju kompensatorju. Huwa argumenta li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-benefiċċji taħt din l-iskema kienet inkoretta billi dak id-dazju rifondibbli żejjed biss seta’ jkun ikkunsidrat bħala sussidju u li l-operazzjonijiet prattiċi tas-sistema ma kinux investigati mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet ripetutament (ara per eżempju r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2002 (4) u b’mod partikulari l-premessi (14) sa (20)) li d-DEPB wara l-esportazzjoni m’hijiex skema ta’ rifużjoni jew ta’ rifużjoni ta’ sostituzzjoni billi ma tikkonforma ma’ l-ebda dispożizzjoni ta’ l-Annessi I sa III tar-Regolament bażiku konnessi ma’ l-Artikolu 2(1)(ii). L-iskema hija nieqsa minn obbligu intrinsiku, sabiex tiġi importata biss dik il-merkanzija li hija użata fil-produzzjoni tal-merkanzija esportata (l-Anness II tar-Regolament bażiku), li jiżgura li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-Anness I(i). Barra minn dan, m’hemmx sistema adatta li tivverifika jekk l-importazzjonijiet kinux attwalment ikkunsmati waqt il-proċess ta’ produzzjoni. Hi wkoll m’hijiex skema ta’ sostituzzjoni ta’ rifużjoni peress li l-merkanzija importata m’għandhiex għaliex ikollha l-istess kwantità u karatteristiċi bħall-merkanzija fornuta lokalment u li kienet użata fil-produzzjoni għall-esportazzjoni (l-Anness III tar-Regolament bażiku). Fl-aħħarnett, produtturi li jesportaw huma eliġibbli għall-benefiċċji tad-DEPB irrispettivament minn jekk jimportawx xi inputs. Fil-każ ta’ l-applikant, l-investigazzjoni kkonfermat li l-materja prima kienet importata bla dazju minn waħda mill-kumpanniji relatati miegħu billi ntużaw il-krediti trasferribbli kollha tad-DEPB tal-kumpanniji kollha relatati miegħu miksubin permezz ta’ l-esportazzjonijiet ta’ prodotti diversi. Madankollu ma setgħet tiġi stabbilita l-ebda rabta bejn il-krediti ta’ kull kumpannija u l-merkanzija importata mill-unika kumpannija relatata li ngħatalha l-kompitu li timporta l-materja prima. Barra minn dan, ma kien hemm l-ebda sistema ta’ verifika mill-GtI sabiex tikkontrolla liema importazzjonijiet kienu verament ikkunsmati f’liema prodott u minn liema kumpannija. Billi din l-eċċezzjoni għad-definizzjoni ta’ sussidju t’hawn fuq għalhekk ma tapplikax, il-benefiċċju kompensatorju huwa l-ammont ta’ kreditu totali mogħti taħt din l-iskema. Għal dawn ir-raġunijiet it-talba ma tistax tkun aċċettata. L-applikant saħaq ukoll li “s-servizzi tal-Kummissjoni naqsu milli jisseparaw id-dazji fuq l-importazzjonijiet mill-ispejjeż, bir-riżultat li l-kalkoli tas-sussidju saru inkorretti u esaġerati”. F’dan ir-rigward, għandu jkun innotat li l-applikant intalab minn qabel u abbażi tas-sitwazzjoni deskritta fil-premessa (18) ta' hawn fuq, sabiex jippreżenta kumpilazzjonijiet ta’ krediti tad-DEPB ta’ wara l-esportazzjoni għall-esportazzjonijiet kollha li għamel waqt il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ reviżjoni. L-applikant intalab ukoll sabiex jippreżenta l-istess informazzjoni għall-esportazzjonijiet kollha magħmulin mill-kumpanniji relatati miegħu fl-istess perijodu, flimkien mad-dettalji ta’ xi ħlas għal applikazzjonijiet jew xi spejjeż li weħel biex kiseb il-krediti. Madankollu, l-applikant ma rrapurtax dawn id-dettalji u ma kienx f’pożizzjoni li jipprovdi din l-informazzjoni waqt il-verifika fuq il-post. Għalhekk, minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti ma seta’ jsir l-ebda aġġustament fuq l-ammont ta’ sussidju għal spejjeż simili kif stabbilit fil-premessa (18) ta' hawn fuq. |
(31) |
Din ir-reviżjoni ma taffettwax id-data li fiha jiskadi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/1999 skond l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tabella fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1601/1999 hija b'dan emendata billi jiżdied dan li ġej:
VSL Wires Limited, G-1/3 MIDC, Żona Industrijali ta’ Tarapur, Distrett ta’ Boisar, Thane, Maharashtra, l-Indja |
14,1 |
A444 |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Lulju 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
C. VEERMAN
(1) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
(2) ĠU L 189, 22.7.1999, p. 26.
(3) ĠU C 161, 10.7.2003, p. 3.
(4) ĠU L 196, 25.7.2002, p. 1.
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
7 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1353/2004
tas-26 ta’ Lulju 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 131/2004 dwar ċerti miżuri restrettivi dwar is-Sudan
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/510/PESK ta' l-10 ta' Ġunju 2004 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2004/31/PESK dwar l-imposizzjoni ta' embargo fuq l-armi, il-munizzjoni u t-tagħmir militari fuq is-Sudan (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/31/PESK (2) tipprovdi għal embargo fuq l-armi, il-munizzjoni u t-tagħmir militari fuq is-Sudan, inkluża projbizzjoni fuq il-fornitura ta' assistenza teknika u finanzjarja relatata ma' l-attivitajiet militari fis-Sudan. Il-projbizzjoni fuq il-fornitura ta' assistenza teknika u finanzjarja relatata ma' l-attivitajiet militari hija implimentata fuq livell Komunitarju bir-Regolament (KE) Nru 131/2004 dwar ċerti miżuri restrettivi dwar is-Sudan (3). |
(2) |
Fid-dawl ta' żviluppi reċenti fis-Sudan u fir-reġjun, inkluż l-iffirmar fit-8 ta' April 2004 ta' Ftehim Umanitarju ta' Waqfien mill-Ġlied għall-Kunflitt fid-Darfur, u fid-dawl ta' l-iskjerament ippjanat ta' Kummissjoni għall-Waqfien mill-Ġlied immexxija mill-Unjoni Afrikana fis-Sudan, il-Pożizzjoni Komuni 2004/31/PESK ġiet emendata bil-Pożizzjoni Komuni 2004/510/PESK fl-10 ta' Ġunju 2004 billi ġiet ipprovduta eżenzjoni addizzjonali għall-embargo għal operazzjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet ta' l-Unjoni Afrikana. |
(3) |
Dik l-eżenzjoni tapplika wkoll għall-embargo fuq ċerta assistenza finanzjarja u teknika. Ir-Regolament (KE) Nru 131/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-eżenzjoni ssir effettiva malajr kemm jista' jkun, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament u japplika mid-data li fiha ġiet adottata l-Pożizzjoni Komuni 2004/510/PESK, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 131/2004 huwa ssostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
1. Bħala deroga mill-Artikoli 2 u 3, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kif imniżżel fl-Anness, jistgħu jawtorizzaw il-fornitura ta' finanzjar u assistenza finanzjarja u assistenza teknika fir-rigward ta':
(a) |
tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għall-programmi tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Afrikana, l-Unjoni Ewropea u l-Komunità għall-bini ta' istituzzjonijiet; |
(b) |
materjal maħsub għal operazzjonijiet ta' ġestjoni ta' kriżijiet ta' l-Unjoni Ewropea u n- Nazzjonijiet Uniti; |
(ċ) |
tagħmir għat-tneħħija tal-mini u materjal għall-użu fit-tneħħija tal-mini; |
(d) |
Operazzjonijiet ta' l-Unjoni Afrikana għall-ġestjoni ta' kriżijiet, inkluż materjal maħsub għal tali operazzjonijiet. |
2. L-ebda awtorizzazzjoni m'għandha tingħata għal attivitajiet li diġà seħħew.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mill-10 ta' Ġunju 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Maghmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2004.
Ghall-Kunsill
Il-President
B. BOT
(1) ĠU L 209, 11.6.2004, p. 28.
(2) ĠU L 6, 10.1.2004, p. 55. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2004/510/PESK (ĠU L 209, 11.6.2004, p. 28).
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
9 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1412/2004
tat-3 ta’ Awwissu 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji ma' l-Iraq
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/553/PESK tad-19 ta' Lulju 2004 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
F'konformità mar-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 (2) jagħti ċerti immunitajiet minn proċedimenti legali u miżuri ta' infurzar lil ċerti fondi u prodotti bażiċi Iraqqini li ser japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2007. |
(2) |
Ir-Riżoluzzjoni 1546(2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tipprovdi li l-immunitajiet applikabbli għall-esportazzjoni mill-Iraq ta' żejt mhux raffinat u għall-Fond ta' l-Iżvilupp għall-Iraq m'għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet finali li jirriżultaw minn obbligi kuntrattwali li jkun daħal għalihom l-Iraq wara t-30 ta' Ġunju 2004. |
(3) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2004 l-Awtoritá Proviżorja ta’ Koalizzjoni ma baqgħetx teżisti u l-Iraq reġa’ asserixxa s-sovranità sħiħa tiegħu. |
(4) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2004/553/PESK temenda d-dispożizzjoni korrispondenti tal-Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK dwar l-Iraq biex iġġibha konformi mar-Riżoluzzjoni 1546(2004). |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 għandu jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej għandu jiġi miżjud ma' l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003:
“3. Il-paragrafu 1(a), (b) u (d) m'għandux japplika għal proċedimenti legali li jikkonċernaw kwalunkwe obbligu kuntrattwali li jkun daħal għalih l-Iraq, inkluż b'mod partikolari l-Gvern Proviżorju tiegħu, il-Bank Ċentrali ta' l-Iraq u l-Fond ta' l-Iżvilupp għall-Iraq, wara t-30 ta' Ġunju 2004 u lanqas għal kwalunkwe deċiżjoni finali li tirriżulta minn tali obbligu kuntrattwali.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 3 ta’ Awwissu 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. BOT
(1) ĠU L 246, 20.7.2004, p. 32.
(2) ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1086/2004 (ĠU L 207, 10.6.2004, p. 10).
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
10 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1467/2004
tat-13 ta’ Awwissu 2004
li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate li joriġinaw fl-Awstralja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jtemm il-proċedura ta' anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate li joriġinaw fil-Pakistan u jirrilaxxa l-ammonti ggarantiti bid-dazji proviżorji imposti
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunitajiet Ewropej (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. MIŻURI PROVIŻORJI
(1) |
Fid-19 ta' Frar 2004, il-Kummissjoni imponiet, bir-Regolament (KE) Nru 306/2004 (2) (“ir-Regolament proviżorju”), dazju anti-dumping proviżorju fuq importazzjonijiet fil-Komunità ta' polyethylene terephthalate (“PET”) li joriġinaw fl-Awstralja, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fil-Pakistan (“il-pajjiżi kkonċernati”). |
(2) |
Huwa mfakkar li l-perijodu ta' l-investigazzjoni tad-dumping u ħsara (IP) kopra l-perijodu bejn l-1 ta' April 2002 u l-31 ta' Marzu 2003. Il-valutazzjoni ta' xejriet rilevanti għall-analiżi ta' ħsara kopriet il-perijodu mill-1 ta' Jannar 1999 sa tmiem l-IP (“il-perijodu kkunsidrat”). |
2. PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI PARALLELA
(3) |
Huwa mfakkar li nbdiet reviżjoni interim dwar importazzjonijiet ta' PET li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u t-Tajwan b'avviż ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea fit-22 ta' Mejju 2003 (3). |
3. PROĊEDURA SUSSEGWENTI
(4) |
Wara l-impożizzjoni ta' dazju anti-dumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' PET mill-pajjiżi kkonċernati, il-partijiet kollha rċevew tagħrif tal-fatti u tal-konsiderazzjonijiet li fuqhom kien ibbażat ir-Regolament proviżorju. Il-partijiet kollha ngħataw perijodu li fih setgħu jagħmlu sottomissjonijiet dwar dan it-tagħrif. |
(5) |
Xi partijiet interessati ssottomettew kummenti bil-miktub. Dawk il-partijiet li talbu dan, ingħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu verbalment. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset neċessarja. Ġew eżaminati l-kummenti verbali u bil-miktub sottomessi mill-partijiet, u, fejn kien ikkunsidrat xieraq, ir-riżultati proviżorji ġew emendati kif meħtieġ. |
(6) |
Is-servizzi tal-Kummissjoni żvelaw ukoll il-fatti u l-konsiderazzjonijiet essenzjali kollha li abbażi tagħhom il-Kummissjoni kien bi ħsiebha tirrakkomanda l-impożizzjoni ta' dazju anti-dumping definittiv u l-ġbir definittiv ta' l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju proviżorju. Il-partijiet interessati ngħataw ukoll perijodu li fih huma setgħu jagħmlu s-sottomissjonijiet tagħhom wara dan it-tagħrif. Il-kummenti verbali u bil-miktub sottomessi mill-partijiet ġew ikkunsidrati, u fejn xieraq, il-proposta għal dazju anti-dumping definittiv ġiet emendata kif meħtieġ. |
B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
(7) |
Huwa mfakkar illi fil-premessa (14) tar-Regolament proviżorju, il-prodott ikkonċernat kien definit bħala polyethylene terephthalate bi grad ta' viskożità ta' 78 ml/g jew aktar skond l- Istandard ISO 1628-5, bħalissa klassifikabbli taħt il-Kodici NM 3907 60 20, u li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati. |
(8) |
Barra minn hekk, fil-premessa (18) tar-Regolament proviżorju, ingħad li l-Kummissjoni kienet sabet li l-PET prodott mill-industrija Komunitarja u mibjugħ fis-suq Komunitarju kif ukoll il-PET prodott fil-pajjiżi kkonċernati u esportat lejn il-Komunità huma prodotti simili, billi ma nstabet l-ebda differenza fil-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi u fl-użu tat-tipi differenti eżistenti ta' PET. |
(9) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment dwar id-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-kontenut u l-konklużjonijiet proviżorji tal-premessi (14) sa (18) tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati. |
C. DUMPING
1. METODOLOĠIJA ĠENERALI
(10) |
Il-metodoloġija ġenerali użata sabiex tistabbilixxi jekk l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat ġewx soġġetti għal dumping kienet deskritta fil-premessi (19) sa (34) tar-Regolament proviżorju. |
1.1. Valuri normali
(11) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment, is-sejbien proviżorju rigward il-valuri normali kif stipulat fil-premessi (20) sa (27) tar-Regolament proviżorju huwa kkonfermat. |
1.2. Prezz ta' esportazzjoni
(12) |
Diversi kumpanniji argumentaw illi r-rati ta' kambju użati mill-Kummissjoni meta għamlet is-sejbien proviżorju ma kinux korretti, ma kinux ġejjin minn sors pubbliku affidabbli u talbu illi r-rati tal-kambju għandhom minflok jiġu minn sors uffiċjali verifikabbli. |
(13) |
Dawn l-allegazzjonijiet ġew investigati fil-fond u wara verifika, instab li kien hemm xi żbalji fir-rati tal-kambju użati mill-Kummissjoni meta għamlet is-sejbien proviżorju. Għalhekk, il-kalkoli ġew riveduti abbażi tar-rati tal-kambju medji ta' kull xahar ippubblikati minn (i) il-Kummissjoni għall-kambji kollha li jinvolvu l-Euro (EUR); (ii) ir-Riżerva Federali ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għall-kambji kollha bejn id-dollaru Amerikan, il-Yen Ċiniż (CNY) u d-dollaru ta' Hong Kong (HKD); u (iii) il-Bank taċ-Ċina għall-kambji bejn id-dollaru ta' Hong Kong (HKD) u l-Yen Ċiniż (CNY). Dawn ir-rati ta' kambju kollha ġew applikati, kif kien il-każ għall-kalkolazzjonijiet proviżorji abbażi tar-rati tal-kambju medju ta' kull xahar applikabbli għax-xahar tal-ħruġ tal-fattura tal-bejgħ. |
1.3. Paragun
(14) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment dwar il-bażi li fuqha ġew imqabbla l-valur normali u l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni, il-premessa (30) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata. |
1.4. Marġni ta' dumping
(15) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment, il-premessi (31) sa (34) tar-Regolament proviżorju dwar il-metodoloġija applikata għall-kalkolazzjoni tal-marġni ta' dumping huma kkonfermati. |
2. L-AWSTRALJA
(16) |
Wieħed biss miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw għamel sottomissjonijiet wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. |
2.1. Valur normali
(17) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment, is-sejbien proviżorju dwar il-valur normali, kif stipulat fil-premessa (36) tar-Regolament proviżorju huwa kkonfermat. |
2.2. Prezz ta' esportazzjoni
(18) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment għajr dawk diġà msemmijin hawn fuq fil-premessi (12) u (13), il-metodoloġija imfissra fil-premessa (37) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata. |
2.3. Paragun
(19) |
Produttur esportatur wieħed sostna illi konċessjonijiet differenti dwar assistenza teknika ta' wara l-bejgħ u spejjeż ta' kummerċjalizzazzjoni ma kinux tqiesu mill-Kummissjoni meta għamlet is-sejbien proviżorju tagħha. It-talba fir-rigward ta' l-assistenza teknika ġiet aċċettata wara verifika skond l-Artikolu 2(10)(h) tar-Regolament bażiku. It-talba dwar spejjeż ta' kummerċjalizzazzjoni ġiet aċċettata wara verifika skond l-Artikolu 2(10)(k) tar-Regolament bażiku. |
2.4. Marġni ta' dumping
(20) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment, is-sejbien fil-premessi (39) sa (41) tar-Regolament proviżorju dwar il-metodoloġija applikata għall-kalkolazzjoni tal-marġni ta' dumping 'huwa b'dan ikkonfermat. |
(21) |
Il-marġnijiet ta' dumping definittivi, espressi bħala perċentwali tal-prezz ta' importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, huma:
|
3. IL-PAKISTAN
(22) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw għamlu sottomissjonijiet wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji fejn huma sostnew li ma kellhomx jiġu trattati bħala żewġ entitajiet separati għalkemm relatati, iżda, minħabba r-relazzjoni tagħhom, kellhom jiġu trattati bħala produttur esportatur uniku u għalhekk konsegwentement, kellha ssir biss kalkolazzjoni waħda ta' dumping. |
(23) |
Din it-talba ġiet analizzata fil-fond abbażi ta' l-argumenti żviluppati minn dawn il-produtturi esportaturi sussegwentement għas-sejbien proviżorju. |
(24) |
Instab illi l-karatteristiċi partikolari tar-relazzjoni bejn il-kumpanniji kkonċernati u l-interkonnessjonijiet mill-qrib fl-operazzjonijiet tagħhom kienet tali li tiddistingwi l-pożizzjoni tagħhom minn sitwazzjoni tipika ta' żewg kumpanniji relatati. B'mod partikolari ġiet ikkunsidrata r-rabta finanzjarja tassew sinifikanti u l-konnessjonijiet l-oħrajn bejn iż-żewġ produtturi esportaturi, il-fatt li jbiegħu il-prodott ikkonċernat taħt l-istess marka, il-fatt li jaqsmu l-istess bini u organizzazzjoni amministrattiva kif ukoll l-istess taqsima ta' kummerċjalizzazzjoni. Barra minn hekk, dawn jaqsmu fil-parti l-kbira, l-istess persunal u Diretturi u għandhom pjan ta' produzzjoni komuni. Dawn l-elementi kollha flimkien jistgħu jitqiesu bħala suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li taħt dawn iċ-ċirkostanzi partikolari, is-sitwazzjoni taż-żewġ produtturi esportaturi titlob li dawn jiġu trattati bħala produttur esportatur uniku fil-kummerċ tal-PET Pakistani, aktar milli bħala żewġ kumpanniji separati. Għaldaqstant, fid-dawl ta' dawn l-elementi kollha, ġie kkunsidrat li din it-talba għandha tintlaqa'. |
3.1. Valur normali
(25) |
Fid-dawl ta' dan t'hawn fuq, il-metodoloġija ġenerali spjegata fil-premessi (20) sa (34) tar-Regolament proviżorju kienet applikata għal produttur esportatur uniku u l-metodoloġija spjegata fil-premessi (43) u (44) tar-Regolament proviżorju ġiet riveduta. |
(26) |
Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet, għall-produttur esportatur uniku, jekk il-bejgħ domestiku totali tal-prodott ikkonċernat kienx rappreżentattiv meta mqabbel mal-bejgħ ta' l-esportazzjoni totali lejn il-Komunità. Skond l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-bejgħ domestiku kien ikkunsidrat rappreżentattiv meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' kull produttur esportatur kien ta' mill-inqas 5 % tat-total tal-volum ta' bejgħ esportat lejn il-Komunità. |
(27) |
Sussegwentement, il-Kummissjoni identifikat dawk it-tipi ta' PET, mibjugħin domestikament mill-produttur esportatur uniku li kellu bejgħ domestiku totali rappreżentattiv u li kienu identiċi jew direttament komparabbli mat-tipi mibjugħin għall-esportazzjoni lejn il-Komunità. |
(28) |
Għal kull tip mibjugħ mill-produttur esportatur uniku fis-suq domestiku tiegħu u misjub li hu komparabbli direttament mat-tip ta' PET mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità, ġie stabbilit jekk il-bejgħ domestiku kienx rappreżentattiv biżżejjed għall-għanijiet ta' l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Bejgħ domestiku ta' tip partikolari ta' PET kien ikkunsidrat rappreżentattiv biżżejjed meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku ta' dak it-tip matul l-IP irrappreżenta 5 % jew aktar tal-volum totali ta' bejgħ tat-tip ta' PET komparabbli esportat lejn il-Komunità. |
(29) |
Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku ta' kull tip ta' PET setax jiġi kkunsidrat li seħħ fil-kors ordinarju tal-kummerċ, billi ġie stabbilit il-proporzjon ta' bejgħ bi qligħ lill-klijenti indipendenti tat-tip ta' PET in kwistjoni, skond il-premessi (23) u (24) tar-Regolament proviżorju. |
(30) |
Kull fejn prezz domestiku ta' tip partikolari mibjugħ minn produttur esportatur uniku ma setax jintuża', kellu jintuża valur normali mibni. |
(31) |
Konsegwentament, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku, inbena valur normali billi mal-medja ta' l-ispejjeż peżati tal-manifattura tat-tipi esportati, aġġustati fejn hemm bżonn, żdied ammont raġonevoli għal spejjeż ta' bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u marġni raġonevoli ta' profitt. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-SG&A involuti u l-profitt magħmul mill-produttur esportatur uniku fis-suq domestiku kinitx data affidabbli. |
(32) |
Spejjeż attwali domestiċi SG&A kienu kkunsidrati affidabbli meta l-volum totali tal-bejgħ domestiku tal-produttur esportatur uniku seta' kien ikkunsidrat bħala rappreżentattiv meta mqabbel mal-volum ta' bejgħ esportat lejn il-Komunità. Il-marġni ta' profitt domestiku kien stabbilit abbażi tal-bejgħ domestiku ta' dawk it-tipi li nbiegħu fil-kors ordinarju tan-negozju. Għal din ir-raġuni, ġiet applikata l-metodoloġija stabbilita fil-premessa (23) tar-Regolament proviżorju. |
(33) |
Għal żewġ tipi ta' PET esportati mill-produttur esportatur uniku, il-Kummissjoni setgħet tistabbilixxi valur normali abbażi tal-prezzijiet imħallsa jew pagabbli fil-kors ordinarju tan-negozju mill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku, skond l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku. Għat-tliet tipi ta' PET, li nstab li l-bejgħ domestiku tagħhom ma kienx wieħed rappreżentattiv, intuża valur normali mibni, skond l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku. |
3.2. Prezz ta' esportazzjoni
(34) |
Il-bejgħ kollu tal-prodott ikkonċernat magħmul mill-produttur esportatur uniku fis-suq Komunitarju sar lill-klijenti indipendenti fil-Komunità. Konsegwentament, il-prezz ta' esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku abbażi tal-prezzijiet attwalment imħallsa jew pagabbli. |
3.3. Paragun
(35) |
Sabiex jiġi żgurat paragun ġust, ġew ikkunsidrati, skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku, id-differenzi fil-fatturi allegati u murija li jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragun tal-prezz. Abbażi ta' dan, ingħataw konċessjonijiet għad-differenzi fit-trasport, fl-assigurazzjoni, spejjeż ta' maniġġ, kummissjonijiet, kreditu u fatturi oħrajn. |
3.4. Marġni ta' dumping
(36) |
Kif previst fl-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-valur normali medju peżat ta' kull tip ta' prodott ikkonċernat esportat lejn il-Komunità mill-produttur esportatur uniku, tqabbel mal-prezz ta' l-esportazzjoni medju peżat ta' kull tip ta' prodott li jikkorrispondi tal-prodott ikkonċernat. |
(37) |
Il-marġni ta' dumping, imfisser bħala perċentwali tal-prezz ta' importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, ġie rivedut fid-dawl tal-punti deskritti hawn fuq, u nstab li kien 1,6 % jiġifieri taħt il-livell de minimis kif definit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku. |
4. IR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA (“PRC”)
4.1. Trattament ta' l-Ekonomija tas-Suq (“MET”)
(38) |
L-erba' kumpanniji li la ngħataw MET u lanqas Trattament Individwali (“IT”) għamlu sottomissjonijiet fejn tennew it-talbiet imsemmija fil-premessi (57) sa (73) tar-Regolament proviżorju. Madankollu, ħadd minnhom ma pprovda evidenzi li setgħu jwasslu sabiex jikkontradixxu l-konklużjonijiet li ntlaħqu fir-Regolament proviżorju. Għalhekk, id-deċiżjoni li dawn l-erba' produtturi esportaturi li kkooperaw ma jingħatawx MET u s-sejbien stabbilit fil-premessi msemmijin hawn fuq tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
(39) |
Wara kummenti rċevuti, ma kienx possibbli li jiġi kkalkolat il-marġni individwali għal waħda mill-kumpanniji li ngħatat IT biss, minħabba li l-esportazzjonijiet tagħha tal-prodott ikkonċernat għall-Unjoni Ewropea matul l-IP ma setgħux jiġu kkunsidrati li kienu fi kwantitajiet kummerċjali sinifikanti. Il-kumpannija l-oħra li ngħatat biss IT u li t-talba tagħha għall-MET ġiet miċħuda abbażi li ma ssodisfatx il-kriterju 2 speċifikat fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, ukoll għamlet sottomissjonijiet fejn hija rrepetiet it-talba tagħha għal MET. Madankollu, ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza oħra li kienet ta' natura li tikkontradixxi l-konklużjonijiet magħmulin fir-Regolament proviżorju. Konsegwentement, il-konklużjoni stabbilita fil-premessa (68) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata għal din il-kumpannija. |
4.2. Trattament individwali
(40) |
Waħda mill-erba' kumpanniji li la ngħataw MET u lanqas IT sostniet li madankollu, il-kundizzjonijiet kollha għall-għoti ta' l-IT ġew sodisfatti. Iżda, minħabba li l-ebda evidenza ġdida ma ġiet ipprovduta, il-konklużjonijiet imniżżlin fil-premessa (76) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati u t-talba ġiet rifjutata. |
4.3. Valur Normali
4.3.1. Determinazzjoni ta' valur normali għall-produtturi esportaturi kollha li ma ngħatawx MET
a) Pajjiż analogu
(41) |
Il-produtturi esportaturi rrepetew l-oġġezzjoni tagħhom dwar l-għażla ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika ("“US”) bħala l-pajjiż analogu. Ir-raġunijiet ewlenin mogħtijin kienu d-differenzi fl-iżvilupp kulturali u ekonomiku, id-differenzi fl-ispejjeż u l-fatt li l-pajjiżi bħall-Pakistan jew ir-Repubblika tal-Korea t'Isfel (“Korea”) kienu ferm aktar adatti milli l-Istati Uniti. |
(42) |
L-ewwelnett, differenzi fit-termini ta' l-iżvilupp kulturali huma kkunsidrati rrilevanti għall-għażla ta' pajjiż analogu, minħabba li pajjiż analogu huwa meħud li jirrifletti l-kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq u mhux livelli ta' l-iżvilupp kulturali komparabbli. |
(43) |
Fir-rigward ta' l-użu ta' pajjiż bi żvilupp ekonomiku differenti, għandu jissemma' illi, b'definizzjoni, pajjiż b'ekonomija mhux tas-suq jew b'ekonomija tranżitorja m'għandux l-istess karatteristiċi ekonomiċi bħal pajjiż b'ekonomija tas-suq. M'hijiex ħaġa rari li tkun teżisti differenza bħal din fl-iżvilupp ekonomiku bejn pajjiż analogu u pajjiż b'ekonomija mhux tas-suq jew b'ekonomija tranżitorja. Din, madankollu, ma twaqqafx lill-Istati Uniti milli jiġi magħżul bħala pajjiż analogu dment li dan jitqies iktar xieraq. |
(44) |
Fir-rigward tad-differenzi fl-ispejjeż, ta' min ifakkar li ma nstabet l-ebda differenza sinifikanti fil-prezzijiet imħallsa mill-produtturi fl-Istati Uniti u l-PRC għall-materja prima (PTA) li tirrappreżenta l-iktar parti sinifikanti ta' l-ispiża tal-produzzjoni tal-PET. |
(45) |
Xi produtturi esportaturi enfasizzaw il-fatt li waqt li l-ispejjeż tax-xogħol huma ogħla fl-Istati Uniti milli fil-PRC, l-ispejjeż tax-xogħol fil-Pakistan u l-Korea huma aktar komparabbli ma' l-ispejjeż tax-xogħol fiċ-Ċina. F'dawn iċ-ċirkostanzi, dawn il-produtturi kkunsidraw li l-Pakistan jew il-Korea jkunu aktar adatti bħala pajjiż analogu milli l-Istati Uniti. |
(46) |
Kif ingħad fil-premessa (43) hawn fuq, pajjiż b'livell ta' żvilupp ekonomiku differenti jista' jintgħażel bħala pajjiż analogu għal pajjiż li m'għandux ekonomija ta' suq jew b'ekonomija tranżitorja. Bl-istess mod, l-ispejjeż tax-xogħol li jirriflettu l-istat ta' żvilupp ekonomiku ta' pajjiż m'humiex ikkunsidrati, f'iżolament, bħala kriterju rilevanti. Fil-każ preżenti, minħabba l-parti tassew żgħira li l-ispiża tax-xogħol tirrappreżenta fl-ispiża totali tal-produzzjoni (jiġifieri inqas minn 3 % ta' l-ispiża totali tal-produzzjoni) meta mqabbel ma' l-ispiża tal-PTA (aktar minn 60 % ta' l-ispiża totali tal-produzzjoni), dan il-kriterju ma kienx ikkunsidrat suffiċjentement sinifikanti sabiex il-Pakistan jew il-Korea jintgħażlu bħala pajjiż analogu minflok l-Istati Uniti. Barra minn hekk, fid-dawl tal-livell ta' kompetizzjoni fil-pajjiż analogu magħżul u r-rappreżentattività tal-bejgħ domestiku lil klijenti indipendenti fil-pajjiż analogu kif imqabbel ma' l-esportazzjonijiet Ċiniżi ta' PET, il-Pakistan u l-Korea tqiesu bħala inqas adatti mill-Istati Uniti, kif spjegat fil-premessi (78) sa (86) tar-Regolament proviżorju. Għaldaqstant, din it-talba ġiet miċħuda. |
(47) |
Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn dwar il-pajjiż analogu, l-għażla ta' l-Istati Uniti hija kkonfermata. |
b) Determinazzjoni ta' valur normali
(48) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment dwar id-determinazzjoni tal-valur normali, il-metodoloġija deskritta fil-premessi (87) sa (88) tar-Regolamenti proviżorju hija kkonfermata. |
4.3.2. Determinazzjoni ta' valur normali għal produtturi esportaturi mogħtija MET
(49) |
Żewġ produtturi esportaturi allegaw li l-Kummissjoni kienet għaddiet darbtejn l-ammont ta' dazju li jinġabar lura fil-prezz tal-produzzjoni u sostnew l-allegazzjoni tagħhom b'dokumentazzjoni ta' appoġġ. Abbażi ta' din l-evidenza l-ġdida, it-talbiet ġew aċċettati għaż-żewġ kumpanniji kkonċernati u l-kalkolazzjoni ta' l-ispiża tal-produzzjoni ġiet ikkoreġuta kif meħtieġ. Wieħed minn dawn l-produtturi esportaturi argumenta wkoll illi xi aġġustamenti jew tħallew barra jew ma ġewx applikati korrettament. Wara verifika din it-talba ġiet aċċettata b'eċċezzjoni waħda relatata ma' l-ispiża tal-kreditu. Għal dan ta' l-aħħar, il-metodoloġija applikata mill-Kummissjoni fl-istadju proviżorju u spjegata fil-premessi (89) sa (91) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata. |
4.4. Prezzijiet ta' esportazzjoni
(50) |
Żewġ produtturi esportaturi kkontestaw ir-rati ta' kambju użati mill-Kummissjoni. Kif diġà ġie spjegat fil-premessi (12) u (13) hawn fuq, din it-talba ġiet aċċettata. |
4.5. Paragun
(51) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment dwar il-bażi li fuqha l-valur normali u l-prezz ta' esportazzjoni ġew ipparagunati u l-aġġustamenti ġew magħmula sabiex jiżguraw paragun ġust bejn il-prezzijiet ta' esportazzjoni u l-valur normali, il-konklużjoni proviżorja kif tinsab fil-premessa (93) tar-Regolament proviżorju hija kkonfermata. |
4.6. Marġni ta' dumping
4.6.1. Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li ġew mogħtija MET/IT
(52) |
Il-marġnijiet ta' dumping espressi bħala perċentwali fuq il-prezz ta' importazzjoni CIF fil-fruntiera Komunitarja, li ġew riveduti fid-dawl tal-kwistjonijiet deskritti hawn fuq, issa huma kif ġej:
|
4.6.2. Għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha
(53) |
Produttur esportatur wieħed sostna li l-kalkolazzjoni tad-dazju anti-dumping għall-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw li la ngħataw MET u lanqas IT irriżultat f'dazju individwali għal kull waħda minn dawn il-kumpanniji. B'mod iżjed partikolari, dan il-produttur esportatur argumenta li l-produtturi esportaturi kollha li kkooperaw li la ngħataw MET u lanqas IT għandhom iħallsu l-istess ammont ta' dazju. |
(54) |
Fl-istadju proviżorju, dawn il-kumpanniji kellhom l-istess marġni ta' dumping f'perċentwali tal-valur CIF. Madankollu, il-kalkolazzjoni tad-dazju speċifiku għal kull tunnellata abbażi tal-valur CIF ta' l-importazzjonijiet ta' kull waħda minn dawn il-kumpanniji wasslet għal ammonti differenti ta' dazju. B'mod partikolari ġew stabbiliti dazji speċifiċi ta' EUR 188 għal kull tunnellata u EUR 191 għal kull tunnellata għal żewġ produtturi esportaturi rispettivament. L-ammont ta' dazju speċifiku għal kull tunnellata ġie kkoreġut għall- kalkolazzjoni ta' dazju definittiv kif ġej: il-marġni ta' dumping individwali għall-produtturi esportaturi li kkooperaw ġie kkalkolat billi tqabbel il-valur normali medju peżat stabbilit għall-pajjiż analogu u l-prezz ta' l-esportazzjoni medju peżat irrapportat mill-produtturi esportaturi kkonċernati. Il-marġni ta' dumping medju ġie mbagħad ikkalkulat bħala l-medja peżata tal-marġnijiet ta' dumping individwali stabbiliti għall-produtturi esportaturi li kkooperaw li la kienu ngħataw MET u lanqas IT. Id-dazju speċifiku għal kull tunnellata ġie kkalkolat billi ġie applikat dan il-marġni ta' dumping uniku għall-valur CIF peżat għal kull tunnellata stabbilit għal dawn il-kumpanniji. Kieku l-metodoloġija hawn fuq spjegata kienet ġiet applikata fl-istadju proviżorju, id-dazju proviżorju speċifikat għal kull tunnellata għall-produtturi esportaturi kollha li la ngħataw MET u lanqas IT kien ikun ta' EUR 183. Għaldaqstant, sa fejn id-dazji imposti bir-Regolament proviżorju kienu ogħla minn dan l-ammont, id-differenza m'għandhiex tinġabar definittivament. |
(55) |
Abbażi ta' dan, il-livell definittiv ta' dumping fuq il-pajjiż kollu ġie stabbilit li huwa ta' 22,9 % tal-prezz CIF fil-fruntiera Komunitarja. |
D. DANNU
1. PRODUZZJONI FIL-KOMUNITÀ
(56) |
Fin-nuqqas ta' informazzjoni ġdida sottomessa, il-bażi għall-kalkolazzjoni tal-produzzjoni totali tal-Komunità kif stipulata fil-premessi (100) sa (101) tar-Regolament proviżorju qiegħda b'dan tiġi kkonfermata. |
2. DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA
(57) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni ġdida sottomessa, id-definizzjoni ta' industrija Komunitarja kif stipulata fil-premessa (102) tar-Regolament proviżorju qiegħda b'dan tiġi kkonfermata. |
3. KONSUM FIL-KOMUNITÀ
(58) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni ġdida sottomessa, il-kalkolazzjoni tal-konsum Komunitarju kif stipulata fil-premessi (103) sa (106) tar-Regolament proviżorju qiegħda b'dan tiġi kkonfermata. |
4. IMPORTAZZJONIJIET FIL-KOMUNITÀ MILL-PAJJIŻI KKONĊERNATI
4.1. Stima kumulattiva ta' l-effett ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping ikkonċernati — is-sehem mis-suq ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping
(59) |
Kif imsemmi fil-premessa (52) hawn fuq, wieħed mill-produtturi esportaturi fil-PRC instab li ma kienx biegħ bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping matul l-IP. Barra minn hekk, u kif imsemmi fil-premessa (37) hawn fuq, il-marġni ta' dumping li nstab għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-Pakistan kien inqas mil-limitu de minimis. Konsegwentement, il-volumi ta' esportazzjoni minn dawn il-produtturi esportaturi għandhom jitnaqqsu mill-volumi totali ta' importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati. L-evoluzzjoni ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati, kif murija fil-premessa (108) fir-Regolament proviżorju għandha għaldaqstant tkun kif ġej;
|
(60) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni ġdida sottomessa, jirriżulta mid-data hawn fuq illi, anke meta jitqies it-tnaqqis ta' l-importazzjonijiet li ma kinux oġġett ta' dumping, kif spjegat fil-premessa (59), il-kriterji ta' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku xorta jiġu sodisfatti fir-rigward tal-kumulazzjoni ta' importazzjonijiet li joriġinaw fil-PRC u l-Awstralja. Għaldaqstant, it-tnaqqis ta' l-importazzjonijiet li ma kinux oġġett ta' dumping ma jaffettwax ir-riżultati li għandhom x'jaqsmu ma' l-adegwatezza tal-valutazzjoni kumulattiva ta' l-effetti ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping kkonċernati, kif stipulat fir-Regolament proviżorju, speċjalment fid-dawl tal-fatt illi l-livell ta' tqaċċit tal-prezz li jinsab fir-Regolament proviżorju jikkorrispondi mal-livell ta' tqaċċit tal-prezz misjub għal dawk il-produtturi esportaturi li jibqa' wara t-tnaqqis ta' l-importazzjonijiet li ma kinux oġġett ta' dumping. Finalment, is-sehem tas-suq, fir-rigward ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-Awstralja kif stipulat fil-premessi (107) sa (111) tar-Regolament proviżorju qiegħed b'dan jiġi kkonfermat. |
(61) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni ġdida sottomessa barra minn dik t'hawn fuq, is-sejbien relatat mal-valutazzjoni kumulattiva ta' l-effetti ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping ikkonċernati u s-sehem tas-suq ta' dawn l-importazzjonijiet, kif stipulati fil-premessi (107) sa (111) tar-Regolament proviżorju, qegħdin b'dan jiġu kkonfermati. |
4.2. Prezzijiet ta' l-importazzjonijiet u tqaċċit tal-prezzijiet
(62) |
Għandu jiġi mfakkar illi, biex saru s-sejbiet proviżorji, il-Kummissjoni kienet, kif stipulat fil-premessi (112) sa (114) tar-Regolament proviżorju, qabblet il-prezzijiet ex-works ta' l-industrija Komunitarja ma' dawk tal-produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati fil-livell tal-valur CIF fil-fruntiera Komunitarja, waqt li jitqiesu d-dazji doganali, u b'aġġustamenti għall-ispejjeż tal-maniġġ u ta' livelli differenti ta' kummerċ. |
(63) |
Abbażi ta' prezzijiet ġodda CIF fil-fruntiera Komunitarja kkalkulati għall-produtturi esportaturi fl-Awstralja (ara premessa (21)) u l-PRC (ara premessa (52)), u minħabba r-rati tal-kambju l-ġodda użati (ara premessi (12) sa (13)), ġew ikkalkulati marġnijiet ġodda ta' tqaċċit tal-prezzijiet. |
(64) |
Il-marġnijiet il-ġodda li bihom l-importazzjonijiet tal-prodotti kkonċernati li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati qaċċtu l-prezzijiet medji ta' l-industrija Komunitarja, imfissra bħala perċentwali ta' dan ta' l-aħħar, huma li ġejjin:
|
(65) |
Id-differenzi meta mqabbla mal-livell ta' tqaċċit tal-prezzijiet għall-produtturi esportaturi fl-Awstralja u l-PRC, kif ippreżentati fil-premessa (113) tar-Regolament proviżorju, m'humiex meqjusin sinifikanti. Il-konklużjoni magħmula dwar il-livell ta' tqaċċit ta' prezzijiet fir-Regolament proviżorju hija għalhekk ikkonfermata. |
(66) |
Xi produtturi esportaturi argumentaw li l-aġġustament magħmul għall-ispejjeż ta' maniġġ u l-livelli differenti għall-kummerċ (1 %) ma kienx suffiċjenti. Skond dawn il-produtturi esportaturi, l-aġġustamenti li saru ma kinux suffiċjenti biex ikopru l-ispejjeż reali imġarrba malli l-prodotti jiġu importati. |
(67) |
Madankollu, l-aġġustamenti kienu bbażati fuq informazzjoni attwali miġbura waqt l-investigazzjoni. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe evidenza ġdida li l-livelli t'aġġustament magħmulin ma kinux korretti, jiġifieri ma kinux ibbażati fuq fatti miġbura, l-argumenti ta' dawn il-produtturi esportaturi huma miċħudin. Il-livell ta' l-aġġustament magħmul fir-Regolament proviżorju qiegħed b'dan jiġi kkonfermat. |
(68) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni sottomessa barra minn dik t'hawn fuq, is-sejbiet fir-rigward tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet u tqaċċit tal-prezzijiet stipulati fil-premessi (112) sa (114) tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati. |
5. SITWAZZJONI TA' L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA
(69) |
Għandu jiġi mfakkar li fil-premessa (147) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet proviżorjament li l-industrija Komunitarja kienet sofriet danni materjali skond l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. |
(70) |
Ħafna produtturi esportaturi iddubitaw l-interpretazzjoni taċ-ċifri relatati mas-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja kif ippreżentata fil-premessi (117) sa (144) tar-Regolament proviżorju. Huma ddikjaraw li ċ-ċifri ma urewx xi ħsara materjali. Dawn il-produtturi esportaturi allegaw li minflok, iċ-ċifri urew żieda kbira fil-volumi tal-produzzjoni, fil-kapaċità produttiva, fil-volumi tal-bejgħ u fil-prezzijiet medji sa mill-bidu tal-perijodu kkunsidrat (1999), li għandhom iwasslu għall-konklużjoni illi l-industrija Komunitarja ma ġarbitx ħsara materjali. |
(71) |
Il-produtturi esportaturi rreferew ukoll għall-fatt li l-konsum kien żdied bi 37 % matul il-perijodu kkunsidrat (premessa (106) tar-Regolament proviżorju). Huma sostnew illi, jekk l-industrija Komunitarja f'dawn iċ-ċirkostanzi vantaġġużi ma setgħetx tilħaq livell ta' effiċjenza, li seta' jiżgura marġni ta' profitt sostenibbli, anki jekk ikkonfrontata b'importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, ir-rendiment fqir kellu jkun attribwit għal fatturi fl-industrija Komunitarja stess aktar milli għall-kompetizzjoni minn importazzjonijiet. |
(72) |
Qiegħed jiġi innotat li ħadd mill-produtturi esportaturi ma ddubita miċ-ċifri relatati mas-sitwazzjoni ta' l-industrija Komunitarja fihom infushom, imma mill-interpretazzjoni tagħhom. |
(73) |
Meta jiġi analizzat l-iżvilupp ta' l-indikaturi ekonomiċi ta' l-industrija Komunitarja bejn l-1999 u l-IP, wieħed irid iżomm f'moħħu li l-industrija Komunitarja kienet tinsab fi stat ta' dipressjoni serja fl-1999 b'telf ta' 16,4 % minħabba l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping tal-prodott ikkonċernat mill-Indja, l-Indonesja, il-Malasja, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u t-Tajlandja. |
(74) |
Kif jingħad fil-premessa tar-Regolament proviżorju, id-dazji anti-dumping kienu imposti fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-Indja, l-Indonesja, il-Malasja, ir-Repubblika tal-Korea, it-Tajwan u t-Tajlandja fis-sena 2000 (4). |
(75) |
Sussegwentement għall-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping fis-sena 2000, is-suq Komunitarju stabbilizza u l-indikaturi ekonomiċi għall-industrija Komunitarja ġew għall-aħjar bħala riżultat tal-miżuri imposti. Il-Kummissjoni enfasizzat dan l-iżvilupp partikolari meta, fil-premessa (143) tar-Regolament proviżorju, hija kkonkludiet illi sas-sena 2001, l-industrija Komunitarja kienet irkuprat mid-dumping ta' qabel. |
(76) |
F'dawn iċ-ċirkostanzi, sabiex jitkejlu l-effetti ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati, huwa kkunsidrat li l-indikaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jiġu partikolarment eżaminati miż-żmien minn meta l-industrija Komunitarja kienet irkuprat għal kollox mid-dumping ta' qabel, li f'dan il-każ kienet is-sena 2001. Meta wieħed jeżamina l-fatturi ekonomiċi rilevanti mis-sena 2001, joħroġ illi, kuntrarju għas-sottomissjonijiet li saru hawn fuq, iżda kif diġà misjub mill-Kummissjoni fis-sejbien proviżorju tagħha (premessi (135) u (146) tar-Regolament proviżorju), l-industrija Komunitarja wriet tnaqqis sinifikanti fil-profitt, waqa' fil-prezz u telf sinifikanti fis-sehem tas-suq, speċjalment mis-sena 2002 u matul l-IP. |
(77) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra sottomessa barra dak li hemm referenza għalih hawn fuq, is-sejbien fir-rigward tas-sitwazzjoni għall-industrija Komunitarja, kif stipulat fil-premessi (117) sa (144) tar-Regolament proviżorju, qegħdin b'dan jiġu kkonfermati. |
6. KONKLUŻJONI
(78) |
Minn dak li ngħad hawn fuq, qiegħed jiġi konkluż li l-industrija Komunitarja sofriet ħsara materjali skond l-Artikolu 3 tar-Regolament bażiku. |
E. KAWŻA
1. EFFETT TA' L-IMPORTAZZJONIJIET LI HUMA OĠĠETT TA' DUMPING
(79) |
Huwa mfakkar li fil-premessi (150) sa (153) tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati u l-ħsara materjali sofferta mill-industrija Komunitarja. |
(80) |
Minħabba li wieħed mill-produtturi esportaturi fil-PRC instab li ma kienx biegħ bi prezz li hu oġġett ta' dumping matul l-IP, u l-marġni ta' dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-Pakistan instab li kien taħt il-livell de minimis, il-volum ta' esportazzjoni minn dawn il-produtturi esportaturi għandu jitnaqqas mill-effetti ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping. |
(81) |
L-esportazzjonijiet lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kkonċernati rrappreżentaw inqas minn 5 % tal-volumi ta' importazzjonijiet li joriġinaw mill-PRC fi żmien l-IP (inqas minn 1 % f'termini tas-sehem tas-suq tal-konsum fil-Komunità). It-tnaqqis fl-esportazzjoni minn dan l-esportatur huwa għalhekk ikkunsidrat li għandu effett marġinali fuq ir-rabta kawżali stabbilita fl-investigazzjoni li wasslet għar-Regolament proviżorju. |
(82) |
L-esportazzjonijiet lejn il-Komunità mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-Pakistan irrappreżentaw 4 % f'termini ta' sehem mis-suq tal-konsum mill-Komunità fl-IP, u għalhekk kienu kkunsidrati li kienu sinifikanti. Madankollu, hekk kif imqabbla mat-total ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, l-esportazzjonijiet li joriġinaw fil-Pakistan jirrappreżentaw biss 33,4 % tat-total ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati, jiġifieri 66,7 % ta' l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati xorta nstabu li kienu mibjugħa bi prezzijiet b'marġni ta' dumping ogħla mil-livell de minimis. Għalhekk, huwa kkunsidrat li għad hemm rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-Awstralja u l-PRC u d-dannu materjali soffert mill-industrija Komunitarja. |
(83) |
Xi produtturi esportaturi qalu li kien hemm korrelazzjoni pożittiva bejn il-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja u l-prezzijiet tal-produtturi esportaturi, dan minħabba li kien hemm żidiet u tnaqqis fl-istess ħin. Skond dawn il-produtturi esportaturi, dan wera li t-tnaqqis fil-prezz soffert matul dawn l-aħħar sentejn mill-industrija Komunitarja ma kienx dovut għall-kompetizzjoni minn importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping imma aktar minħabba aġġustamenti għat-tibdil fl-ispejjeż għall-materja prima. |
(84) |
Huwa mfakkar li bejn wieħed u ieħor żewġ terzi ta' l-ispiża tal-produzzjoni tikkonsisti minn materja prima (ara premessa (162) fir-Regolament proviżorju). F'dan il-kuntest, billi kemm il-produtturi esportaturi kif ukoll l-industrija Komunitarja jiddependu fuq l-istess materja prima, huwa kkunsidrat li l-mistoqsija dwar jekk il-prezzijiet jirreaġixxux simultanjament għal tibdil fl-istruttura ta' l-ispiża sottostanti mhix ikkunsidrata rilevanti waħidha. Fi kwalunkwe ċirkostanza, kif ser jintwera hawn isfel, analiżi tal-prezzijiet attwali ma tikkonfermax li kien hemm korrelazzjoni pożittiva. |
(85) |
Il-premessi (162) sa (172) tar-Regolament proviżorju juru fid-dettall analiżi ta' kontribuzzjoni possibbli ta' l-ispiża tal-materja prima għad-danni sofferti mill-industrija Komunitarja. Għandu jkun innutat ukoll illi, analiżi tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati wara l-2001 meta l-industrija Komunitarja irkuprat minn dumping tal-passat turi li ġej:
|
(86) |
Filwaqt li ż-żieda fil-prezz ta' l-importazzjonijiet mill-PRC (+4,5 %) tikkoinċidi ma' l-iżvilupp tal-prezz fuq l-istess perijodu bħal tal-materja prima ewlenija, PTA (+5,1 % (ara premessa (168) fir-Regolament proviżorju), il-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet li joriġinaw fl-Awstralja naqsu matul l-istess perijodu. Il-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja żdiedu b'inqas minn 1 % matul dan il-perijodu. Għaldaqstant, ma jistax jiġi konkluż li kien hemm korrelazzjoni pożittiva bejn il-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja u l-prezzijiet tal-produtturi esportaturi, billi l-iżvilupp tal-prezz mit-tliet pajjiżi mhuwiex koerenti. F'dan il-kuntest, għandu jkun imfakkar ukoll li l-Kummissjoni kienet sabet tqaċċit sinifikanti fil-prezzijiet tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja mill-produtturi esportaturi kollha fil-kors ta' l-investigazzjoni. |
(87) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni sottomessa barra dik t'hawn fuq, il-konklużjoni fir-rigward ta' l-effetti ta' l-importazzjonijiet 'li huma oġġett ta' dumping fil-premessi (150) sa (153) tar-Regolament proviżorju hija b'dan ikkonfermata. Madankollu, għandu jiġi nnutat li l-esportazzjonijiet minn produttur esportatur wieħed fil-PRC li fir-Regolament proviżorju nstab li l-esportazzjonijiet tiegħu kienu oġġett ta' dumping, instab li huwa ma kienx biegħ bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping. Barra minn hekk, il-marġni ta' dumping tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-Pakistan, li l-esportazzjonijiet tagħhom instabu li kienu oġġett ta' dumping fir-Regolament proviżorju nstab li kien taħt il-livell de minimis. Għaldaqstant, l-effett ta' dawn l-esportazzjonijiet m'għandux ikun ivvalutat aktar taħt l-effett ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping imma taħt l-effett ta' fatturi oħra. |
2. EFFETTI TA' FATTURI OĦRAJN
(88) |
Minħabba li wieħed mill-produtturi esportaturi fil-PRC instab li ma kienx biegħ bi prezzijiet li huma oġġett ta' dumping matul l-IP, u l-marġni ta' dumping għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-Pakistan instab li kien taħt il-marġni de minimis, il-volumi ta' l-esportazzjoni minn dawn il-produtturi esportaturi għandhom jitnaqqsu mill-volum totali ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping. Madankollu, il-prezzijiet ta' dawn il-produtturi esportaturi nstabu li kienu ferm taħt il-prezz tal-bejgħ medju ta' l-industrija Komunitarja. Kif ingħad fil-premessi (81) u (82), il-volumi ta' importazzjonijiet li m'humiex oġġett ta' dumping mill-pajjiżi kkonċernati jirrappreżentaw bejn 4 % sa 5 % tal-konsum fil-Komunità. Għaldaqstant ma jistax jiġi eskluż li l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità minn dan il-produttur esportatur mill-PRC u mill-produtturi esportaturi li kkooperaw mill-Pakistan ikkontribwew b'mod sinifikanti wkoll għall-ħsara materjali sofferta mill-industrija Komunitarja. |
(89) |
Xi esportaturi allegaw li l-Komunità ma investigatx biżżejjed l-effett tad-deprezzament tal-USD u RMB kontra l-EUR. Dawn l-esportaturi allegaw illi, minħabba d-deprezzament tal-USD u l-RMB kontra l-EUR matul l-IP, l-esportaturi kienu ggwadanjaw sehem fis-suq Komunitarju billi żammew il-prezzijiet tagħhom f'USD, li effettivament involvew tnaqqis fil-prezz imfisser f'EUR. Abbażi ta' dak li ngħad qabel, il-produtturi esportaturi esprimew dubji dwar jekk id-dannu materjali soffert mill-industrija Komunitarja ġiex ikkawżat minn 'importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping jew minn 'importazzjonijiet bi prezzijiet li kienu aktar baxxi minħabba l-effett tal-valuta. |
(90) |
Iċ-ċaqliq fil-valuti waħdu normalment ma jitqiesx f'każijiet ta' investigazzjonijiet anti-dumping billi ma jistax jiġi kkunsidrat li huwa ta' natura li ddum. Madankollu, l-effetti taċ-ċaqliq tal-valuta huma, effettivament, inklużi fl-analiżi jekk kellhom effett fuq il-prezz tal-materja prima użata mill-industrija Komunitarja (premessi (162) sa (173) tar-Regolament proviżorju) u fuq il-prezz ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping (premessi (150) sa (153) tar-Regolament proviżorju). |
(91) |
Huwa mfakkar illi nstabu livelli sinifikanti ta' dumping minn esportaturi fl-Awstralja u l-PRC matul l-investigazzjoni (ara premessi (21) u (52). Barra minn hekk, huwa wkoll imfakkar illi l-produtturi esportaturi mill-Awstralja u mill-PRC instabu li kienu qed ibaxxu l-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja b'ammonti sinifikanti (ara premessa 64)). |
(92) |
Ma jistax jiġi eskluż illi importazzjonijiet li m'humiex oġġett ta' dumping li joriġinaw fil-PRC u importazzjonijiet li joriġinaw mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-Pakistan, li l-marġni ta' dumping tagħhom instab li kien taħt il-livell de minimis, jistgħu jikkontribwixxu għall-ħsara sofferta mill-industrija Komunitarja. Dan l-effett, iżda, m'huwiex tali li jkisser ir-rabta kawżali stabbilita fir-Regolament proviżorju bejn l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fil-pajjiżi kkonċernati u l-ħsara materjali sofferta mill-industrija fil-Komunità. Għalhekk, fin-nuqqas ta' informazzjoni ġdida sottomessa, il-konklużjonijiet imniżżlin dwar l-effett ta' l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fil-premessi (150) sa (153) u dwar l-effett ta' fatturi oħrajn fil-premessi (154) sa (178) tar-Regolament proviżorju qegħdin b'dan jiġu kkonfermati. |
F. INTERESS TAL-KOMUNITÀ
1. INTERESS TA' L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA
(93) |
Fin-nuqqas ta' informazzjoni sottomessa dwar l-interess ta' l-industrija Komunitarja, is-sejbien kif stipulat fil-premessi (183) sa (184) tar-Regolament proviżorju huwa b'dan ikkonfermat. |
2. INTERESS TA' IMPORTATURI MHUX RELATATI
(94) |
Ġiet riċevuta sottomissjoni waħda minn importatur mhux relatat. Barra minn hekk, ġiet organizzata seduta ma' importatur ieħor (aġent). L-argumenti ta' l-ewwel importatur ikkoinċidew ma' dawk tal-produtturi esportaturi u ġew diskussi fil-premessa (70) hawn fuq. L-argumenti tat-tieni importatur (aġent) huma diskussi taħt il-premessa (102) hawn isfel, billi dawn jikkoinċidu ma' l-argumenti ta' żewġ produtturi ta' ilma minerali. |
(95) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni ulterjuri sottomessa dwar l-interess ta' importaturi mhux relatati, is-sejbien kif stipulat fil-premessi (185) sa (187) tar-Regolament proviżorju qiegħed b'dan jiġi kkonfermat. |
3. INTERESS TA' FORNITURI
(96) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni sottomessa dwar l-interess ta' fornituri Komunitarji, is-sejbien kif stipulat fil-premessi (188) sa (189) tar-Regolament proviżorju qiegħed b'dan jiġi kkonfermat. |
4. INTERESS TA' L-UTENTI
4.1. Rimarki preliminari
(97) |
Il-mod li bih il-konsum fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat kien imqassam bejn diversi tipi ta' utenti ġie spjegat taħt l-intestatura rimarki preliminari fil-premessi (190) sa (192) tar-Regolament proviżorju. Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni ġdida, din id-deskrizzjoni qiegħda b'dan tiġi kkonfermata. |
4.2. Preform/Bottle converters
(98) |
Huwa mfakkar li l-Kummissjoni fis-sejbien proviżorju tagħha (premessa (196) tar-Regolament proviżorju) ma setgħetx tistabbilixxi jekk ikunx fl-interess tal-preform/bottle converters li timponi dazji anti-dumping. Din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq il-fatt illi, filwaqt li żewġ preform/bottle converters li kkooperaw appoġġaw l-introduzzjoni tal-miżuri anti-dumping, l-Assoċjazzjoni ta' Plastic Converters opponietha. |
(99) |
Sussegwentement għall-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping proviżorji, la saret sottomissjoni ġdida u lanqas talba għal smigħ mill-Assoċjazzjoni tal-Plastic Converters. Fuq din il-bażi ma jistax jiġi konkluż illi l-interessi tal-preform/bottle converters jikkostitwixxu xi raġuni konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping. Is-sejbien kif stipulat fil-premessi (193) sa (195) tar-Regolament proviżorju qiegħed għaldaqstant jiġi kkonfermat. |
4.3. Produtturi ta' ilma minerali u naturali
(100) |
Wara li l-kxif tal-bażi li fuqha ġew imposti l-miżuri proviżorji, żball klerikali ġie rranġat billi ġiet inkluża L'Européenne D'embouteillage fil-lista ta' l-utenti li kkooperaw. Dan l-utent oppona l-introduzzjoni tal-miżuri proviżorji. Konsegwentement, kien hemm żewġ produtturi ta' l-ilma minerali u naturali u mhux wieħed li kienu qed jopponu l-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping, filwaqt li tnejn oħra baqgħu favur. |
(101) |
Huwa mfakkar illi fl-investigazzjoni li wasslet għad-dazji proviżorji, il-Kummissjoni kienet ikkonkludiet dan li ġej dwar fliexken ta' l-ilma minerali mimlijin:
|
(102) |
Sussegwenti għall-kxif tas-sejbien proviżorju, żewġ produtturi ta' ilma minerali u naturali u importatur wieħed (il-’grupp’) għamlu sottomissjoni konġunta. Il-grupp sostna illi:
|
(103) |
Dwar l-affermazzjoni tal-grupp illi ż-żieda fil-prezzijiet tal-PET ma setgħetx tingħadda lil-livell ta' utenti li jmiss (jiġifieri lil bejjiegħa bl-imnut, konsumaturi aħħarin u, fil-każ ta' preform/bottle converters, lil produtturi ta' soft drinks), din l-affermazzjoni ma kinitx issostanzjata. Barra minn hekk, l-ebda bejjiegħ bl-imnut jew xi għaqda ta' konsumaturi ma wriet ruħha matul din l-investigazzjoni. Dan l-argument qiegħed għalhekk jiġi miċħud. |
(104) |
Dwar l-allegata esaġerazzjoni tal-prezz bl-imnut mill-Kummissjoni fir-Regolament proviżorju (li ġġib magħha bħala konsegwenza nuqqas ta' valutazzjoni ta' l-effetti illi żidiet fil-PET ikollhom fuq l-industrija aktar 'l isfel fil-linja tax-xogħol), il-prezzijiet bl-imnut reġgħu ġew investigati. Madankollu, dawn instabu li huma fil-limiti ppreżentati fir-Regolament proviżorju. Dan l-argument qiegħed għalhekk jiġi miċħud. |
(105) |
Dwar ir-riskji ta' outsourcing, qiegħed jiġi mfakkar illi r-regolamenti sanitarji fir-rigward ta' mili ta' ilma minerali jirrikjedu illi fi prinċipju, il-fliexken preform għandhom ikunu prodotti fil-post fejn jimtlew. Għaldaqstant, preforms użati mill-produtturi ta' l-ilma huma prodotti minnhom stess qrib il-linji tan-nefħa u tal-mili. Għalhekk, ir-riskji ta' kwalunkwe outsourcing tal-kapaċità ta' preform/ibbottiljar huma limitati għall-każ ta' preforms għal produtturi ta' soft drinks, li jammontaw biss għal madwar 40 % tal-konsum totali tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, kif innotat fil-premessa (99) hawn fuq, ma jistax jiġi konkluż li l-interessi ta' preform/bottle converters jikkostitwixxu raġuni konvinċenti kontra l-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-argumenti tal-grupp dwar l-allegat riskju ta' outsourcing tal-kapaċità ta' ibbottiljar/converting, qiegħed jiġi miċħud. |
(106) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni ġdida sottomessa barra minn dik t'hawn fuq, is-sejbien kif stipulat fil-premessi (197) sa (202) tar-Regolament proviżorju, qiegħed jiġi b'dan ikkonfermat. |
4.4. Produtturi ta' soft drinks
(107) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni ġdida sottomessa dwar l-interess tal-produtturi ta' soft drinks, is-sejbien kif stipulat fil-premessi (203) sa (206) tar-Regolament proviżorju qiegħed jiġi b'dan ikkonfermat. |
4.5. Skarsezzi ta' PET fis-suq Komunitarju
(108) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni ġdida sottomessa rigward l-allegati skarsezzi ta' PET fis-suq Komunitarju, is-sejbien kif stipulat fil-premessi (207) sa (209) tar-Regolament proviżorju qiegħed jiġi b'dan ikkonfermat. |
5. KONKLUŻJONI DWAR L-INTERESS KOMUNITARJU
(109) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet imniżżlin fir-Regolament proviżorju u wara li tqiesu s-sottomissjonijiet magħmula mid-diversi partijiet, huwa konkluż illi m'hemmx raġunijiet konvinċenti sabiex ma jiġux imposti miżuri anti-dumping definittivi kontra importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping ta' PET li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati. |
G. MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI
(110) |
Abbażi tal-metodoloġija spjegata fil-premessi (212) sa (215) tar-Regolament proviżorju, ġie kkalkulat livell ta’ eliminazzjoni tal-ħsara bil-għan li jiġi stabbilit il-livell ta' miżuri li għandhom jiġu imposti. |
(111) |
Meta kien qed jiġi kkalkulat il-marġni ta' ħsara fir-Regolament proviżorju, il-profitt immirat għall-industrija Komunitarja kien iffissat għal 7 %, livell li oriġina mill-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li oriġina, inter alia, fl-Indja fis-sena 2000. Dak iż-żmien dan kien ibbażat fuq l-istima tal-livell ta' profitt illi l-industrija Komunitarja setgħet tistenna fl-assenza ta' dumping u livell li kien ikkunsidrat neċessarju sabiex jiżgura l-vijabbiltà ta' l-industrija. |
(112) |
Madankollu, fl-investigazzjoni preżenti, instab, abbażi ta' evidenza, illi fl-assenza ta' dumping seta' jintlaħaq marġni ta' profitt ta' 7,6 %. Għalhekk, huwa kkunsidrat illi profitt immirat ta' 7,6 % ikun aktar xieraq meta jiġi kkalkolat il-marġni ta' ħsara, milli dak ta' 7 % użat fir-Regolament proviżorju. |
(113) |
Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ġdid fuq dan is-suġġett, għajr għall-emenda t'hawn fuq, il-metodoloġija stipulata fil-premessi (212) sa (215) tar-Regolament proviżorju qegħda b'dan tiġi kkonfermata. |
1. MIŻURI DEFINITTIVI
(114) |
Fid-dawl ta' dak li ngħad fuq u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fil-livell tal-marġni ta' dumping ikkalkulat, minħabba li fil-każijiet kollha kienu inqas mill-marġni ta' ħsara. |
(115) |
Abbażi ta' dak t'hawn fuq, id-dazji definittivi għandhom ikunu kif ġej:
|
(116) |
Ir-rati individwali ta' dazju anti-dumping speċifikati f'dan ir-Regolament kienu stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta' l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, jirriflettu s-sitwazzjoni li nstabet waqt dik l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati ta' dazju (kif oppost għad-dazju fil-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpanniji l-oħrajn kollha”) huma b'hekk esklussivament applikabbli għall-importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti mill-kumpanniji speċifikatament imsemmija. Prodotti importati prodotti minn xi kumpannija oħra mhux speċifikatament imsemmija b'isimha u bl-indirizz fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jkunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli “għall-kumpanniji l-oħrajn kollha”. |
(117) |
Kwalunkwe talba li ssir sabiex jiġu applikati dawn ir-rati individwal ta' dazju anti-dumping (eż. wara xi bidla fl-isem ta' l-entità jew wara l-istabbiliment ta' xi entitatijiet ġodda ta' produzzjoni jew bejgħ) għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (5) minnufih bl-informazzjoni kollha rilevanti, b'mod partikolari kull tibdil fl-attivitajiet tal-kumpannija li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni, bejgħ domestiku u esportazzjoni assoċjata ma' per eżempju, dik il-bidla ta' l-isem jew inkella dik il-bidla fil-produzzjoni u entitajiet ta' bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament jiġi emendat kif meħtieġ billi tiġi aġġornata l-lista tal-kumpanniji li jibbenefikaw minn rati ta' dazju individwali. |
(118) |
Kif imsemmi fil-premessa (162) fir-Regolament proviżorju, il-prezzijiet tal-PET jistgħu u fil-fatt jitilgħu u jinżlu skond iċ-ċaqliq fil-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat, imma dan m'għandux fih innifsu jinvolvi dazju ogħla. Għalhekk, kien ikkunsidrat addatt li jiġu imposti dazji fil-forma ta' ammont speċifiku għal kull tunnellata. Dawn l-ammonti jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta' dazju anti-dumping għall-prezzijiet ta' l-esportazzjoni CIF użati għall-kalkolazzjoni tal-livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara. |
2. IMPENJI
(119) |
Sussegwenti għall-adozzjoni tal-miżuri anti-dumping proviżorji, produttur esportatur li kkoopera fl-Awstralja offra impenn ta' prezz skond l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. F'dan l-impenn, il-produttur esportatur in kwistjoni offra li jbiegħ il-prodott ikkonċernat fil-livelli tal-prezz jew inkella ogħla li jeliminaw l-effett ta’ ħsara tad-dumping. |
(120) |
Il-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni 2004/600/KE (6), aċċettat l-impenn magħmul mill-produttur esportatur ikkonċernat. Ir-raġunijiet għall-aċċettazzjoni ta' dan l-impenn huma stipulati f'dik id-Deċiżjoni. |
3. ĠBIR TA' DAZJI PROVIŻORJI
(121) |
Fid-dawl tad-daqs tal-marġnijiet ta' dumping misjubin u fid-dawl tal-livell tal-ħsara materjali kkawżata lill-industrija Komunitarja, huwa kkunsidrat neċessarju li l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju, impost bir-Regolament (KE) Nru 306/2004, għandhom jinġabru bir-rata tad-dazju definittiv impost. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji proviżorji, l-ammonti ggarantiti sal-livell tad-dazji proviżorji biss għandhom jinġabru definittivament. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju anti-dumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate b'numru ta' viskożità ta' 78ml/g jew ogħla, skond l-istandard ISO 1628-5, ikklassifikat taħt il-Kodiċi NM 3907 60 20 u li joriġina fl-Awstralja, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fil-Pakistan.
2. Ir-rata ta' dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera Komunitarja għal prodotti ffabbrikati mill-kumpanniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:
Pajjiż |
Kumpannija |
Dazju anti-dumping (EUR/t) |
Kodiċi TARIC addizjonali |
L-Awstralja |
Leading Synthetics Pty Ltd |
66 |
A503 |
Novapex Australia Pty Ltd |
128 |
A504 |
|
Il-kumpanniji l-oħrajn kollha |
128 |
A999 |
|
PRC |
Sinopec Yizheng Chemical Fibre Company Ltd, |
184 |
A505 |
Changzhou Worldbest Radici Co. Ltd, |
0 |
A506 |
|
Jiangyin Xingye Plastic Co. Ltd, |
157 |
A507 |
|
Far Eastern Industries Shanghai Ltd, |
22 |
A508 |
|
Yuhua Polyester Co. Ltd. of Zhuhai, |
184 |
A509 |
|
Guangdong Kaiping Polyester Enterprises Group Co. u Guangdong Kaiping Chunhui Co. Ltd. |
184 |
A511 |
|
Yibin Wuliangye Group Push Co., Ltd. (Sichuan) u Yibin Wuliangye Group Import & Export Co., Ltd. (Sichuan) |
184 |
A512 |
|
Hubei Changfeng Chemical Fibres Industry Co. Ltd |
151 |
A513 |
|
Il-kumpanniji l-oħrajn kollha |
184 |
A999 |
|
Il-Pakistan |
Gatron (Industries) Ltd |
0 |
A514 |
Novatex Ltd |
0 |
A515 |
|
Il-kKkumpanniji l-oħrajn kollha |
0 |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati ta' dazju individwali speċifikati għas-16-il kumpannija msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun bil-kundizzjoni li l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri jiġu ppreżentati b'fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness 1. Jekk ma tkun ippreżentata l-ebda fattura, għandha tapplika r-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpanniji l-oħrajn kollha.
4. F'każijiet fejn il-merkanzija tkun ġarrbet ħsara qabel ma daħlet fiċ-ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli huwa mqassam għad-determinazzjoni tal-valur doganali skond l-Artikolu 145 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (7) l-ammont ta' dazju anti-dumping, ikkalkulat abbażi tal-paragrafu 2 hawn fuq, għandu jkun imnaqqas b'perċentwali li jikkorrispondi għat-tqassim tal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli.
5. Minkejja d-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2, id-dazju definittiv ma għandux jiġi applikat għal importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2.
6. Jekk ma jkunx speċifikat xort'oħra, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet applikabbli dwar dazji doganali.
Artikolu 2
Importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera minn kumpanniji li offrew impenni aċċettati minn u msemmijin fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/XX/KE għandhom ikunu eżenti mid-dazji anti-dumping imposti bl-Artikolu 1, sakemm jkunu ffabbrikati, mibgħuta u fatturati direttament mill-kumpanniji msemmijin lill-ewwel klijent indipendenti fil-Komunità; u dment li tali importazzjonijiet ikunu akkumpanjati b'fattura kummerċjali li jkun fiha ta' l-inqas l-elementi elenkati fl-Anness 2. L-eżenzjoni mid-dazju għandha tkun ukoll bil-kundizzjoni li l-merkanzija ddikjarata u ppreżentata lid-dwana tkun tikkorrispondi preċiżament mad-deskrizzjoni fuq il-fattura kummerċjali.
Artikolu 3
L-ammonti ggarantiti permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju skond ir-Regolament (KE) Nru 306/2004 dwar importazzjonijiet ta' polyethylene terephthalate li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 3907 60 20 li joriġinaw fl-Awstralja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Pakistan għandhom definittavement jiġu miġbura bir-rata imposta definittivament b'dan ir-Regolament. L-ammonti ggarantiti b'eċċess tar-rata definittiva ta' dazji anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.
Korrezzjoni tad-dazju anti-dumping proviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' polyethylene terephtahalate li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 3907 60 20 li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandha tapplika għall-kumpanniji li ġejjin, billi d-dazju kkoreġut kien ikun aktar baxx mid-dazju proviżorju impost:
Pajjiż |
Kumpannija |
Dazju anti-dumping proviżorju kif impost mir-Regolament (KE) Nru 306/2004 (EUR/t) |
Dazju anti-dumping proviżorju kkoreġut |
Kodiċi TARIC addizzjonali |
PRC |
Yuhua Polyester Co., Ltd of Zhuhai, |
188 |
183 |
A509 |
Guangdong Kaiping Polyester Enterprises Group Co. u Guangdong Kaiping Chunhui Co. Ltd. |
191 |
183 |
A511 |
Id-dazju anti-dumping proviżorju impost fuq dawn il-kumpanniji għandu jinġabar definittivament biss bir-rata tad-dazju anti-dumping proviżorju kkoreġut.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta' Awwissu 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. BOT
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
(3) ĠU C 120, 22.5.2003, p. 13.
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1742/2000 (ĠU L 199, 5.8.2000, p. 48) u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2604/2000 (ĠU L 301, 30.11.2000, p. 21).
Kummissjoni Ewropea |
Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ |
Direzzjoni B |
Uffiċċju J-79 5/16 |
B-1049 Brussell. |
(6) ĠU L 271, 19.8.2004, p. 38.
(7) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).
ANNESS 1
Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament trid tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpannija, fil-format li ġej:
1. |
L-isem u l-funzjoni ta' l-uffiċjal tal-kumpannija li ħarġet il-fattura kummerċjali; |
2. |
Id-dikjarazzjoni t'hawn taħt; “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika illi dan il-[volum] ta' polyethylene terephtahalate mibjugħ għall-esportazzjoni lejn il-Komunità Ewropea kopert f'din il-fattura, ġie ffabbrikat mill-kumpannija [isem u indirizz tal-kumpannija] [kodiċi TARIC addizjonali] fil-[pajjiż]; Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.” |
3. |
Data u firma. |
ANNESS 2
Elementi li għandhom ikunu indikati fil-fattura kummerċjali msemmija fl-Artikolu 2
L-elementi li ġejjin iridu jkunu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat, li huma soġġetti għal Impenn u li għalihom qed tintalab eżenzjoni mid-dazju anti-dumping:
1. |
L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦAL IMPENN”. |
2. |
L-isem tal-kumpannija li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 2, li qed toħroġ dik il-fattura kummerċjali. |
3. |
In-numru tal-fattura kummerċjali. |
4. |
Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali. |
5. |
Il-Kodiċi TARIC addizzjonali li taħtu dik il-merkanzija fil-fattura għandha tiġi rilaxxata mid-dwana fil-fruntiera Komunitarja. |
6. |
Id-deskrizzjoni eżatta tal-prodotti, li tinkludi:
|
7. |
Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, inkluż:
|
8. |
L-isem tal-kumpannija li tkun qed tagħmilha ta' importatur li l-fattura tinħareġ direttament lilha mill-kumpannija. |
9. |
L-isem ta' l-uffiċjal tal-kumpannija illi ħarġet il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni li ġejja iffirmata: “Jiena s-sottoskritt, niċċertifika illi l-bejgħ għal importazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-merkanzija li hemm referenza għaliha f'din il-fattura qiegħda ssir fl-ambitu u taħt it-termini ta' l-impenn offrut minn [isem u indirizz tal-kumpannija], [kodiċi Taric addizzjonali], u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea bid-Deċiżjoni 2004/600/KE. Jien niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.” |
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
27 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Awwissu 2004
dwar il-konklużjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994
(2004/617/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 bil-ħsieb li jiġu mmodifikati ċerti konċessjonijiet għar-ross. Għaldaqstant, il-Kommunità nnotifikat lid-WTO fit-2 ta' Lulju 2003 bl-intenzjoni tagħha li timmodifika ċerti konċessjonijiet fl-Iskeda CXL tal-KE. |
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fil-qafas tad-direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill. |
(3) |
Il-Kummissjoni nnegozjat ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 30 (ross mitħun), it-Tajlandja, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 30 (ross mitħun) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u l-Indja u l-Pakistan, li t-tnejn għandhom interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa). |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim ikun jista' jiġi applikat bis-sħiħ sa l-1 ta' Settembru 2004 u sakemm jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata tadotta derogi temporanji minn dak ir-Regolament. |
(5) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat implimentattivi mogħtija lill-Kummissjoni (2). |
(6) |
Il-Kummissjoni nnegozjat b'suċċess Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja. Għalhekk, il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDECIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Indja skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 huwa b'dan approvata f'isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Sa fejn ikun meħtieġ biex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa ta' dan il-Ftehim sa l-1 ta' Settembru 2004, il-Kummissjoni tista' tidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1785/2003, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2) ta' din id-Deċiżjoni, sakemm dak ir-Regolament jiġi emendat iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005.
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (3).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li t(j)iffirma(w) il-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità (4).
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. BOT
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
FTEHIM FIL-FORMA TA’ SKAMBJU TA’ ITTRI BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-INDJA
skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 dwar il-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994
A. Ittra mill-Komunità Ewropea
Sinjur,
B'segwitu għan-negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u l-Indja taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), il-KE taqbel mal-konklużjoniet kif deskritti hawn taħt.
Reġim ta' Importazzjoni finali
Ir-rata tariffarja għar-ross bla ħliefa (kodiċi NM 1006 20) għandha tkun ta' EUR 65/tunnellata.
Fir-rigward tar-reġim ta' importazzjoni tar-ross bla ħliefa (kodiċi NM 1006 20 17 u 1006 20 98) tal-varjetajiet Basmati 370, Basmati 386, Tip-3 (Dehradun), Taraori Basmati (HBC-19), Basmati 217, Ranbir Basmati, Pusa Basmati u Super Basmati, ir-rata konsolidata speċifika ta' dazju tal-KE għandha tkun żero. Għal dak il-għan:
— |
għandha tinħoloq sistema Komunitarja ta' kontroll fil-fruntiera bbażata fuq l-analiżi tad-DNA; L-Indja għandha tikkoopera b'mod attiv mal-KE biex tistabbilixxi tali sistema ta' kontroll u l-KE għandha tipprovdi l-assistenza teknika xierqa f'din il-materja, |
— |
huwa mifhum li r-ross Basmati tal-varjetajiet deskritti hawn fuq huwa prodott f'ċerti zoni ġeografiċi u li l-Indja ser tipproteġi r-ross Basmati bħala indikazzjoni ġeografika. Il-KE tilqa' applikazzjoni għall-protezzjoni bħala indikazzjoni ġeografika tar-ross Basmati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għal prodotti u oġġetti ta' l-ikel agrikoli (1). Il-KE għandha tipproċessa kwalunkwe tali applikazzjoni kemm jista’ jkun malajr. Il-KE għandha tipprovdi kwalunkwe assistenza teknika meħtieġa f'din il-materja. |
Arranġament Transitorju
Mill-1 ta' Settembru 2004 u sad-data tad-dħul fis-seħħ tas-sistema Komunitarja ta' kontroll imsemmija hawn fuq, il-KE għandha tistabbilixxi reġim transitorju fir-rigward tar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20 17 u 1006 20 98) tal-varjetajiet deskritti hawn fuq ibbażat fuq l-elementi li ġejjin.
Ir-rata ta' dazju applikata awtonoma tal-KE għandha tkun żero. Madankollu, jekk iseħħ disturb fis-suq, il-KE tikkonsulta ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Indja biex jintlaħaq ftehim dwar soluzzjoni xierqa. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-KE tirriżerva d-dritt li terġa' lura għar-rata konsolidata ta' dazju ta' EUR 65/t għar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20).
In ġenerali
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:
— |
il-KE għandha tistabbilixxi linji tariffarji separati għar-ross Basmati tal-varjetajiet indikati fil-ftehim ma' l-Indja u l-Pakistan, |
— |
l-awtoritajiet kompetenti Indjani għandhom ikomplu joħorġu ċ-ċertifikati ta' awtentiċità qabel il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni, li jfisser li s-sistema attwali ta' amministrazzjoni taċ-ċertifikati ta' awtentiċità għandha tinżamm. |
Il-KE tirrikonoxxi li l-Indja għandha drittijiet ta' negozjar inizjali fir-rigward tal-konċessjonijiet speċifikati fl-ittra preżenti.
Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess.
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Settembru 2004.
Inkunlek grat jekk tista' tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma' dan ta' hawn fuq.
Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.
Hecho en Bruselas, el
V Bruselu dne
Udfærdiget i Bruxelles, den
Geschehen zu Brüssel am
Brüssel,
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις
Done at Brussels,
Fait à Bruxelles, le
Fatto a Bruxelles, addì
Briselÿ,
Priimta Briuselyje,
Kelt Brüsszelben,
Magÿmula fi Brussel,
Gedaan te Brussel,
Sporzÿdzono w Brukseli, dnia
Feito em Bruxelas,
V Bruseli
V Bruslju,
Tehty Brysselissä
Utfärdat i Bryssel den
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenstvί
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Γιατην Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
az Európai Közösség részéről
Għall-Komunità Ewropea
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Za Európske spoločenstvo
za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
F'isem il-Komunità Ewropea
B. Ittra mill-Indja
Sinjur,
Għandi l-unur nikkonferma li rċevejt l-ittra tiegħek tal-lum li tgħid:
“B'segwitu għan-negozjati bejn il-Komunità Ewropea (KE) u l-Indja taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 għall-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994), il-KE taqbel mal-konklużjonijiet kif deskritti hawn taħt.
Reġim ta' Importazzjoni finali
Ir-rata tariffarja għar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20) għandha tkun ta' EUR 65/tunnellata.
Fir-rigward tar-reġim ta' importazzjoni tar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20 17 u 1006 20 98) tal-varjetajiet Basmati 370, Basmati 386, Tip-3 (Dehradun), Taraori Basmati (HBC-19), Basmati 217, Ranbir Basmati, Pusa Basmati u Super Basmati, ir-rata konsolidata speċifika ta' dazju tal-KE għandha tkun żero. Għal dak il-għan:
— |
għandha tinħoloq sistema Komunitarja ta' kontroll fil-fruntiera bbażata fuq l-analiżi tad-DNA; L-Indja għandha tikkoopera b'mod attiv mal-KE biex tistabbilixxi tali sistema ta' kontroll u l-KE għandha tipprovdi l-assistenza teknika xierqa f'din il-materja, |
— |
huwa mifhum li r-ross Basmati tal-varjetajiet deskritti hawn fuq huwa prodott f'ċerti zoni ġeografiċi u li l-Indja ser tipproteġi r-ross Basmati bħala indikazzjoni ġeografika. Il-KE tilqa' applikazzjoni għall-protezzjoni bħala indikazzjoni ġeografika tar-ross Basmati taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini għal prodotti u oġġetti ta' l-ikel agrikoli (2). Il-KE għandha tipproċessa kwalunkwe tali applikazzjoni kemm jista’ jkun malajr. Il-KE għandha tipprovdi kwalunkwe assistenza teknika meħtieġa f'din il-materja. |
Arranġament Transitorju
Mill-1 ta' Settembru 2004 u sad-data tad-dħul fis-seħħ tas-sistema ta' kontroll tal-Komunità msemmija hawn fuq, il-KE għandha tistabbilixxi reġim transitorju fir-rigward tar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20 17 u 1006 20 98) tal-varjetajiet deskritti hawn fuq ibbażat fuq l-elementi li ġejjin.
Ir-rata ta' dazju applikata awtonoma tal-KE għandha tkun żero. Madankollu, jekk iseħħ disturb fis-suq, il-KE għandha tikkonsulta ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Indja biex jintlaħaq ftehim dwar soluzzjoni xierqa. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, il-KE tirriżerva d-dritt li terġa' lura għar rata konsolidata ta' dazju ta' EUR 65/t għar-ross bla ħliefa (kodiċi NM 1006 20).
In ġenerali
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim:
— |
il-KE għandha tistabbilixxi linji tariffarji separati għar-ross Basmati tal-varjetajiet indikati fil-ftehim ma' l-Indja u l-Pakistan, |
— |
l-awtoritajiet kompetenti Indjani għandhom ikomplu joħorġu ċ-ċertifikati ta' awtentiċità qabel il-ħruġ ta' liċenzji ta' importazzjoni, li jfisser li s-sistema attwali ta' amministrazzjoni taċ-ċertifikati ta' awtentiċità għandha tinżamm. |
Il-KE tirrikonoxxi li l-Indja għandha drittijiet ta' negozjar inizjali fir-rigward tal-konċessjonijiet speċifikati fl-ittra preżenti.
Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat mill-Partijiet skond il-proċeduri tagħhom stess.
Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom ikunu applikabbli mill-1 ta' Settembru 2004.
Inkunlek grat jekk tista' tikkonferma l-qbil tal-Gvern tiegħek ma' dan ta' hawn fuq.”
L-Indja għandha l-unur tikkonferma l-qbil tagħha mal-kontenut ta' din l-ittra.
Nitolbok taċċetta, Sinjur, l-assigurazzjoni ta' l-ogħla stima tiegħi.
Done at Brussels,
Hecho en Bruselas, el
V Bruselu dne
Udfærdiget i Bruxelles, den
Geschehen zu Brüssel am
Brüssel,
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις
Fait à Bruxelles, le
Fatto a Bruxelles, addì
Briselÿ,
Priimta Briuselyje,
Kelt Brüsszelben,
Magÿmula fi Brussel,
Gedaan te Brussel,
Sporzÿdzono w Brukseli, dnia
Feito em Bruxelas,
V Bruseli
V Bruslju,
Tehty Brysselissä
Utfärdat i Bryssel den
On behalf of India
En nombre de la India
Za Indii
På Indiens vegne
Im Namen Indiens
India nimel
Εξ ονόματος της Ινδίας
Au nom de l'Inde
Per l'India
Indijas vārdā
Indijos vardu
India nevében
Għan-nom ta’ l-Indja
Namens India
W imieniu Indii
Em nome da Índia
V mene Indie
V imenu Indije
Intian puolesta
På Indiens vägnar
F’isem l-Indja
(1) ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(2) ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
33 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Awwissu 2004
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 relatat mal-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar- ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994
(2004/618/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 bil-ħsieb li jiġu mmodifikati ċerti konċessjonijiet għar-ross. Għaldaqstant, il-Kommunità nnotifikat lid-WTO fit-2 ta' Lulju 2003 bl-intenzjoni tagħha li timmodifika ċerti konċessjonijiet fl-Iskeda CXL tal-KE. |
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill. |
(3) |
Il-Kummissjoni nnegozjat ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 30 (ross mitħun), it-Tajlandja, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 30 (ross mitħun) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u l-Indja u l-Pakistan, li t-tnejn għandhom interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tal-kodiċi HS 1006 20 (ross bla ħliefa). |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-Ftehim ikun jista' jiġi applikat bis-sħiħ sa l-1 ta' Settembru 2004 u sakemm jiġi emendat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata tadotta derogi temporanji minn dak ir-Regolament. |
(5) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (2). |
(6) |
Il-Kummissjoni nnegozjat b'suċċess Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan. Għalhekk, il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
IDDECIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Pakistan skond l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 relatat mal-modifika ta' konċessjonijiet fir-rigward tar-ross previsti fl-Iskeda CXL tal-KE annessa mal-GATT 1994 huwa b'dan approvata f'isem il-Komunità.
It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Sa fejn ikun meħtieġ biex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa ta' dan il-Ftehim sa l-1 ta' Settembru 2004, il-Kummissjoni tista' tidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1785/2003, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2) ta' din id-Deċiżjoni, sakemm dak ir-Regolament jiġi emendat iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005.
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-Kumitat ta' Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (3).
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li t(j)iffirma(w) il-Ftehim sabiex tintrabat il-Komunità (4).
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. BOT
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-11 ta’ Awwissu 2004
li temenda r-reġim Komunitarju ta' importazzjoni tar-ross
(2004/619/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati taħt l-Artikolu XXVIII tal-GATT 1994 bil-ħsieb li jiġu mmodifikati ċerti konċessjonijiet għar-ross. Għaldaqstant, il-Kommunità nnotifikat lid-WTO fit-2 ta' Lulju 2003 bl-intenzjoni tagħha li timmodifika ċerti konċessjonijiet fl-Iskeda CXL tal-KE. |
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b’konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tat-Trattat u fil-qafas tad-direttivi ta' negozjar maħruġa mill-Kunsill. |
(3) |
Il-Kummissjoni nnegozjat ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tas-subintestatura HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tas- subintestatura HS 1006 30 (ross mitħun), it-Tajlandja, li għandha interess prinċipali fil-forniment tal-prodotti tas- subintestatura HS 1006 30 (ross mitħun) u interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tas- subintestatura HS 1006 20 (ross bla ħliefa) u l-Indja u l-Pakistan, li t-tnejn għandhom interess sostanzjali fil-forniment tal-prodotti tas- subintestatura HS 1006 20 (ross bla ħliefa). |
(4) |
Il-Kummissjoni nnegozjat ftehim ma' l-Indja u l-Pakistan f'forma ta' skambju ta' ittri iżda ma kinitx kapaċi tinnegozja ftehim aċċettabbli ma' l-Istati Uniti ta' l-Amerika u mat-Tajlandja. |
(5) |
Sabiex tippermetti l-modifikazzjoni ta' ċerti konċessjonijiet li jikkonċernaw ir-ross bla ħliefa u r-ross mitħun fl-Iskeda CXL tal-KE għandha tiġi stabbilita rata tariffarja ġdida għar-ross bla ħliefa u għar-ross mitħun. |
(6) |
Peress li l-istabbiliment ta' rata tariffarja ġdida għar-ross bla ħliefa u għar-ross mitħun jeħtieġ modifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1785/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tar-ross (1), il-Kummissjoni għandha tiġi awtorizzata tadotta derogi temporanji minn dak ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2) |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-rata tariffarja għar-ross bla ħliefa (Kodiċi NM 1006 20) għandha tkun ta' EUR 65/tunnellata.
Ir-rata tariffarja għar-ross mitħun (Kodiċi NM 1006 30) għandha tkun ta' EUR 175/tunnellata.
Artikolu 2
Sa fejn ikun meħtieġ biex tippermetti l-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Deċiżjoni sa l-1 ta' Settembru 2004, il-Kummissjoni tista' tidderoga mir-Regolament (KE) Nru 1785/2003, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 3(2) ta' din id-Deċiżjoni, sakemm dak ir-Regolament jiġi emendat iżda mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2005.
Artikolu 3
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta' Tmexxija għaċ-Ċereali stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (3).
2. Fejn qed issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu previst fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' xahar.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Awwissu 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. BOT
(1) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 96.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(3) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 78.
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
36 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Settembru 2004
li temenda d-Deċiżjoni 2001/131/KE li tikkonkludi l-proċedura ta’ konsultazzjoni mal-Ħaiti taħt l-Artikolu 96 tal-Ftehim ta’ Sħubija ta’ l-ACP-KE
(2004/681/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati ta' l-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Kotonù fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), (il-“Ftehim ta' Sħubija AKP-KE”) u b'mod partikolari l-Artikolu 96 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet ta' l-Istati Membri, li jiltaqgħu fil-Kunsill, dwar miżuri li għandhom jittieħdu u proċeduri li għandhom ikunu segwiti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Abbażi tad-Deċiżjoni 2001/131/KE (3), l-għajnuna finanzjarja mogħtija lill-Ħaiti ġiet sospiża parzjalment bħala “miżuri xierqa” skond l-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim tas-Sħubija ta’ l-AKP-KE. |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2003/916/KE tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2004 u teħtieġ reviżjoni tal-miżuri fi żmien sitt xhur. |
(3) |
Fit-12 ta' Mejju 2004 saru diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Prim Ministru Transitorju tal-Ħaiti biex issir valutazzjoni tas-sitwazzjoni ta' l-aġenda politika tal-Gvern Transitorju b'rabta ma' l-istabbiliment mill-ġdid tat-tmexxija demokratika u kostituzzjonali sħiħa, inkluż programm ta' l-elezzjoni, b'rispett dovut għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertà fundamentali. |
(4) |
Permezz ta' ittra tal-25 ta' Mejju 2004, il-Prim Ministru Transitorju tal-Ħaiti kkonferma l-impenji speċifiċi tal-Gvern Transitorju tal-Ħaiti li jirrispetta l-elementi essenzjali ta' l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE, b'mod partikolari fir-rigward tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji demokratiċi u l-istat ta' dritt bil-ħsieb li l-pajjiż jirritorna għal tmexxija demokratika u kostituzzjonali sħiħa, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2001/131/KE hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
Fit-tieni u fit-tielet paragarafu ta’ l-Artikolu 3, id-data tal-31 ta' Diċembru 2004 għandha tiġi ssostitwita bi “31 ta' Diċembru 2005”. |
(2) |
L-Anness għandu jiġi ssostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Settembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
L. J. BRINKHORST
(1) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3. Ftehim kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2003 (ĠU L 141, 7.6.2003, p. 25).
(2) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 376.
(3) ĠU L 48, 17.2.2001, p. 31. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2003/916/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 156).
ANNESS
“ANNESS
Sinjur,
L-Unjoni Ewropea tagħti l-akbar importanza lid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE. Is-Sħubija AKP-KE hi bbażata fuq ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji tad-demokrazija u l-istat tad-dritt. Dawn huma elementi essenzjali tal-Ftehim imsemmi hawn fuq u b'hekk jiffurmaw il-bażi għar-relazzjonijiet bejnietna.
F’dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea segwiet mill-qrib it-transizzjoni reċenti fil-Ħaiti, speċjalment rigward il-ħatra tal-Gvern Transitorju ġdid fil-Ħaiti, li ħa l-ġurament fis-17 ta’ Marzu 2004 wara proċess ta’ konsultazzjoni estensiv ibbażat fuq il-pjan CARICOM/OAS.
Fit-12 ta’ Mejju 2004, saru diskussjonijiet fi Brussell bejnek u bejn il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej bil-ħsieb li tiġi eżaminata l-aġenda politika tal-Gvern Transitorju fir-rigward ta' l-istabbiliment mill-ġdid tat-tmexxija demokratika u kostituzzjonali. L-Unjoni Ewropea ħadet nota ta' l-impenji tiegħek partikolarment fir-rigward tat-titjib fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-ħolqien ta' prinċipji demokratiċi inkluż it-twettiq ta' elezzjonijiet ħielsa u ġusti, l-istat ta' dritt u governanza tajba, kif iddikjarat fl-ittra tiegħek tal-25 ta' Mejju 2004 lill-Kummissjoni. Dawk l-impenji għandhom eventwalment iwasslu għal stabbilità politika akbar fil-Ħaiti. L-Unjoni Ewropea tħeġġeġ bil-qawwa lill-Gvern Transitorju biex jittraduċi minnufih dawn l-impenji f'azzjonijiet konkreti biex jiżgura li l-proċess ta' demokratizzazzjoni jsir parti integrali mill-ħajja politika, ekonomika u soċjali tal-Ħaiti, b'hekk jiġi rrispettat l-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE.
Fid-dawl ta' dawn l-elementi, il-Kunsill ta' l-Unjoni Ewopea rreveda d-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta' Diċembru 2003 u ddeċieda li jirrevedi l-miżuri xierqa msemmija fl-Artikolu 96(2)(c) tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE kif ġej:
(1) |
l-orjentament mill-ġdid tal-bqija tal-fondi taħt it-tmien Fond Ewropew ta' Żvilupp (FEŻ) lejn programmi li huma ta' benefiċċju dirett għall-poplu tal-Ħaiti, biex jissaħħu s-soċjetà ċivili u s-settur privat, u biex tiġi appoġġata d-demokratizzazzjoni, jissaħħu l-istat ta' dritt u l-proċess elettorali, ser jitkompla u jista' jinkludi wkoll azzjonijiet meqjusa bħala prijoritajiet fuq il-perijodu qasir u medju fil-Qafas ta' Kooperazzjoni Transitorja (ICF) stabbilit f'kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Gvern Transitorju, is-soċjetà ċivili u donaturi ewlenin, b'mod partikolari appoġġ istituzzjonali; |
(2) |
l-allokazzjoni ta' riżorsi taħt id-9 FEŻ ser tkun innotifikata bil-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea; |
(3) |
id-diskussjonijiet dwar l-ipprogrammar tar-riżorsi tad-9 FEŻ ser jibdew minnufih ma' l-Uffiċjali Nazzjonali ta' Awtorizzazzjoni bil-ħsieb tat-tħejjija tad-Dokument ta' Strateġija tal-Pajjiż (CSP) u l-Programm Indikattiv Nazzjonali (NIP). L-istrateġija ser tieħu konsiderazzjoni tar-riżultati ta' l-ICF; |
(4) |
jista' jintuża B-envelope qabel l-iffirmar tad-9 FEŻ CSP/NIP, skond il-ħtiġiet reali; |
(5) |
l-iffirmar tan-NIP hu previst wara l-elezzjonijiet nazzjonali li jirrispettaw ir-Riżoluzzjoni 822 OAS u li jkunu aċċettati bħala liberi u ġusti mill-istituzzjonijiet kompetenti tal-Ħaiti u mill-Komunità Internazzjonali. Hu nnutatat li l-elezzjonijiet nazzjonali huma mistennija mhux aktar tard min-nofs ta' l-2005; |
(6) |
il-kontribuzzjonijiet għall-proġetti reġjonali, l-operazzjonijiet ta' natura umanitarja u l-kooperazzjoni tal-kummerċ m'humiex affettwati. |
Il-miżuri ta' hawn fuq kollha għandhom ikunu riveduti regolarment u mill-anqas fi żmien 6 xhur.
Huwa importanti għas-suċċess tal-kooperazzjoni li tiġi żgurata kapaċità msaħħa ta' assorbiment ta' l-għajnuna, li bħalissa hija nieqsa, permezz ta' governanza tajba u miżuri għall-bini ta’ kapaċità ta' l-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna. Il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni ser ikunu dawk adattati għall-kapaċità tal-pajjiż għall-amministrazzjoni xierqa tal-finanzi pubbliċi.
L-Unjoni Ewropea ser issegwi mill-qrib aktar żviluppi fil-proċess ta’ demokratizzazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-rispett ta' l-impenji tal-Gvern Transitorju u l-passi lejn elezzjonijiet lokali, nazzjonali u presidenzjali. L-Unjoni ttenni r-rieda tagħha li tissokkta bid-djalogu politiku mtejjeb mal-Gvern Transitorju tal-Ħaiti skond l-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Sħubija AKP-KE.
Inselli għalik.
Għall-Kummissjoni
Għall-Kunsill
Il-President”
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
38 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1811/2004
tal-11 ta’ Ottubru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2287/2003 rigward in-numru ta' jiem fuq il-baħar għal bastimenti li jistadu għall-bakkaljaw fil-Baħar tat-Tramuntana u l-użu ta' tartaruni tal-qiegħ fl-ibħra madwar l-Azores, il-Gżejjer Kanarji u Madeira
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Skond rapporti xjentifiċi reċenti, u b'mod partikolari r-rapporti tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), fl-Atlantiku nstabu u ġew irreġistrati fuq mappi abitati tal-fond li huma sensittivi ħafna. F'dawk l-abitati jgħixu komunitajiet bijoloġiċi importanti u differenti ħafna u huma kkunsidrati li jeħtieġu protezzjoni prijoritarja. B'mod partikolari, huma definiti bħala abitati ta' interess Komunitarju fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-abitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (2). Barra minn dan, sikek tal-qroll tal-fond kienu reċentement inklużi f'lista ta' abitati fil-perikolu fil-qafas tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' l-Ambjent Marittimu tal-Grigal ta' l-Atlantiku (“Konvenzjoni OSPAR”). |
(2) |
Skond evidenza xjentifika, l-irkupru mill-ħsara ta' dawn l-abitati magħmula mit-tagħmir tat-tkarkir li jitkarkar mal-qiegħ huwa jew impossibbli jew diffiċli ħafna u bil-mod. L-ibħra madwar l-Azores, il-Gżejjer Kanarji u Madeira għandhom bosta abitati tal-fond magħrufin jew potenzjali li sa ftit ilu kienu ppreservati mit-tkarkir. Għalhekk huwa xieraq li jiġi pprojbit l-użu tat-tartaruni tal-qiegħ u tagħmir simili fl-ibħra madwar l-Azores, il-Gżejjer Kanarji u Madeira fejn dawn l-abitati għadhom fi status ta' konservazzjoni favorevoli. |
(3) |
Informazzjoni xjentifika ġdida tindika li l-qabdiet ta' merluzz maqbud f'sajd magħmul skond il-kondizzjonijiet speċifiċi fil-punt 17 ta' l-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2287/2003 tad-19 ta' Diċembru 2003 li jiffissa għas-sena 2004 l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati għal ċerti ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli f'ibħra Komunitarji u, għal bastimenti Komunitarji, f'ibħra fejn huma meħtieġa limitazzjonijiet ta' qabdiet (3), x'aktarx li jkunu baxxi u konsegwentament dan is-sajd huwa ta' riskju addizzjonali żgħir għall-irkupru tal-merluzz. Għaldaqstant żieda fin-numru ta' jiem ta' sajd għall-bakkaljaw huwa ġustifikat. |
(4) |
Sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda Komunitarji, huwa importanti li dan is-sajd isir disponibbli malajr kemm jista' jkun. Għalhekk, huwa imperattiv li tingħata eċċezzjoni għall-perijodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2287/2003 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 2287/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1. |
Fl-Anness IV għandu jiżdied il-punt li ġej: “19. Projbizzjoni ta' tkarkir fl-ibħra madwar l-Azores, il-Gżejjer Kanarji u Madeira Il-bastimenti għandhom jiġu pprojbiti milli jużaw kwalunkwe xibka tat-tkarkir tal-qiegħ jew xbieki ta' rmonk simili li joperaw f'kuntatt ma' qiegħ il-baħar f'ibħra taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' Stati Membri fiż-żoni fi ħdan linja li tgħaqqad il-koordinati li ġejjin:
|
2. |
Fl-Anness V dan li ġej għandu jiżdied fil-punt 6:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ottubru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. R. BOT
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(2) ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(3) ĠU L 344, 31.12.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1691/2004 (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 3).
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Ottubru 2004
li tawtorizza lill-Portugall japplika miżura derogatorja mill-Artikoli 21(1)(a) u 22 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' taxxi fuq il-valur tal-bejgħ
(2004/738/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
B'ittra reġistrata mal-Kummissjoni fid-19 ta' Frar 2004 l-Portugall talab l-awtorizzazzjoni biex jintroduċi miżura derogatorja fir-rigward tas-settur tal-bejgħ domiċiljari. |
(2) |
L-Istati Membri l-oħra ġew informati b'dan fis-26 ta' Marzu 2004. |
(3) |
Il-Portugall ġie nnotifikat fit-30 ta' Marzu 2004 li l-Kummissjoni kienet fil-pussess ta' l-informazzjoni kollha li kienet teħtieġ biex tieħu deċiżjoni dwar il-materja. |
(4) |
Il-miżura hija maħsuba biex tippermetti lil ċerti impriżi impenjati f'bejgħ domiċiljari li jħallsu f'isem il-bejjiegħa mill-ġdid tagħhom il-VAT dovuta fuq il-prezzijiet tal-prodotti li l-bejjiegħa mill-ġdid ibigħu lill-klijenti tagħhom, dment li l-valur tal-bejgħ sħiħ ta' l-impriżi jinkiseb minn bejgħ domiċiljari minn bejjiegħa mill-ġdid li jaħdmu f'isimhom stess u fuq il-kont tagħhom stess u li l-listi tal-prezzijiet li jistabbilixxu l-prezz tal-bejgħ li jintalab lill-pubbliku għall-prodotti kollha ta' l-impriża jitfasslu minn qabel u jiġu rrispettati. |
(5) |
Id-deroga ser tapplika biss f'każijiet fejn l-impriża tbigħ il-prodotti tagħha direttament lill-bejjiegħa mill-ġdid li, min-naħa tagħhom, ibigħu direttament lill-konsumaturi finali. |
(6) |
L-impriżi li jissodisfaw il-kondizzjonijiet ta' hawn fuq u li ġew awtorizzati b'mod debitu mill-amministrazzjoni fiskali jħallsu lit-teżor l-ammont ta' VAT dovut fuq il-prezz tal-bejgħ bl-imnut stabbilit minn qabel. |
(7) |
Il-bejjiegħa mill-ġdid mhumiex ser ikunu meħtieġa aktar li jħallsu taxxa fuq il-bejgħ tagħhom u għalhekk mhux ser jibbenefikaw mid-dritt ta' tnaqqis. |
(8) |
Dan l-arranġament jikkostitwixxi deroga mill-Artikolu 21(1)(a) tas-Sitt Direttiva għall-fatt li l-bejjiegħ bl-ingrossa ser jinżamm responsabbli għat-taxxa fuq oġġetti mibjugħa lill-konsumaturi aħħarin mill-bejjiegħa mill-ġdid tiegħu. |
(9) |
Il-bejjiegħa bl-ingrossa huma għalhekk meħtieġa jissodisfaw l-obbligi fir-rigward ta’ prospetti ta’ taxxa tal-fatturar tat-taxxa u tal-ħlas tat-taxxa, eċċ., fir-rigward tal-prodotti li l-bejjiegħa tagħhom ibigħu lill-konsumaturi finali u, b'deroga mill-Artikolu 22, il-bejjiegħa mill-ġdid tagħhom huma eżentati minn dawn l-obbligi fir-rigward ta' l-oġġetti li huma jfornu lill-konsumaturi finali. |
(10) |
L-arranġament ġie awtorizzat bid-Deċiżjoni aktar bikrija tal-Kunsill 1999/82/KE tat-18 ta' Jannar 1999 (2), li kienet applikabbli mill-1 ta' Jannar 1999 sal-31 ta' Diċembru 2000. |
(11) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li din id-deroga hija miżura ta' simplifikazzjoni u għalhekk tissodisfa l-kondizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 27 tas-Sitt Direttiva. |
(12) |
Id-deroga għandha tiġi awtorizzata sal-31 ta' Diċembru 2009. |
(13) |
Id-deroga mhix ser tibdel l-ammont ta' VAT miġbur fl-istadju tal-konsumazzjoni finali u mhix ser ikollha effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej miskuba mit-taxxa fuq il-valur miżjud, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Portugall huwa b'dan awtorizzat japplika sal-31 ta' Diċembru 2009 miżura speċjali għat-tassazzjoni ta' bejgħ domiċiljari li fiha dispożizzjonijiet derogatorji mis-Sitt Direttiva 77/388/KEE.
Negozju li l-valur tal-bejgħ totali tiegħu huwa derivat minn bejgħ domiċiljari magħmul minn bejjiegħa mill-ġdid li jaġixxu f'isimhom stess u fuq inizjattiva tagħhom jista’ jitlob lill-amministrazzjoni għal awtorizzazzjoni biex japplika d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 2 u 3 ta' hawn taħt b'kondizzjoni li:
(a) |
il-prodotti kollha mibjugħa mill-impriża huma inklużi f'lista ta' prezzijiet stabbilita minn qabel applikabbli fl-istadju finali tal-konsum; |
(b) |
l-impriża tbigħ il-prodotti tagħha direttament lill-bejjiegħa mill-ġdid li, min-naħa tagħhom, ibigħu direttament lill-konsumaturi finali. |
Artikolu 2
B'deroga mill-Artikolu 21(1)(a) tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE, kwalunkwe impriża li ġiet awtorizzata tapplika din il-miżura speċjali għandha tkun responsabbli għat-taxxa pagabbli fuq oġġetti forniti mill-bejjiegħa mill-ġdid tagħhom lil konsumaturi finali.
Artikolu 3
Kwalunkwe bejjiegħ mill-ġdid fornit minn negozju awtorizzat li japplika din il-miżura speċjali għandu jkun eżentat mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 22 tas-Sitt Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' oġġetti li hu jforni lil konsumaturi finali.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Portugall.
Magħmul fil-Lussemburgu, 21 ta’ Ottubru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
G. ZALM
(1) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
42 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1886/2004
tal-25 ta’ Ottubru 2004
li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils ta’ l-azzar li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils ta’ l-azzar konsenjati mill-Marokk, kemm jekk dikjarti li joriġinaw mill-Marokk kif ukoll jekk le, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward ta’ importazzjonijiet minn esportatur wieħed mill-Marokk.
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma oġġetti ta’ dumping minn pajjiżi li m’humiex membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
1. Miżuri eżistenyi
(1) |
F’Awwissu 1999, il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 (2) tiegħu, impona dazju anti-dumping ta’ 60,4 % fuq l-importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils ta’ l-azzar (“steel wire ropes” jew “SWR”) li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“PRC”). |
2. Talba
(2) |
Fil-5 ta’ Jannar 2004, il-Kummissjoni rċeviet talba, skond l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, mill-Kumitat ta’ Kordinament tal-Federazzjoni Ewropea ta’ l-Industrija tal-Ħbula ta’ l-Azzar, (EWRIS) sabiex tinvestiga l-allegat evitar permezz ta’ circumvention tal-miżuri anti-dumping imposti fuq importazzjonijiet ta’ ħbula u kejbils ta’ l-azzar li ġejjin mill-PRC. Din it-talba ġiet ippreżentata f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw il-parti l-kbira tal-produzzjoni ta’ SWR tal-Komunità. |
(3) |
Din it-talba allegat u pproduċiet evidenza suffiċjenti prima facie li turi illi wara l-impożizzjoni ta’ miżuri fuq l-importazzjonijiet ta’ SWR li joriġinaw fil-PRC, kien hemm bidla sinifikanti fil-mod ta’ kif isir il-kummerċ li jinvolvi esportazzjonijiet ta’ SWR mill-PRC u mill-Marokk lejn il-Komunità. Ġie allegat li din il-bidla fil-mod ta’ kif isir il-kummerċ ġejja minn trasbord permezz tal -Marokk ta’ SWR li joriġina fil-PRC. Kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet mill-Marokk filwaqt li sadanittant l-importazzjonijiet mill-PRC naqsu bi proporzjonijiet bejn wieħed u ieħor ekwivalenti. |
(4) |
It-talba kkonkludiet li kien hemm kawża dovuta insuffiċjenti jew ġustifikazzjoni ekonomika għat-tibdil imsemmi fuq, ħlief l-eżistenza tad-dazju anti-dumping fuq SWR li joriġina fil-PRC. |
(5) |
Finalment, l-EWRIS ippreżenta wkoll biżżejjed evidenza li l-effetti rimedjali ta’ dan id-dazju kienu qegħdin jiġu mminati kemm f’termini ta’ kwantità kif ukoll f’termini ta’ prezzijiet u li l-prezzijiet ta’ SWR mill-Marokk kienu oġġett ta’ dumping meta mqabbla mal-valuri normali li qabel kienu ġew stabbiliti għal SWR li joriġina mill-PRC. |
3. Bidu
(6) |
Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 275/2004 (3) tagħha (“Regolament ta’ bidu”), bdiet investigazzjoni tas-circumvention allegata u tat direttiva, b’mod konformi ma’ l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament bażiku, lill-awtoritajiet doganali, sabiex jirreġistraw l-importazzjonijiet ta’ SWR konsenjati mill-Marokk, kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Marokk kif ukoll jekk le, u dan mid-19 ta’ Frar 2004. Il-Kummissjoni avżat lill-awtoritajiet tal-PRC u tal-Marokk bil-bidu ta’ din l-investigazzjoni. |
4. Investigazzjoni
(7) |
Intbagħtu kwestjonarji lill-importaturi ta’ SWR fil-Komunità kif ukoll lill-esportaturi ta’ SWR li jinsabu fil-PRC u fil-Marokk, li kienu ssemmew fit-talba, u lil partijiet interessati oħrajn li ppreżentaw irwieħhom fil-limitu taż-żmien preskritt. Il-partijiet kollha ġew informati li n-nuqqas ta’ kooperazzjoni tagħhom tista’ twassal għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Ġew ukoll mgħarrfa bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni. |
(8) |
Numru ta’ importaturi Komunitarji infurmaw lill-Kummissjoni bil-miktub fejn huma ddikjaraw li ma kinux importaw SWR mill-Marokk. |
(9) |
L-ebda risposta għall-kwestjonarji ma waslet lura mill-esportaturi/produtturi fil-PRC. |
(10) |
Risposta għall-kwestjonarju waslet mingħand produttur esportatur Marokkin wieħed, Remer Maroc SARL, Settat. Il-Kummissjoni wettqet żjara ta’ verifika fil-bini ta’ din il-kumpannija. |
5. Perijodu ta’ l-investigazzjoni
(11) |
Il-perijodu ta’ l-investigazzjoni jkopri l-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2003 (“l-IP”). Id-data nġabret mill-1999 sat-tmiem l-IP sabiex tiġi investigata l-allegata bidla fil-mod li bih kien qiegħed isir in-negozju. |
B. RIŻULTATI TA’ L-INVESTIGAZZJONI
1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali/livell ta’ kooperazzjoni
(12) |
Kif intqal fil-premessa 9, ma kienet riċevuta l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi jew mill-esportaturi ta’ SWR fil-PRC. Madanakollu, inkisbet informazzjoni mingħand produttur esportatur wieħed mill-Marokk li kkoopera, Remer Maroc SARL, li pproduċa SWR u li esporta parti żgħira mill-produzzjoni tiegħu lejn il-Komunità matul l-IP. Din il-kumpannija hija responsabbli għal inqas minn 5 % tal-volum totali ta’ importazzjonijiet SWR mill-Marokk lejn il-Komunità matul l-IP, kif rapportat mill-EUROSTAT. Għaldaqstant ir-riżultati kellhom ikunu ibbażati parzjalment fuq il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. |
2. Prodott konċernat u prodott simili
(13) |
Il-prodott konċernat huwa, kif definit fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti (“l-investigazzjoni oriġinali”), ħbula u kejbils ta’ l-azzar, inklużi ħbula b’barma fissa, għajr ħbula u kejbils ta’ l-istainless steel, li għandhom taqsima trasversali massima li taqbeż it-3 mm (fit-terminolġija industrijali huma magħrufin bħala “SWR”), li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, normalment dikjarati taħt il-kodiċi NM ex 7312 10 82, ex 7312 10 84, ex 7312 10 86, ex 7312 10 88 u ex 7312 10 99. |
(14) |
L-investigazzjoni wriet illi l-SWR esportati lejn il-Komunità mill-PRC u dawk konsenjati mill-Marokk lejn il-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użijiet, u għaldaqstant għandhom jitqiesu bħala prodotti simili skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku. |
3. Bidla fil-mod ta’ kif isir in-negozju
Esportatur Marokkin li kkoopera
(15) |
Remer Maroc SARL, l-esportatur li kkoopera, ġiet stabbilita fis-sena 2001 bħala sussidjarja bi sjieda unika tal-kumpannija Taljana Remer Italia Srl. Matul l-IP, Remer Maroc SARL, esportat biss kwantità żgħira ħafna tal-prodott konċernat lejn il-Komunità, kwantità li tirrappreżenta inqas minn 5 % ta’ l-importazzjoni totali ta’ SWR mill-Marokk fl-istess perijodu. Il-parti l-kbira tal-bejgħ tagħha huwa destinat għas-suq lokali Marokkin. |
(16) |
Ġie wkoll stabilit li Remer Maroc SARL hija kumpannija li tipproduċi kif ukoll tesporta SWR u tħaddem faċilitajiet ta’ produzzjoni għall-proċess kollu tal-produzzjoni tal-prodott konċernat filwaqt li tuża wajer ta’ l-azzar, qalba ta’ tessut u griż li hija tixtri. Din il-kumpannija tbiegħ biss il-prodott tagħha jew dak tal-kumpannija omm Taljana u qatt ma xtrat SWR, jew materjal ieħor mill-PRC. |
(17) |
Meta jkun ikkunsidrat dak li ntqal fuq, Remer Maroc SARL uriet illi l-esportazzjonijiet tagħha m'għandhomx parti fil-bidla fl-istruttura tal-kummerċ bejn il-PRC u l-Komunità. Konsegwentement, l-investigazzjoni fir-rigward ta’ SWR esportat minn Remer Maroc SARL għandha titwaqqaf. |
Esportaturi Marokkini li ma kkooperawx
(18) |
Fir-rigward ta’ dawk l-esportaturi li ma kkooperawx, l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità kellhom jiġu stabbiliti abbażi tal-fatti disponibbli skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Huwa kkunsidrat li d-data ta’ l-EUROSTAT fil-livell ta’ NM hija l-aħjar informazzjoni disponibbli sabiex jiġu stabbiliti sejbiet dwar l-esportazzjonijiet lejn il-Komunità wara l-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping impost fuq SWR li joriġinaw mill-PRC. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li t-talba mill-industrija Komunitarja hija wkoll ibbażata fuq data ta’ l-EUROSTAT, u li ma kienx hemm sorsi indipendenti oħra disponibbli għall-Kummissjoni matul din l-investigazzjoni. Il-prezz ta’ l-esportazzjoni mill-Marokk lejn l-UE ġie stabbilit abbażi tal-valur u t-tunnellaġġ ta’ l-esportazzjoni totali kif rapportati mill-EUROSTAT fil-livell ta’ NM, li minnhom tnaqqsu l-kwantitajiet u l-valuri esportati mill-kumpannija Marokkina li kkooperat. Barra minn hekk, fir-rigward tad-data fil-perijodu qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, tqies li d-data ta’ l-EUROSTAT fil-livell ta’ NM kienet l-aħjar informazzjoni disponibbli, fin-nuqqas ta’ sorsi indipendenti oħrajn. |
(19) |
Irriżulta li kien hemm bidla qawwija minn importazzjonijiet mill-PRC lejn il-Komunità għal dawk mill-Marokk lejn il-Komunità li seħħet wara d-dħul fis-seħħ tal-miżuri anti-dumping fuq SWR li joriġina mill-PRC f’Awissu 1999. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping mill-Komunità, l-importazzjonijiet mill-Komunità ta’ SWR mill-PRC naqsu sostanzjalment minn 14 057 tunnellata fl-1998 għal 364 tunnellata fis-sena 2000, u baqgħu f’livelli baxxi simili bejn l-2000 u l-2003. Fl-istess perijodu, l-importazzjonijiet fil-Komunità ta’ SWR mill-Marokk żdiedu minn żero fl-1998 għal 2 338 fl-2003. |
(20) |
Għaldaqstant ġiet stabbilita bidla ċara fix-xejra tal-kummerċ fir-rigward tal-kumpaniji li ma kkooperawx, li seħħet wara d-dħul fis-seħħ, f’Awissu 1999, tal-miżuri anti-dumping tal-Komunità fuq SWR li joriġina mill-PRC. |
4. Nuqqas ta’ kawża relattiva jew ta’ ġustifikazzjoni ekonomika (esportaturi marokkini li ma kkooperawx)
(21) |
Abbażi tal-fatti disponibbli rriżulta li ma kienx hemm ġustifikazzjoni ekonomika, jew għallinqas din kienet insuffiċjenti, għall-bidla fix-xejra tal-kummerċ. L-ewwelnett, il-produttur Marokkin li kkoopera, ma importax SWR mill-PRC. It-tieninett, abbażi ta’ statistiċi Ċiniżi, Marokkini u tal-KE, hemm żieda fl-esportazzjonijiet mill-PRC lejn il-Marokk li tikkorrispondi maż-żieda fl-esportazzjonijiet mill-Marokk lejn il-Komunità fl-istess perijodu. Huwa ammess li l-istatistiċi kummerċjali Marokkini u Ċiniżi ma jagħmlux distinzjoni bejn SWR u ħjut (SWR nofsu maħdum) filwaqt li l-istatistiċi tal-KE jagħmlu din id-distinzjoni. Madanakollu, minħabba n-nuqqas ta’ kooperazzjoni mifruxa u n-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjoni li fil-Marokk iseħħ xi proċess ta’ trasformazzjoni minn ħjut għal ħbula, wieħed jista’ jiġi ssoponut li din id-data statistika tagħti stampa adegwata ta’ l-importazzjonijiet ta’ SWR mill-PRC lejn il-Marokk. Barra minn hekk, jekk seħħet trasformazzjoni bħal din, din ma kienitx waħda sostanzjali. Ekonomikament, ma tkunx vijabbli li ssir xi forma ta’ trasformazzjoni minn ħjut għal SWR f’post differenti mil-lok tal-produzzjoni tal-ħjut, u dan għaliex il-valur miżjud f’dan il-proċess huwa wieħed relattivament żgħir meta mqabbel ma’ l-ispejjeż tat-trasport. Għandu jiġi nnotat ukoll li kumpannija Marokkina, li la mliet il-kwestjonarju u lanqas ma aċċettat żjara ta’ verifika, ipprovdiet informazzjoni kontradittorja rigward l-attivitajiet tagħha, meta setgħet faċilment tiċċara s-sitwazzjoni billi tikkoopera fl-investigazzjoni. Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni mingħand xi kumpannija oħra għajr Remer Maroc SARL, jista’ għalhekk jiġi konkluż mill-paralleliżmu tat-tendenzi, illi l-importazzjoni mill-PRC lejn il-Marokk ma kinitx destinata għas-suq Marokkin, iżda kienet intiża biex tiġi esportata lejn il-Komunità. |
(22) |
Din il-konklużjoni hija msaħħa bil-fatt li l-uniku esportatur magħruf tal-prodott konċernat mill-Marokk, għajr għall-esportatur li kkoopera, hija kumpannija sussidjarja ta’ produttur esportatur Ċiniż. Din il-kumpannija sussidjarja ġiet stabbilita fil-Marokk fl-2001, data li tikkoinċidi mal-bidu ta’ l-esportazzjonijiet ta’ SWR mill-Marokk lejn il-Komunità. |
(23) |
Meta jiġi kkunsidrat dak li ngħad hawn fuq, kif ukoll li s-sostituzzjoni msemmija fuq ta’ importazzjoni mill-PRC b’importazzjoni mill-Marokk seħħet fil-perijodu wara l-impożizzjoni tad-dazju anti-dumping, għandu jiġi konkluż, fin-nuqqas ta’ spjegazzjoni oħra, illi l-bidla fix-xejra tal-kummerċ irriżultat mill-impożizzjoni tad-dazju aktar milli minn xi kawża suffiċjenti oħra dovuta jew xi ġustifikazzjoni ekonomika skond it-tifsira tat-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. |
(24) |
Minħabba dan ta' hawn fuq, huwa raġonevoli li jiġi konkluż li l-allegazzjoni magħmula fl-ilment hija konfermata, jiġifieri illi l-parti l-kbira ta’ l-esportazzjonijiet mill-PRC lejn il-Marokk, kienu sempliċement trasbordati mill-Marokk lejn il-Komunità. |
5. Imminar ta’ l-effetti ta’ rimedju tad-dazju f’termini ta’ prezzijiet u/jew kwantitajiet ta’ prodotti simili (esportaturi marokkini li ma kkooperawx)
(25) |
Jidher ċar miċ-ċifri tal-premessa 19 li seħħ tibdil kwantitattiv ovvju fix-xejriet ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat lejn il-Komunità wara l-impożizzjoni tal-miżuri. Il-volum sinifikanti ta’ esportazzjonijiet ta’ SWR mill-PRC lejn il-Komunità, qabel l-impożizzjoni tal-miżuri, kien parzjalment sostitwit b’volum iżgħar, imma xorta waħda sinifikanti, ta’ esportazzjonijiet minn esportaturi Marokkini li ma kkooperawx. Dan il-volum aħħari jikkorrispondi għal 20 %-25 % tal-volum milħuq mill-importazzjonijiet mill-PRC fiż-żmien ta’ l-IP ta’ l-investigazzjoni oriġinali (1 ta’ Jannar 1997 sal-31 ta’ Marzu 1998). Huwa għaldaqstant ikkunsidrat li din il-bidla sinifikanti fil-fluss tan-negozju timmina l-effetti ta’ rimedju tal-miżuri fir-rigward tal-kwantitajiet importati fis-suq Komunitarju. |
(26) |
Fir-rigward tal-prezzijiet, u minħabba l-livell baxx ta’ kooperazzjoni, kellu jsir użu tal-fatti disponibbli, jiġifieri ċifri ta’ l-EUROSTAT fil-livell ta’ NM. Din id-data kixfet illi l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni ta’ CIF mill-Marokk kienu madwar 3 %, f’termini nominali, taħt il-prezzijiet ta’ CIF ta’ l-esportazzjonijiet Ċiniżi fl-investigazzjoni oriġinali. Konsegwentement, wieħed jassumi li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet Marokkini huma taħt il-livell ta’ eliminazzjoni tad-danni tal-prezzijiet tal-Komunità kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. |
(27) |
Għalhekk qiegħed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet konċernati dgħajfu l-effetti ta’ rimedju tad-dazju kemm fir-rigward tal-kwantitajiet kif ukoll fir-rigward tal-prezzijiet. |
6. Evidenza ta’ dumping fir-rigward tal-valuri normali stabbiliti qabel għal prodotti bħalhom jew simili (esportaturi marokkini li ma kkooperawx)
(28) |
Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx evidenza ta’ dumping fir-rigward ta’ SWR esportati lejn il-Komunità mill-Marokk minn dawk l-esportaturi li ma kkooperawx matul iż-żmien tal-IP, intużat data mill-EUROSTAT f’livell ta’ NM skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, bħala bażi sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni lejn il-Komunità. |
(29) |
Skond l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-valur normali li għandu jintuża f’investigazzjoni ta' anti-ċirkumvenzjoni, huwa l-valur normali li jkun ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. |
(30) |
Fl-investigazzjoni oriġinali, il-Polonja kienet ikkunsidrata bħala pajjiż analogu adattat ta’ ekonomija tas-suq għall-PRC u l-valur normali ġie stabbilit abbażi tal-prezzijiet kif ukoll fuq il-valur normali mibni f’dak il-pajjiż analogu. Fuq din il-bażi, ġie stabbilit marġini ta’ dumping mifrux fuq il-pajjiż kollu ta’ 60,4 % għall-PRC. |
(31) |
F’din l-investigazzjoni kontra ċ-ċirkumvenzjoni, u fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni, il-marġini ta’ dumping ma setgħux jinħadmu fuq bażi dettaljata tat-tip ta’ prodott. Madanakollu, il-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet setgħu jitqabblu ma’ dawk fl-investigazzjoni oriġinali abbażi ta’ kodici NM, bl-użu tad-data ta’ l-EUROSTAT, li tagħti livell raġjonevoli ta’ dettal. Dan it-tqabbil wera li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet ta’ CIF mill-Marokk lejn il-Komunità fl-IP kienu bħala medja 3 % inqas mill-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet ta’ CIF mill-PRC lejn il-Komunità fl-investigazzjoni oriġinali. Minħabba li dawn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjonijiet għandhom jitqabblu ma’ l-istess valuri normali mifruxin mal-pajjiż kif użati biex jiġi stabbilit il-marġini oriġinali ta’ dumping ta’ 60,4 %, jista’ jiġi konkluż li dawn ukoll huma prezzijiet soġġetti għal dumping f’livell ta’ aktar minn 60 %. |
Ċ. TALBIET GĦAL EŻENZJONI MINN REĠISTRAZZJONI JEW ESTENSJONI TAD-DAZJU
(32) |
Il-Kummissjoni rċeviet talba għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u mill-miżuri minn produttur Marokkin wieħed, Remer Maroc SARL. Kif intqal fil-paragrafu 12, din il-kumpannija kkooperat fl-investigazzjoni, billi bagħtet il-kwestjonarju bir-risposti u billi aċċettat żjara ta’ verifika. |
(33) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1699/2004 (4), il-Kummissjoni emendat ir-Regolament tal-bidu sabiex twaqqaf ir-reġistrazzjoni ta’ importazzjonijiet ta’ SWR mill-kumpannija Marokkina li nstab li ma kinitx qiegħda timmina d-dazju anti-dumping, jiġifieri Remer Maroc SARL. |
(34) |
B’mod konformi mas-sejbiet mogħtijin hawn fuq, jiġifieri li din il-kumpannija ma kinitx qiegħda timmina l-miżuri anti-dumping fis-seħħ, din il-kumpannija għandha wkoll tiġi eżentata mill-estensjoni tal-miżuri mbassrin. |
D. MIŻURI
(35) |
Fid-dawl tas-sejba li hemm referenza għaliha aktar ’l fuq ta’ ċirkumvenzjoni skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, il-miżuri eżistenti ta’ anti-dumping fuq SWR li joriġina mill-PRC, għandhom jiġu estiżi għall-istess prodott konsenjat mill-Marokk, kemm jekk dikjarat li joriġina fil-Marokk kif ukoll jekk le, u dan skond l-istess Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku, bl-eċċezzjoni tal-prodotti manifatturati mill-kumpannija produttriċi li kkooperat Remer Maroc SARL. |
(36) |
Skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, li jipprevedi li kull miżura estiża għandha tapplika kontra importazzjonijiet reġistrati mid-data tar-reġistrazzjoni, għandu jinġabar id-dazju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ SWR konsenjati mill-Marokk li daħlu fil-Komunità taħt ir-reġistrazzjoni imposta mir-Regolament tal-bidu, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-SWR prodotti minn Remer Maroc SARL. |
(37) |
In-nuqqas ta’ estensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni ta’ SWR esportati minn Remer Maroc SARL ġie stabbilit abbażi tar-riżultati ta’ din l-investigazzjoni. Dan in-nuqqas ta’ estensjoni huwa għalhekk esklussivament applikabbli għall-importazzjoni ta’ SWR mill-Marokk u prodotti minn din l-entità legali speċifika. SWR importat, prodott jew ikkonsenjat minn xi kumpannija oħra mhux speċifikatament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament b’isimha u bl-indirizz, inkluż entitajiet relatati ma’ dawk speċifikatament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni u għandhom ikunu soġġetti għall-istess rata ta’ dazju kif imposta bir-Regolament (KE) Nru. 1796/1999. |
(38) |
Iċ-ċirkumvenzjoni sseħħ barra l-Komunità. L-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku għandu l-għan li jiġġieled prattiċi ta’ ċirkumvenzjoni mingħajr ma jaffettwa lill-operaturi li jistgħu jagħtu prova li huma m’humiex involuti f'tali prattika, iżda ma fihx dispożizzjoni speċifika li tipprevedi t-trattament ta’ dawk il-produtturi li jistgħu jistabbilixxu li huma m’humiex involuti fi prattiċi ta’ ċirkumvenzjoni. Għaldaqstant jidher li huwa neċessarju li tiġi introdotta l-possibbiltà għall-produtturi li ma bigħux il-prodott konċernat għall-esportazzjoni matul l-IP u li m’humiex relatati ma’ esportaturi jew produtturi li huma soġġetti għall-estensjoni ta’ dazju anti-dumping, li jitolbu eżenzjoni mill-miżuri fuq dawn l-importazzjonijiet. Il-produtturi konċernati li jikkunsidraw jippreżentaw talba għal eżenzjoni mill-estensjoni tad-dazju anti-dumping ikunu mitluba jimlew kwestjonarju sabiex il-Kummisjoni tkun tista’ tistabbilixxi jekk l-eżenzjoni tkunx mistħoqqa. Tali eżenzjoni tista' tingħata wara li ssir valutazzjoni, per eżempju, tas-sitwazzjoni fis-suq tal-prodott konċernat, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità, ix-xiri u bejgħ, il-probabbiltà ta’ prattiċi li għalihom m’hemmx kawża relattiva jew ġustifikazzjoni ekonomika, u l-evidenza ta’ dumping. Normalment, il-Kummissjoni twettaq ukoll żjara ta’ verifika fuq il-post. It-talba tkun trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni immedjatament, flimkien ma’ l-informazjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kull tibdil jew modifika fl-attivitajiet tal-kumpannija marbutin mal-produzzjoni u mal-bejgħ. |
(39) |
L-importaturi jistgħu wkoll jibbenefikaw mill-eżenzjoni ta’ reġistrazzjoni jew miżuri, dment li l-importazzjonijiet tagħhom ikunu ġejjin minn esportaturi li jingħataw din l-eżenzjoni, u skond l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku. |
(40) |
Fejn tkun mistħoqqa eżenzjoni, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tipproponi l-emenda tar-Regolament kif ikun meħtieġ. Sussegwentament, kull eżenzjoni mogħtija tkun segwita sabiex tkun żgurata l-konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fiha. |
E. PROĊEDURA
(41) |
Il-partijiet interessati ġew informati bil-fatti essenzjali u bil-kunsiderazzjonijiet li abbażi tagħhom il-Kunsill kien intenzjonat li jestendi d-dazju anti-dumping definittiv fis-seħħ u ngħataw l-opportunità li jikkummentaw u jinstemgħu. Ma ġewx riċevuti kummenti li kienu ta’ natura li jibdlu l-konklużjonijiet imsemmija hawn fuq. |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Id-dazju anti-dumping definittiv impost bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1796/1999 fuq l-importazzjoni ta’ ħbula u kejbils ta’ l-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 7312 10 82, ex 7312 10 84, ex 7312 10 86, ex 7312 10 88 u ex 7312 10 99, huwa b’dan estiż għal importazzjonijiet ta’ l-istess ħbula u kejbils ta’ l-azzar konsenjati mill-Marokk, kemm jekk dikjarati li joriġinaw mill-Marokk kif ukoll jekk le, (kodiċi TARIC 7312108212, 7312108412, 7312108612, 7312108812, 7312109912 rispettivament), bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti minn Remer Maroc SARL, Zone Industrielle, Tranche 2, Lot 10, Settat, il-Marokk (Kodiċi TARIC addizzjonali A567).
2. Id-dazju estiż bil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jinġabar fuq importazzjonijiet reġistrati skond l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 275/2004 u l-Artikoli 13(3) u 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, bl-eċċezzjoni ta’ dawk prodotti minn Remer Maroc SARL, Zone Industrielle, Tranche 2, Lot 10, Settat, il-Marokk.
3. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazji doganali.
Artikolu 2
1. Talbiet għal eżenzjoni mid-dazju estiżi bl-Artikolu 1 għandhom isiru bil-miktub f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità u jridu jiġu ffirmati minn persuna awtorizzata sabiex tirrappreżenta lill-applikant. Din it-talba trid tintbagħat f’dan l-indirizz:
Kummissjoni Ewropea |
Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ |
Direttorat B |
Uffiċċju: J-79 05/17 |
1049 Brussell Il-Belġju |
Faks (32 2) 295 65 05 |
Telex COMEU B 21877. |
2. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv, tista’ tawtorizza b’deċiżjoni l-eżenzjoni ta’ importazzjonijiet li jiġu pprovati li ma jimminawx id-dazju anti-dumping impost bir-Regolament (KE) Nru 1796/1999 mid-dazju estiż bl-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti.
Artikolu 3
L-Awtoritajiet Doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux bir-reġistrazzjoni ta’ l-importazzjonijiet, stabbilita skond l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 275/2004.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ottubru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
R. VERDONK
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
(2) ĠU L 217, 17.8.1999, p. 1. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1674/2003 (ĠU L 238, 25.9.2003, p. 1).
(3) ĠU L 47, 18.2.2004, p. 13. Regolament emendat bir-Regolament (KE) Nru 1699/2004 (ĠU L 305, 1.10.2004, p. 25).
(4) ĠU L 305, 1.10.2004, p. 25
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
48 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1921/2004
tal-25 ta’ ottubru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 499/96 li jintroduċi u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd u żwiemel ħajjin li joriġinaw fl-Islanda
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 499/96 tad-19 ta' Marzu 1996 li jintroduċi u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd u żwiemel ħajjin li joriġinaw fl-Islanda (1), ġew introdotti kwoti tariffarji Komunitarji għal dawn il-prodotti tas-sajd u għaż-żwiemel ħajjin. |
(2) |
Il-parteċipazzjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, l-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja (minn hawn 'il quddiem “l-Istati għall-Adeżjoni”) fiż-Żona Ekonomika Ewropea permezz tal-Ftehim għat-Tkabbir taż-ŻEE, iffirmat bejn il-Komunità u l-Istati Membri tagħha, l-Islanda, il-Liechtenstein, u n-Norveġja u l-Istati għall-Adeżjoni nhar l-14 ta' Ottubru 2003. |
(3) |
Sa meta jitlestew il-proċeduri neċessarji għall-adozzjonii tal-Ftehim għat-Tkabbir taż-ŻEE, sar Ftehim f'forma ta' Skambju ta' Ittri, li jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim għat-Tkabbir taż-ŻEE. Dan il-Ftehim ġie approvat bid-Deċiżjoni 2004/368/KE (2). |
(4) |
Il-Ftehim għat-Tkabbir taż-ŻEE jipprovdi għal Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' l-1972 għall-Kummerċ Liberu bejn il-KE u l-Islanda, li jipprovdi għal kwota tariffarja Komunitarja ġdida għal prodott tas-sajd. Din il-kwota tariffarja għandha tiġi introdotta. |
(5) |
Id-dazju konvenzjonali tat-Tariffa Doganali Komuni għal dak il-prodott tas-sajd fil-perjodu ta' bejn il-15 ta' Frar u l-15 ta' Ġunju ta' kull sena huwa “xejn” u l-użu tal-kwota tariffarja hawn fuq imsemmija m'huwiex neċessarju matul dak il-perjodu. |
(6) |
Ir-Regolament (KE) Nru 499/96 għandu jiġi emendat skond il-każ. |
(7) |
Ladarba l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE sar effettiv mill-1 ta' Mejju 2004, dan ir-Regolament għandu jkun applikabbli mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 499/96 huwa emendat kif ġej:
1) |
fl-Artikolu 1 għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. Il-benefiċċju tal-kwota ta' tariffa bin-numru ta' ordni 09.0792 m'għandux jingħata għal oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera matul il-perjodu 15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju.”; |
2) |
l-Anness għandu jiġi emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Għall-2004, il-volum annwali tal-kwota tariffarja bin-numru ta' ordni 09.0792 għandu jitnaqqas proporzjonatament għall-parti tal-perjodu tal-kwota, f'ġimgħat sħaħ, li għadda qabel id-data mogħtija fit-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 3.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-publikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Mejju 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi-Lussemburgu, 25 ta’ Ottubru 2004.
Għall-Kunsilll
Il-President
R. VERDONK
(2) ĠU L 130, 29.4.2004, p. 1.
ANNESS
Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 499/96 jiddaħħal l-element li ġej:
“09.0792 |
ex 0303 50 00 |
0303500020 |
Aringi ta' l-ispeċi Clupea harengus jew Clupea pallasii, friżati, mingħajr fwied u roes, għall-manifattura industrijali (1) (1) |
950 |
0 |
(1) Id-dħul taħt din is-subintestatura huwa suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Komunità (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2454/93 (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1)).
(1) Il-benefiċċju tal-kwota ta' tariffa m'għandux jingħata għal oġġetti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-perjodu mill-15 ta' Frar sal-15 ta' Ġunju.”;
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
50 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1922/2004
tal-25 ta’ Ottubru 2004
li jadotta miżuri awtonomi u transitorji sabiex tinfetaħ kwota tariffarja Komunitarja għall-importazzjoni ta’ annimali ta’ l-ifrat ħajjin li joriġinaw mill-Iżvizzera
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Wara l-adeżjoni tar-Repubbika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fl-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera qablu f’Summit bilaterali fid-19 ta’ Mejju 2004 dwar il-prinċipju li wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom jinżammu l-flussi tal-kummerċ f’konformità mal-preferenzi mogħtija qabel skond l-arranġamenti bilaterali bejn l-Istati Membri ġodda u l-Isvizzera. Il-partijiet għalhekk qablu li jipproċedu bl-adattament tal-konċessjonijiet tariffarji fil-qafas tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (1) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. L-adattament ta’ dawn il-konċessjonijiet, li huma elenkati fl-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim, jinkludu notevolment il-ftuħ ta’ kwota tariffarja Komunitarja għall-importazzjoni ta’ annimali ta’ l-ifrat ħajjin b’piż li jaqbeż il-160 kg. |
(2) |
Sar ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera li m’għandu jkun hemm l-ebda diskontinwità kummerċjali. Il-proċeduri għall-adozzjoni bilaterali ta’ deċiżjoni sabiex l-Annessi 1 u 2 tal-Ftehim jiġu emendati mhumiex sejrin jitlestew minnufih. Sabiex jiġi assigurat li l-benefiċċju tal-kwota jkun disponibbli sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija u għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, huwa xieraq li din il-konċessjoni ta’ kwota tariffarja tkun disponibbli fuq bażi awtonoma u transitorja |
(3) |
Għandhom jiġu addottati regoli dettaljati għall-implimentazzojni ta’ dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-ġestjoni tal-kwoti b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (2). |
(4) |
Sabiex ikunu eliġibbli għall-benefiċċju ta’ dawn il-kwoti tariffarji, il-prodotti għandhom joriġinaw fl-Isvizzera f’konformità mar-regoli msemmija fl-Artikolu 4 tal-Ftehim, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Kwota tariffarja Komunitarja mingħajr dazju qegħda bħalissa tinfetaħ fuq bażi awtonoma u transitorja għall-perijodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sat-30 ta’ Ġunju 2005 għall-importazzjoni ta’ 4 600 ras ta’ kwalunkwe annimal ta’ l-ifrat ħaj li joriġina fl-Isvizzera u li jkun jiżen aktar minn 160 kg, li jaqa’ taħt il-kodiċi NM 0102 90 41, 0102 90 49, 0102 90 51, 0102 90 59, 0102 90 61, 0102 90 69, 0102 90 71 jew 0102 90 79.
2. Ir-regoli ta’ l-oriġini li japplikaw għall-prodotti msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom ikunu dawk previsti fl-Artikolu 4 tal-Ftehim.
Artikolu 2
Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom ikun adottat b’mod konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament huwa vinkolanti fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
R. VERDONK
(1) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
(2) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1).
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
52 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1923/2004
tal-25 ta’ Ottubru 2004
li jistabbilixxi ċerti konċessjonijiet għall-Konfederazzjoni Żvizzera fil-forma ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli pproċessati
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u partikolarment l-Artikolu 133 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, ta’ l-Islovenja u ta’ l-Islovakkja, u b’mod partikolari, l-Artikolu 6 (1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fil-qafas tal-Ftehim preferenzjali bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (1) konkluż permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2840/72 (2) ingħatat konċessjoni fuq il-prodotti agrikoli pproċessati lil dak il-pajjiż. |
(2) |
Wara l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ta’ l-Estonja, ta’ Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, ta’ l-Ungerija, ta’ Malta, tal-Polonja, ta’ l-Islovenja u ta’ l-Islovakkja, il-konċessjoni imsemmija għandha tiġi addattata sabiex tieħu kont ta’ l-arranġamenti speċifiċi li eżistew għall-kummerċ fil-prodotti agrikoli pproċessati bejn dawn l-għaxar pajjiżi, minn naħa waħda, u l-Iżvizzera, min-naħa l-oħra. |
(3) |
Sabiex jinkiseb dan, fil-25 ta’ Ġunju 2004 ġew konklużi negozjati rigward l-iffirmar ta’ ftehim, li minħabba fih huwa neċessarju li jsiru adattamenti għall-ftehim preferenzjali msemmi hawn fuq, sabiex dan jieħu kont ta' l-effetti tat-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea. |
(4) |
Iżda, peress li ż-żmien kien qasir wisq, il-ftehim ma setax jidħol fis-seħħ sa l-1 ta’ Mejju 2004, u f’ċirkostanzi bħal dawn, il-Komunità għandha tadotta l-miżuri neċessarji sabiex issolvi s-sitwazzjoni. |
(5) |
Il-miżuri ser jieħdu l-forma ta’ kwota tariffarja Komunitajra awtonoma li tkopri l-konċessjonijiet tariffarji preferenzjali li skond il-ftehim japplikaw għar-Repubblika Ċeka, għall-Estonja, għal Ċipru, għal-Latvja, għal-Litwanja, għall-Ungerija, għal Malta, għall-Polonja, għall-Islovenja u għall-Islovakkja. |
(6) |
Ġiet stabbilita kwota tariffarja fl-2004 għall-istess prodotti bl-ordni Nru 09.0914 mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2232/2003 (3). Il-kwota tariffarja ġdida hija addizzjonali għall-konċessjoni eżistenti. |
(7) |
Il-Konfederazzjoni Żvizzera ngħatat ukoll responsabbiltà politika, soġġetta għar-reċiproċità, sabiex tadotta miżuri tranżitorji indipendenti favur il-Komunità li jkollhom effett legali mill-1 ta’ Mejju 2004, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Diċembru 2004, il-merkanzija li toriġina mill-Iżvizzera li hija elentaka fl-Anness hija suġġetta għal kwota tariffarja miftuħa skond il-kundizzjonijiet speċifikati.
Artikolu 2
Il-kwota msemmija fl-Artikolu 1 għandha tiġi amministrata mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 (4).
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2004.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2004.
Għall-Kunsill,
Il-President
R. VERDONK
(1) ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.
(2) ĠU L 300, 31.12.1972, p. 188.
(3) ĠU L 339, 24.12.2003, p. 20.
(4) ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Rergolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 2286/2003 (ĠU L 343, 31.12.2003, p. 1).
ANNESS
KWOTA TARIFFARJA PREFERENZJALI MIFTUĦA
Numru ta’ l-Ordni |
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni ta’ l-oġġetti |
Kwota awtonoma 1.5.2004 to 31.12.2004 |
Rata ta’ taxxa applikabbli |
Kwota Awtonoma Is-Sena ta’ wara |
09.0914 |
2106 90 92 |
Il-preparazzjonijiet ta’ l-ikel mhux speċifikati jew inklużi f’post ieħor li ma fihom l-ebda xaħam tal-ħalib, sukrożju, isoglukożju, glukożju jew lamtu jew li fihom piż ta’ anqas minn 1,5 % xaħam tal-ħalib, 5 % sukrożju jew isoglukożju, 5 % glukożju jew lamtu |
187 t. |
eżenzjoni |
1 309 t. |
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
54 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ottubru 2004
li temenda d-Deċiżjoni li tawtorizza d-Direttur ta' l-Europol li jidħol f'negozjati dwar ftehim ma' Stati terzi u ma' għaqdiet li ma għandhomx x'jaqsmu ma' l-Unjoni Ewropea
(2004/773/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 18 tagħha,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet esterni ta' l-Europol ma' Stati terzi u ma' korpi mhux relatati ma' l-Unjoni Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta’ dak l-Att,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli li jirregolaw ir-riċeviment ta’ informazzjoni mill-Europol mingħand partijiet terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta’ dak l-Att,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 li jadotta r-regoli li jirregolaw it-trasmissjoni ta’ data personali mill-Europol lil Stati terzi u korpi terzi (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 ta’ dak l-Att,
Billi:
(1) |
Ħtiġiet operattivi u l-ħtieġa li jiġu miġġielda b'mod effettiv forom organizzati ta' kriminalità permezz ta' l-Europol, jeħtieġu li l-Moldova u l-Ukraina jiġu miżjuda mal-lista ta' Stati terzi li magħhom id-Direttur ta' l-Europol huwa awtorizzat li jibda negozjati. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 (5) għandha għalhekk tiġi emendata, |
IDDEĊIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 hija b'dan emendata kif gej:
|
Fl-Artikolu 2(1), taħt l-intestatura “Stati Terzi”, l-Istati li ġejjin għandhom jiddaħħlu fil-lista alfabetika:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak ta' l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ottubru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
R. VERDONK
(1) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2.
(2) ĠU C 26, 30.1.1999, p. 19.
(3) ĠU C 26, 30.1.1999, p. 17.
(5) ĠU C 106, 13.4.2000, p. 1.
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
55 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2117/2004
tas-7 ta’ Diċembru 2004
li jestendi s-sospensjoni tad-dazju anti-dumping impost bid- Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru 2730/2000/KESE fuq importazzjonijiet ta’ kokk tal-faħam fi bċejjeċ ta’ dijametru ta’ iktar minn 80 mm li joriġinaw mir-Repubblika tal-Popolari taċ-Ċina
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi li mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), (ir-“Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
(1) |
B’Deċiżjoni 2730/2000/KESE (2), il-Kummissjoni imponiet dazju anti-dumping definittiv ta’ EUR 32,6 għal kull tunnellata fuq importazzjonijiet ta’ kokk tal-faħam f’biċċiet ta’ dijametru ta’ iktar minn 80 mm (“kokk 80+”) li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-“RPĊ”), li jaqgħu fi ħdan il-kodiċi NM ex 2704 00 19 (Kodiċi TARIC 2704001910). |
(2) |
Bid-Deċiżjoni 2004/264/KE (3) (id-“Deċiżjoni”), il-Kummissjoni ssospendiet id-dazju anti-dumping definittiv għal perijodu ta’ disa’ xhur, b’effett mill-20 ta’ Marzu 2004. |
B. BAŻI GĦALL-ESTENSJONI TAS-SOSPENSJONI
(3) |
L-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku jipprovdi għall-possibbiltà ta’ sospensjoni ta’ miżuri anti-dumping fl-interess tal-Komunità għar-raġuni li l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu nbidlu temporanjament b’tali mod li ma jkunx probabbli li jkun hemm aktar danni bħala riżultat ta’ tali sospensjoni. Il-miżuri anti-dumping jistgħu jkunu sospiżi b’deċiżjoni tal-Kummissjoni għal perijodu ta’ disa’ xhur. L-Artikolu 14(4) jkompli jispeċifika li s-sospensjoni tista’ tkun estiża għal perijodu ieħor, li ma jaqbiżx sena, kemm-il darba l-Kunsill jiddeċiedi dan fuq proposta tal-Kummissjoni. |
(4) |
Wara s-sospensjoni tad-dazju anti-dumping definittiv bid-Deċiżjoni, il-Kummissjoni, skond il-premessa (15) tad-Deċiżjoni, kompliet timmonitorja s-sitwazzjoni tas-suq tal-kokk 80+. Apparti l-analiżi fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ, intbagħat kwestjonarju lill-partijiet kollha konċernati li jitlob data fuq il-produzzjoni, il-bejgħ bħala volum u prezz fis-suq tal-Komunità u l-qligħ għall-2003 u għall-ewwel sitt xhur ta’ l-2004. |
(5) |
Ġew irċevuti tweġibiet kemm mill-industriji kwerelanti kif ukoll minn dawk utenti. Erba’ produtturi tal-Komunità ikkooperaw: tlieta mill-UE-15 (industrija kwerelanti) u wieħed mill-Polonja. Tnax-il kumpanija li jirrappreżentaw l-industriji ta’ l-istone-wool u l-funderiji kkooperaw ukoll. |
Importazzjonijiet mir-RPĊ
(6) |
Rigward il-volum ta’ l-importazzjonijiet lejn il-Komunità mir-RPĊ, instab li matul l-ewwel sitt xhur ta’ l-2004, il-volum ta’ l-importazzjonijiet tal-prodott konċernat naqas b’4 % meta mqabbel ma’ l-istess perijodu ta’ l-2003. Madankollu, abbażi ta’ l-esperjenza tas-snin ta’ qabel, jidher li normalment isiru iktar importazzjonijiet matul it-tieni nofs tas-sena. Tassew, f’dan il-każ it-tqabbil tal-volum ta’ l-importazzjonijiet bejn Jannar u Ġunju ta’ l-2004 u l-aħħar sitt xhur ta’ l-2003 juri tnaqqis ta’ 11 %. |
(7) |
Rigward il-prezzijiet, il-prezz medju ta’ kokk 80+ matul l-ewwel sitt xhur ta’ l-2004 żdied b’107 % meta mqabbel mal-prezz medju ta’ l-2003. Bħala medja, il-prezz ta’ kull unità kien ta’ EUR 124 għal kull tunnellata fl-2003 u EUR 256 għal kull tunnellata matul l-ewwel sitt xhur ta’ l-2004. Ta’ min jinnota li matul l-ewwel ħames xhur ta’ l-2004 kien hemm żieda ċkejkna, minn EUR 110 għal EUR 140, u li f’Ġunju l-prezz għola għal EUR 403. |
Importazzjonijiet minn pajjiżi oħra
(8) |
Matul l-investigazzjoni oriġinali, il-kompetituri ewlenin tar-RPĊ kienu l-Polonja u r-Repubblika Ċeka. Skond l-Eurostat, l-importazzjonijiet totali minn dawn il-pajjiżi kienu 924 602 tunnellati meta mqabbla ma’ 318 005 tunnellati mir-RPĊ fl-2003. Dawn il-pajjiżi issa huma parti mill-industrija tal-Komunità u d-data tagħhom ġiet ikkunsidrata. |
Sitwazzjoni tal-produtturi tal-Komunità
(9) |
Il-produzzjoni fost il-produtturi tal-Komunità (UE-15) żdiedet minn 442 397 tunnellata fl-2003 għal stima ta’ 543 920 tunnellata fl-2004, jiġifieri bi 23 %. Fl-istess ħin, il-volum tal-bejgħ żdied b’35 % u l-prezzijiet bi 8 %. L-industrija tal-Komunità tidher li bdiet tirkupra relattivament tajjeb mis-sitwazzjoni dannuża ta’ qabel, billi l-profitt medju kien 8,5 % fl-2003 u 12,4 % fl-aħħar ta’ Ġunju ta’ l-2004. |
(10) |
Fir-rigward ta’ l-Istati Membri l-ġodda ta’ l-UE, il-produzzjoni tal-kokk 80+ hija kkonċentrata prinċipalment fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka. Wieħed mill-produtturi Pollakki kkoopera f’dan il-proċediment. Il-produzzjoni ta’ l-UE-25 fost il-kumpaniji kooperanti żdiedet bi 30 % mill-2003 sa l-2004. Fl-istess ħin il-volum tal-bejgħ żdied b’39 % u l-prezzijiet tal-bejgħ bi 12 %. Il-profitt medju għall-produtturi ta’ l-UE-25 kien ta’ 13 % fl-2003 u 19,1 % fl-2004. |
Sitwazzjoni ta’ l-industrija utenti (industrija ta’ l-istone-wool u l-funderiji)
(11) |
Il-prezzijiet tal-kokk 80+ importat mir-RPĊ mill-industrija utenti żdiedu minn EUR 143/t fl-2003 għal EUR 255/t fl-2004 (April-Ġunju), jiġifieri bi 78 %. Il-volum tal-kokk Ċiniż mixtri minn dawn l-utenti naqas minn158 730 tunnellata fl-2003 għal volum stmat ta’ 65 114-il tunnellata fl-2004, jiġifieri b’59 %. |
(12) |
L-utenti xorta jsostnu li l-provvista tal-kokk 80+ ma tlaħħaqx mad-domanda tas-suq tal-Komunità, minkejja żidiet sinjifikanti fil-produzzjoni u l-bejgħ mill-industrija tal-Komunità. Barra minn hekk, huma jargumentaw li l-kokk 80+ Ċiniż m’huwiex disponibbli fi kwantitajiet suffiċjenti u meta disponibbli dawn ikunu bi prezz tassew għoli. |
Ċ. KONKLUŻJONI
(13) |
Minn dan t’hawn fuq, jidher li s-suq jinsab fl-istess sitwazzjoni bħal meta kienu sospiżi l-miżuri. Tabilħaqq, minkejja l-bidla temporanja fil-kondizzjonijiet tas-suq, u b’mod partikolari l-livell għoli tal-prezzijiet tal-prodott konċernat, li huma ferm ogħla mil-livell dannuż misjub fl-investigazzjoni oriġinali, flimkien ma’ l-iskarsezza tal-provvista tal-kokk 80+, huwa kkunsidrat li m’huwiex probabbli li d-dannu kkawżat lill-industrija tal-Komunità minn importazzjonijiet ta’ kokk 80+ mir-RPĊ jissokta taħt iċ-ċirkustanzi preżenti, u li estensjoni tas-sospensjoni tkun fl-interess tal-Komunità. Konsegwentement, il-kundizzjonijiet għas-sospensjoni jibqgħu sodisfatti. |
(14) |
Minħabba s-sejbiet imsemmija hawn fuq, huwa propost li s-sospensjoni tad-dazju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ kokk tal-faħam fi bċejjeċ b’dijametru ta’ iktar minn 80 mm tkun estiża għal perijodu ieħor ta’ sena, b’mod konformi ma’ l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku. |
(15) |
Ta’ min wieħed jinnota li meta din is-sospensjoni estiża tiskadi, id-dazju anti-dumping fis-seħħ ikun skada, sakemm ma ssirx talba għal reviżjoni tad-data ta’ skadenza. |
(16) |
Il-partijiet kollha interessati ġew infurmati bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jwasslu għal din il-konklużjoni. Għar-raġuni li s-suq tal-kokk huwa wieħed tassew volatili, l-industrija tal-Komunità talbet għal estensjoni, limitata għal 9 xhur, tas-sospensjoni tad-dazju anti-dumping. F’dan ir-rigward kien ikkunsidrat li perijodu iqsar ma kienx xieraq fil-kuntest preżenti, minħabba li b’mod konformi ma’ l-Artikolu 14(4) tar-Regolament bażiku, il-miżuri jistgħu jiddaħħlu mill-ġdid, fi kwalunkwe ħin u wara konsultazzjoni, kemm-il darba r-raġuni għas-sospensjoni ma tkunx aktar applikabbli. |
(17) |
Għall-perijodu tas-sospensjoni, il-Kummissjoni se tkompli ssegwi l-iżvilupp ta’ l-importazzjonijiet tal-kokk 80+ fil-Komunità, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sospensjoni tad-dazju anti-dumping definittiv impost mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2730/2000/KESE hija b'dan estiża sal-15 ta’ Diċembru 2005.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
G. ZALM
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
(2) ĠU L 316, 15.12.2000, p. 30. Deċiżjoni kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 997/2004 (ĠU L 183, 20.5.2004, p. 1).
(3) ĠU L 81, 19.3.2004, p. 89.
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ottubru 2004
dwar l-iffirmar, f'isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera rigward l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen
(2004/849/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 24 u 38 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Presidenza, assistita mill-Kummissjoni, fis-17 ta’ Ġunju 2002, in-negozjati ma’ l-Awtoritajiet Svizzeri, dwar l-assoċjazzjoni ta’ l-Isvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen ġew konklużi. |
(2) |
Soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, huwa mixtieq li l-Ftehim li ġie inizjalat fil-25 ta’ Ġunju 2004 jiġi ffirmat. |
(3) |
Il-Ftehim jipprovdi għall-applikazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tiegħu. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim. |
(4) |
Sa fejn għandu x’jaqsam l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqa’ taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (1) isiru applikabbli, mutatis mutandi, għar-relazzjonijiet ma’ l-Isvizzera mal-firma tal-Ftehim. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tar-Renju Unit, skond il-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċizjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi disposizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (2). |
(6) |
Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni ta' l-Irlanda, skond il-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċizjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tad-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba ta' l-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (3), |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, u d-dokumenti relatati li jikkonsistu fl-Att Finali, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta’ Ittri dwar il-Kumitati li jassistu lill-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tas-setgħa esekuttiva tagħha, u tad-Dikjarazzjoni Komuni dwar laqgħat konġunti, huwa hawnhekk approvat f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni.
It-testi tal-Ftehim u tad-dokumenti relatati huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna/i awtorizzata/i biex t/jiffirma(w) il-Ftehim u d-dokumenti relatati f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għal konklużjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tapplika fl-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet elenkati fl-Annessi A u B għall-Ftehim u għall-iżvilupp tagħhom sal-punt li tali dispożizzjonijiet għandhom bażi legali fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew sal-punt li kien stabbilit skond id-Deċiżjoni 1999/436/KE (5) li huma għandhom tali bażi.
Artikolu 4
1. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 1sa 4 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, bl-istess mod, għall-assoċjazzjoni ta’ l-Isvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqa’ taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.
2. Qabel ma d-delegazzjonijiet li jirrappreżentaw il-membri tal-Kunsill jieħdu sehem f’deċiżjoni tal-Kumitat Imħallat stabbilit mill-Ftehim, skond l-Artikolu 7(4) jew (5) u l-Artikolu 10 tiegħu, huma għandhom jiltaqgħu fil-Kunsill sabiex jiddeterminaw jekk tistax tiġi adottata pożizzjoni komuni.
Artikolu 5
Skond l-Artikolu 14(2) tal-Ftehim, l-Artikoli 1, 3, 4, 5 u 6 u l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7(2)(a) tiegħu għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja, sakemm huwa jidħol fis-seħħ.
Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Ottubru 2004.
Għall-Kunsill
R. VERDONK
Il-President
(1) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(2) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(4) Council Document 13054/04 is accessible at http://register.consilium.eu.int
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 17.
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
60 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Diċembru 2004
li tawtorizza lir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika Taljana japplikaw miżura derogatorja mill-Artikolu 3(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta' taxxi fuq il-valur tal-bejgħ
(2004/853/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jawtorizza kwalunkwe Stat Membru sabiex jintroduċi miżuri speċjali derogatorji mid-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva, sabiex tiġi simplifikata l-proċedura li biha tintalab it-taxxa jew biex jiġu prevenuti ċerti tipi ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa. |
(2) |
F’talba ppreżentata lill-Kummissjoni u reġistrata għand is-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fl-24 ta' Marzu 2004, il-Gvernijiet Franċiżi u Taljani talbu l-awtorizzazzjoni biex jidderogaw mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/388/KEE. |
(3) |
Skond l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri l-oħra permezz ta' ittra ta' l-1 ta' Ġunju 2004 bit-talba magħmula mill-Gvernijiet ta' Franza u ta' l-Italja u b’ittra tat-3 ta’ Ġunju 2004 l-Kummissjoni għarrfet lir-Repubblika Franċiża u lir-Repubblika Taljana li kellha l-informazzjoni kollha li hi tqis bħala meħtieġa għall-valutazzjoni tat-talba. |
(4) |
Bejn Franza u l-Italja hemm żewġ mini: Mont Blanc (Monte Bianco) u Fréjus. Il-fruntiera bejn iż-żewġ Stati hija ġewwa l-mina iżda ma jkunx prattiku li l-ġbir tat-tariffi jsir ġo fiha. L-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 77/388/KEE jistipula li “… ‘it-territorju ta' Stat Membru’ għandu jfisser it-territorju tal-pajjiż…”. Skond ir-regoli attwali, għalhekk, l-ammont taxxabbli tat-tariffi għandu jkun relatat mat-tul tal-mina li tappartjeni għal kull Stat. Ladarba jkun għoli wisq u ta' tfixkil li jkun hemm kabina tal-ħlas f'kull tarf tal-mina għal kull Stat Membru biex jiġbru s-sehem tagħhom tat-tariffa, it-tariffi jinġabru flimkien fl-entratura tal-mina. Kull vjaġġ minn ġol-mina għandu jiġi fatturat b'żewġ tariffi u żewġ rati ta' VAT differenti: waħda għat-territorju Franċiż u l-oħra għat-territorju Taljan. Barra minn hekk, l-ammont taxxabbli u l-VAT għandhom wara dan jinqasmu bejn iż-żewġ Stati Membri. B'hekk il-VAT hija fattur kumplikanti addizzjonali f'mekkaniżmu ta' kumpens finanzjarju li diġà huwa kumpless li jirriżulta mill-qsim ta' l-ispejjeż ta' ġestjoni tal-mina. |
(5) |
L-iskop tad-deroga mitluba minn Franza u l-Italja huwa li jfittxu awtorizzazzjoni biex jidderogaw mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward tal-mina ta' Mont Blanc (Monte Bianco) u l-mina ta' Fréjus. |
(6) |
Għaż-żewġ mini ż-żewġ Stati jixtiequ jikkunsidraw it-tul sħiħ tal-karreġġjata ġewwa 'l mina bħala territorju ta' l-Istat li fih jibda kwalunkwe vjaġġ ta' transitu minn ġol-mina li jagħmel użu mill-karreġġjata. B'hekk l-uffiċċju Franċiż japplika l-VAT Franċiża għat-tariffa sħiħa għall-vjaġġi kollha li jibdew min-naħa Franċiża. L-istess mekkaniżmu jiġi applikat mill-uffiċċju Taljan għal vjaġġi kollha li jibdew min-naħa Taljana. |
(7) |
Din id-deroga għandha effett biss fir-rigward tal-ħlasijiet f'tariffi u sabiex jiġi ssimplifikat l-mod li bih il-VAT tiġi kkalkulata u ddikjarata. Ma taffettwax it-territorju tal-VAT ta' l-Italja jew Franza għall-iskopijiet ta' kwalunkwe fornimenti oħrajn. |
(8) |
Il-miżura maħsuba hija mfassla biex issolvi l-problemi ppreżentati hawn fuq billi tissimplifika l-arranġamenti għal ħlas tat-taxxa u hija essenzjalment ta' natura teknika. Ma taffettwax ħażin lir-riżorsi proprji tal-Komunitajiet provduti mill-VAT, u lanqas ma għandha xi effett fuq l-ammont tat-taxxa dovuta fl-istadju finali tal-konsum. |
(9) |
Billi l-materja involuta hija d-definizzjoni tat-territorju għal skopijiet ta' VAT li għaliha m'għandu jkun hemm l-ebda tibdil, id-deroga mitluba għandha tingħata għal perijodu indefinittiv, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 77/388/KEE, Franza u l-Italja huma b'dan awtorizzati jikkunsidraw il-karreġġjata fil-mini ta' Mont Blanc (Monte Bianco) u Fréjus, għat-tul sħiħ tagħhom, bħala parti mit-territorju ta' l-Istat Membru li minnu jibda kwalunkwe vjaġġ li jagħmel użu mill-karreġġjata.
Artikolu 2
L-Artikolu 1 għandu japplika għat-tariffi tal-mini biss.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża u lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
G. ZALM
(1) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Diċembru 2004
li temenda d-Deċiżjoni 2001/865/KE li tawtorizza r-Renju ta’ Spanja japplika miżura derogatorja mill-Artikolu 11 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq il-valur tal-bejgħ
(2004/854/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2001/865/KE (2) l-Kunsill awtorizza lir-Renju ta' Spanja, permezz ta' deroga mill-Artikolu 11(A)(1)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE, jinkludi fl-ammont taxxabbli ta' forniment ta' oġġetti jew forniment ta' servizzi l-valur ta' kwalunkwe deheb użat mill-fornitur u provdut mir-riċevent f'każijiet fejn il-forniment tad-deheb lir- riċevent huwa eżentat skond l-Artikolu 26b tad-Direttiva 77/388/KEE. |
(2) |
Il-mira ta' dik id-deroga kienet li jiġi evitat abbuż mill-eżenzjoni għad-deheb ta' investiment u b'hekk biex jiġu prevenuti ċerti tipi ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa. |
(3) |
B’ittra reġistrata għand is-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fl-4 ta' Awissu 2004, il-Gvern Spanjol talab l-estensjoni tal-validità tad-Deċiżjoni 2001/865/KE, li tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2004. |
(4) |
Skond l-Artikolu 27(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri l-oħra bit-talba magħmula mir-Renju ta’ Spanja b’ittra ddatata d-9 ta’ Awissu 2004. B’ittra ddatata l-10 ta’ Awissu 2004, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Renju ta' Spanja li kellha l-informazzjoni kollha li kkunsidrat meħtieġa biex tivvaluta t-talba. |
(5) |
Skond l-awtoritajiet Spanjoli, id-deroga awtorizzata bid-Deċiżjoni 2001/865/KE kienet effettiva fil-kisba ta' l-għanijiet iddikkjarati hawn fuq. |
(6) |
Id-derogi skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 77/388/KEE li jilqgħu kontra l-evitar tal-VAT marbuta ma' l-eżenzjoni għad-deheb ta' investiment jistgħu jiġu inklużi fi proposta futura għal Direttiva li tirrazzjonalizza xi wħud mid-derogi skond dak l-Artikolu. |
(7) |
Huwa għalhekk meħtieġ li tiġi estiża l-validità tad-deroga mogħtija taħt id-Deċiżjoni 2001/865/KE sad-dħul fis-seħħ ta' Direttiva li tirrazzjonalizza d-derogi skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 77/388/KEE li jilqgħu mill-evitar jew l-evitar tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbut ma' l-eżenzjoni għad-deheb ta' investiment, jew sal-31 ta' Diċembru 2009, liema minnhom ikun l-aktar kmieni. |
(8) |
Id-deroga mhi ser ikollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorzi proprji tal-Komunità provduti mill-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2001/865/KE għandhu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 2
L-awtorizzazzjoni mogħtija taħt l-Artikolu 1 għandha tagħlaq fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' direttiva li tirrazzjonalizza d-derogi skond l-Artikolu 27 tad-Direttiva 77/388/KEE li jilqgħu kontra l-evitar tat-taxxa fuq il-valur miżjud marbut ma' l-eżenzjoni għad-deheb ta' investiment, jew fil-31 ta' Diċembru 2009, liema minnhom tkun l-aktar kmieni.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
G. ZALM
(1) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).
(2) ĠU L 323, 7.12.2001, p. 24.
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta’ Diċembru 2004
li temenda l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 98/198/KE li tawtorizza lir-Renju Unit jestendi applikazzjoni ta' miżura derogatorja mill-Artikoli 6 u 17 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq il-valur tal-bejgħ
(2004/855/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 77/388/KEE, il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jawtorizza kwalunkwe Stat Membru sabiex jintroduċi jew jestendi miżuri speċjali derogatorji minn dik id-Direttiva, sabiex tiġi simplifikata l-proċedura li biha tintalab it-taxxa jew biex jiġu prevenuti ċerti tipi ta’ evażjoni jew evitar tat-taxxa. |
(2) |
Bid-Deċiżjonijiet 95/252/KE (2) u 98/198/KE (3), il-Kunsill awtorizza lir-Renju Unit japplika miżura derogatorja mill-Artikoli 6 u 17 tad-Direttiva 77/388/KEE. |
(3) |
B’ittra reġistrata għand is-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fl-14 ta' Ġunju 2004, u sussegwentement ċirkolata ma' l-Istati Membri kollha fis-7 ta' Lulju 2004, il-Gvern tar-Renju Unit talab estensjoni tad-deroga msemmija hawn fuq. |
(4) |
Id-deroga li għadha valida tippermetti lir-Renju Unit inaqqas għal 50 % d-dritt tal-kerrej jew l-inkwilin għat-tnaqqis tat-taxxa tad-dħul mill-ħlasijiet għall-kera jew tal-lokazzjoni ta' vettura tal-passiġġieri tan-negozju fejn il-vettura hija użata wkoll għal skopijiet privati. Tippermetti wkoll lir-Renju Unit ma jittrattax bħala fornimenti ta' servizzi għal konsiderazzjoni l-użu privat ta' vettura mikrija jew meħudha b'lokazzjoni minn persuna taxxabbli għal skopijiet ta' negozju. Id-deroga tneħħi l-ħtieġa għall-kerrej/inkwilin li jżomm reġistrazzjonijiet dwar il-kilometraġġ privat li jkun twettaq bil-karozzi tan-negozju u biex jiddikkjara t-taxxa fuq il-kilometraġġ attwali ta' kull vettura. Hija għalhekk miżura ta' simplifikazzjoni iżda tillimita wkoll l-ambitu għal abbuż permezz ta' żamma ta' reġistrazzjonijiet mhux korretta. |
(5) |
Iċ-ċirkostanzi legali u fattwali li ġġustifikaw l-għoti ta' awtorizzazzjoni għall-applikazzjoni tad-deroga oriġinali ma tbiddlux u għadhom għalhekk rilevanti. |
(6) |
Fid-dawl ta' proposti tal-Kummissjoni għal emenda tad-Direttiva 77/388/KEE fir-rigward ta' restrizzjonijiet fuq id-dritt ta' tnaqqis tal-VAT, huwa xieraq li jiġi estiż il-perijodu ta' l-awtorizzazzjoni sakemm tali emendi relevanti jidħlu fis-seħħ. Madankollu, din l-awtorizzazzjoni ser tiskadi, sa l-aktar tard, fil-31 ta' Diċembru 2007 jekk l-ebda tali emendi ma jkunu daħlu fis-seħħ sa dik id-data, waqt li valutazzjoni tal-ħtieġa derogatorja tkun tista' ssir f'dak il-mument fid-dawl tad-diskussjonijiet ulterjuri tal-proposti li jkunu saru fil-Kunsill. |
(7) |
Estensjoni mhi ser ikollha l-ebda impatt fuq ir-riżorzi proprji tal-Komunitajiet Ewropej li jinġemgħu mit-taxxa fuq il-valur miżjud, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 98/198/KE għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 3
Din l-awtorizzazzjoni għandha tiskadi fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-regoli tal-Komunità li jiddeterminaw liema spiża li tirrelata ma' vetturi tat-triq bil-magna m'għandhiex tkun eliġibbli għal tnaqqis komplet tat-taxxa fuq il-valur miżjud, iżda mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2007.”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
G. ZALM
(1) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).
(2) ĠU L 159, 11.7.1995, p. 19.
(3) ĠU L 76, 13.3.1998, p. 31. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/909/KE (ĠU L 342, 30.12.2003, p. 49).
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
65 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2143/2004
tat-13 ta’ Diċembru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 74/2004 li jimponi dazji definittivi ta' kontrabilanċ fuq importazzjonijiet ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar li joriġinaw fl-Indja
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta' Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li m'humiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”),
Wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004 tat-13 ta' Jannar 2004 li jimponi dazji definittivi ta' kontrabilanċ fuq importazzjonijiet ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton/tajjar li joriġinaw fl-Indja (2),
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA PREĊEDENTI
(1) |
Permezz tar-Regolament (KE) Nru 74/2004, il-Kunsill impona dazju definittiv ta' kontrabilanċ fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' bjankerija tas-sodda tat-tip tal-qoton li taqa' taħt il-kodiċi NM ex 6302 21 00 (kodiċi TARIC 6302210081, 6302210089), ex 6302 22 90 (kodiċi TARIC 6302229019), ex 6302 31 10 (kodiċi TARIC 6302311090), ex 6302 31 90 (kodiċi TARIC 6302319090) u ex 6302 32 90 (kodiċi TARIC 6302329019), li joriġinaw fl-Indja. Minħabba n-numru kbir ta' partijiet li kkooperaw, intagħżel kampjun tal-produtturi esportaturi Indjani u ġew imposti rati ta' dazju individwali li jvarjaw minn 4,4 % sa 10,4 % fuq il-kumpanniji inklużi fil-kampjun, filwaqt li kumpanniji oħrajn li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun ġew attribwiti rata ta' dazju ta' 7,6 %. Ġiet imposta rata ta' dazju ta' 10,4 % fuq il-kumpanniji li jew ma ddikjarawx ruħhom jew ma kkooperawx fl-investigazzjoni. |
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 74/2004 jistipula li fejn xi produttur esportatur ġdid fl-Indja jipprovdi biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li huwa ma esportax lejn il-Komunità il-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta' investigazzjoni (mill-1 ta' Ottubru 2001 sat-30 ta' Settembru 2002) (l-“ewwel kriterju”) u m'huwiex relatat ma' xi esportatur jew produttur fl-Indja li huwa soġġett għall-miżuri kontra s-sussidji imposti b'dak ir-Regolament (it-“tieni kriterju”), u li huwa fil-fatt esporta lejn il-Komunità dawk il-prodotti kkonċernati wara l-perijodu ta' investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti lejn il-Komunità (it-“tielet kriterju”), allura l-Artikolu 1(3) ta' dak ir-Regolament jista' jiġi emendat billi l-produttur esportatur il-ġdid jingħata r-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun, jiġifieri 7,6 %. |
B. TALBIET TA' ESPORTATURI/PRODUTTURI ĠODDA
(3) |
Erbgħa u għoxrin kumpannija Indjana applikaw biex ma jiġux trattati b'mod differenti mill-kumpanniji li kkooperaw fl-investigazzjoni oriġinali iżda ma ġewx inklużi fil-kampjun (“status ta' parteċipant ġdid”). |
(4) |
Żewġ kumpanniji Indjani li talbu l-istatus ta' parteċipanti ġodda ma tawx tweġiba għall-kwestjonarju. Għaldaqstant, ma kienx possibbli li jiġi vverifikat jekk dawn il-kumpanniji ssodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 74/2004, u t-talba tagħhom kellha tiġi rrifjutata. |
(5) |
Żewġ talbiet għall-istatus ta' parteċipant ġdid waslu tard wisq u għalhekk ma setgħet tintlaħaq ebda konklużjoni dwar dawn it-talbiet sad-data ta' l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(6) |
L-għoxrin kumpannija li kien fadal wieġbu l-kwestjonarju li kien maħsub sabiex jivverifika jekk il-kumpanniji kkonformawx mad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 74/2004. |
(7) |
L-evidenza pprovduta minn tlettax mill-esportaturi/produtturi Indjani msemmija hawn fuq hija kkunsidrata biżżejjed biex dawn il-kumpanniji l-ġodda tingħatalhom ir-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 7,6 %) u għalhekk li dawn it-tlettax-il kumpannija Indjana jiġu miżjudin mal-lista fl-Anness (l-“Anness”) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2004. |
(8) |
Fir-rigward tas-seba' esportaturi/produtturi Indjani li kien fadal, tnejn minnhom kienu relatati ma' kumpanniji soġġetti għall-miżuri ta' kontrabilanċ attwali, tlieta esportaw il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità matul il-perijodu ta' investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta' Ottubru 2001 sat-30 ta' Settembru 2002), wieħed ma setax jipprovdi fattura jew evidenza li huwa kien tabilħaqq esporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità wara l-perijodu ta' investigazzjoni oriġinali jew li huwa kien daħal f'obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. |
(9) |
Finalment, huwa nnotat li talba waħda ma setgħetx tiġi indirizzata fil-kuntest preżenti, minħabba li l-evidenza pprovduta mill-kumpannija applikanti teħtieġ li tiġi eżaminata aktar. |
(10) |
Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, kien ikkunsidrat li għas-sitt kumpanniji msemmija fil-premessa (8), għallinqas wieħed mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 74/2004 ma ġiex issodisfat. Għaldaqstant, il-pretensjoni tagħhom kellha tiġi rrifjutata. |
(11) |
Kumpanniji li għalihom ma ġiex aċċettat l-istatus ta' parteċipant ġdid ġew informati bir-raġunijiet ta' dik id-deċiżjoni u ngħataw l-opportunità li jwasslu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub. |
(12) |
Iż-żewġ kumpanniji relatati mal-kumpanniji soġġetti għall-miżuri ta' kontrabilanċ attwali qalu f'każ wieħed li l-kumpannija relatata tagħhom ma baqgħetx teżisti, u fit-tieni każ li huma kienu qegħdin tabilħaqq jistennew li jkunu soġġetti għall-istess rata ta' dazju bħal dik tal-kumpannija relatata tagħhom. |
(13) |
Fl-ewwel każ ġie kkunsidrat li l-fatt li l-kumpannija relatata ma baqgħetx teżisti kien tabilħaqq element sinifikanti fil-proċedura attwali, u li f'dan il-każ, ma setax jitqies li l-parteċipant il-ġdid ma kienx qed jirrispetta t-tieni kriterju. Għalhekk ġie deċiż li din il-kumpannija kellha tkun soġġetta wkoll għar-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 7,6 %) u għalhekk li tiżdied mal-lista fl-Anness. |
(14) |
Fit-tieni każ, fejn il-kumpannija applikanti hija relatata ma' kumpannija soġġetta għall-miżuri, instab li dan ma kellux awtomatikament iċaħħad lill-kumpannija milli tkun soġġetta għall-marġni ta' dazju medju peżat għal kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Tabilħaqq, ġie eżaminat jekk iż-żewġ kumpanniji relatati, jekk ikkunsidrati flimkien, kinux jintagħżlu fil-kampjun ta' produtturi esportaturi skond il-kriterji ta' għażla speċifikati fil-premessa (11) tar-Regolament (KE) Nru 74/2004. Minħabba li dan deher li m'huwiex il-każ, ir-relazzjoni bejn iż-żewġ kumpanniji ma taffettwax is-sejbiet tar-Regolament imsemmi hawn fuq. Għal dawn ir-raġunijiet, u minħabba l-prattika konsistenti tal-Kummissjoni li tqis il-kumpanniji kollha relatati bħala entità waħda soġġetti għall-istess dazju, ġie deċiż li din il-kumpannija għandha tkun soġġetta wkoll għar-rata ta' dazju applikabbli għall-kumpanniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 7,6 %) u għalhekk tiżdied mal-lista fl-Anness. |
(15) |
L-argumenti u s-sottomissjonijiet kollha magħmulin mill-partijiet interessati ġew analizzati u meqjusin debitament fejn meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-kumpanniji li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-lista ta' esportaturi/produtturi mill-Indja elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 74/2004:
“Alps Industries Ltd |
Ghaziabad |
Ambaji Marketing Pvt. Ltd |
Ahmedabad |
At Home India Pvt. Ltd |
New Delhi |
Balloons |
New Delhi |
Bhairav India International |
Ahmedabad |
G-2 International export Ltd |
Ahmedabad |
Harimann International |
Mumbai |
Kabra Brothers |
Mumbai |
Mohan Overseas (P) Ltd |
New Delhi |
Pradip Overseas Pvt. Ltd |
Ahmedabad |
Sarah Exports |
Mumbai |
S.P. Impex |
Indore |
Synergy |
Mumbai |
Texmart Import export |
Ahmedabad |
Valiant Glass Works Private Ltd |
Mumbai”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. R. BOT
(1) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
68 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta’ Ottubru 2004
dwar l-iffirmar, f’isem il-Komunità Ewropea, u dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, u l-Konfederazzjoni Svizzera, dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-Acquis ta’ Schengen
(2004/860/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 62, il-punt 3 ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 63 u l-Artikoli 66 u 95 flimkien ma' l-Artikolu 300(2),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, fis-17 ta’ Ġunju 2002, in-negozjati ma’ l-Awtoritajiet Svizzeri, dwar l-assoċjazzjoni ta’ l-Isvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-Acquis ta’ Schengen ġew konklużi. |
(2) |
Soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, hu mixtieq li l-ftehim li ġie inizjalat fil-25 ta’ Ġunju 2004 jiġi ffirmat. |
(3) |
Il-Ftehim jissodisfa l-applikazzjoni proviżorja ta' x'uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu. Dawn id-dispożizzjonijie għandhom jiġu applikati fuq bażi proviżorja sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim. |
(4) |
Sa fejn hu konċernat l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen, li jaqa’ taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill ta’ l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-acquis ta’ Schengen (1) isiru applikabbli, mutatis mutandis, għar-relazzjonijiet ma’ l-Isvizzera ma' l-iffirmar tal-Ftehim. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni tar-Renju Unit, taħt il-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċizjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li jieħdu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (2). |
(6) |
Din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax il-pożizzjoni ta' l-Irlanda, taħt il-Protokoll li jintegra l-acquis ta’ Schengen fil-qafas ta’ l-Unjoni Ewropea anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u d-Deċizjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002, dwar it-talba ta' l-Irlanda biextjieħu sehem f’uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ l-acquis ta’ Schengen (3). |
(7) |
Din id-Deċiżjoni m'għandhiex tippreġudika l-pożizzjoni tad-Danimarka, taħt il-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, |
IDDEĊIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-Aquis ta’ Schengen, u d-dokumenti relatati li jikkonsistu fl-Att Finali tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta’ Ittri dwar il-Kumitati li jassistu l-Kummissjoni Ewropea fl-eżerċizzju tas-setgħa esekuttiva tagħha u d-Dikjarazzjoni Komuni dwar laqgħat konġunti tal-Kumitati Mħallta huma hawnhekk approvati f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għal konklużjoni.
It-testi tal-Ftehim u d-dokumenti relatati huma mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill hu b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) awtorizzata/i biex t/jiffirma/w il-Ftehim u d-dokumenti relatati f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għal konklużjoni.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni għandha tapplika fl-oqsma koperti mid-dispożizzjonijiet elenkati fl-Annessi A u B tal-Ftehim u għall-iżvilupp tagħhom sa tali punt fejn tali dispożizzjonijiet għandhom, jew, skond id-Deċiżjoni 1999/436/KE (5), ġew determinati li għandhom, bażi legali fi ħdan it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Artikolu 4
1. Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 1 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE għandhom japplikaw, bl-istess mod, għall-assoċjazzjoni ta’ l-Isvizzera ma’ l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta’ l-Acquis ta’ Schengen, li jaqa’ taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
2. Qabel ma d-delegazzjonijiet li jirrapreżentaw il-membri tal-Kunsill jipparteċipaw f’deċiżjoni tal-Kumitat Imħallat stabbilit mill-Ftehim, skond l-Artikolu 7 (4) jew (5) jew l-Artikolu 10 tiegħu, huma għandhom jiltaqgħu fi ħdan il-Kunsill sabiex jiddeterminaw jekk tistax tiġi adottata pożizzjoni komuni.
Artikolu 5
B'mod konformi ma' l-Arikolu 14(2) tal-Ftehim, l-Artikoli 1, 3, 4, 5 u 6 u l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 7(2)(a) tiegħu għandhom japplikaw fuq bażi proviżorja, sakemm jitwettaq id-dħul fis-seħħ tiegħu.
Magħmul fil-Lussemburgu, 25 ta’ Ottubru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
R. VERDONK
(1) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31.
(2) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(4) Dokument tal-Kunsill 13054/04; aċċessibbli fuq http://register.consilium.eu.int
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 17.
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
70 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Diċembru 2004
li tawtorizza lir-Repubblika ta' l-Awstrija tapplika miżura derogatorja mill-Artikolu 17 tas-Sitt Direttiva (77/388/KEE) dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ
(2004/866/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra s-Sitt Direttiva tal-Kunsill (77/388/KEE) tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri fir-rigward ta’ taxxi fuq il-valur tal-bejgħ — sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 27(1) tagħha,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
B’ittra reġistrata għand is-Segretarjat-Ġenerali tal-Kummissjoni fit-12 ta' Diċembru 2003, l-awtoritajiet Awstrijaċi talbu l-awtorizzazzjoni biex japplikaw miżura speċjali derogatorja mill-Artikolu 17 tad-Direttiva 77/388/KEE. |
(2) |
L-Istati Membri l-oħra ġew informati b'din it-talba fis-26 ta' Marzu 2004. |
(3) |
Il-miżura derogatorja hija intiża biex teskludi kompletament it-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li hija meħuda fuq l-ispiża għal oġġetti u servizzi mid-dritt ta' tnaqqis meta aktar minn 90 % ta' l-oġġetti u servizzi huma użati għal skopijiet privati tal-persuna taxxabbli, jew ta' l-impjegati tagħha, jew, b'mod aktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta' negozju. Din il-miżura derogatorja tirrappreżenta deroga mill-Artikolu 17 u hija ġustifikata bil-ħtieġa li jiġi ssimplifikat l-impożizzjoni tal-VAT. |
(4) |
It-terminu ta' l-awtorizzazzjoni għandu jkun limitat sal-31 ta' Diċembru 2009. Dan il-perijodu massimu ser jippermetti li ssir evalwazzjoni ta' kemm jagħmel sens li tinżamm il-miżura derogatorja fid-dawl ta' l-esperjenza ta' l-Awstrija matul dan il-perijodu. |
(5) |
Il miżura derogatorja mhi ser ikollha l-ebda impatt negattiv fuq ir-riżorzi proprji tal-Komunità mill-VAT, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'deroga mill-Artikolu 17(2) tad-Direttiva 77/388/KEE, ir-Repubblika ta' l-Awstrija hija b'dan awtorizzata li teskludi l-ispiża fuq oġġetti u servizzi mid-dritt ta' tnaqqis tal-VAT meta aktar minn 90 % ta' l-oġġetti u servizzi huma użati għal skopijiet privati tal-persuna taxxabbli, jew ta' l-impjegati tagħha, jew, b'mod aktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta' negozju.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2009.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta’ l-Awstrija.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
B. R. BOT
(1) ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
71 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 2217/2004
tat-22 ta’ Diċembru 2004
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u r-Regolament (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 37(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tal-Kleinwalsertal (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz, li jinsabu fit-territorju Awstrijak u huma aċċessibbli biss bit-triq mill-Ġermanja, il-ħalib tal-produtturi tagħhom ġie kkunsinnat lil xerrejja Ġermaniżi. |
(2) |
Peress li r-Regolament (KEE) Nru 804/68 tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (2), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 856/84 (3), introduċa s-sistema Komunitarja ta' kwoti tal-ħalib, il-ħalib imqiegħed fis-suq minn dawn il-produtturi ttieħed f’konsiderazzjoni fl-istabbiliment tal-kwantitajiet ta' referenza tal-ħalib Ġermaniż. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 (4) introduċa pagament dirett għas-settur tal-ħalib b'bidu mis-sena kalendarja 2004. Dawn il-pagamenti huma bbażati fuq il-kwantitajiet ta' referenza individwali tal-produtturi kkonċernati li huma amministrati mill-Ġermanja filwaqt li, skond dak ir-Regolament, il-ħlas tal-premium għall-prodotti tal-ħalib għandu jitwettaq mill-awtoritajiet Awstrijaċi fil-limitu tal-kwantità ta' referenza nazzjonali tagħhom għall-perijodu ta' 12-il xahar ta' 1999/2000 stabbilit fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta' Settembru 1992 li jistabbilixxi dazju addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (5) u limitu baġitarju massimu previst fl-Artikolu 96(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. Kemm il-kwantità ta' referenza kif ukoll il-limitu massimu ġew ikkalkolati għall-Awstrija mingħajr ma ttieħed kont tal-kwantitajiet ta' referenza individwali għall-Kleinwalsertal (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz. |
(4) |
L-Artikolu 47(2) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 jipprevedi l-inklużjoni ta' pagamenti għall-ħalib fl-iskema ta' pagament uniku prevista f'dak ir-Regolament fl-2007. Madankollu, l-Artikolu 62 ta' l-istess Regolament jawtorizza lill-Istati Membri biex jantiċipaw l-inklużjoni ta' tali pagamenti mill-2005. L-inklużjoni tal-premium għall-prodotti tal-ħalib huwa previst fil-Ġermanja mill-2005, filwaqt li fl-Awstrija dan ser iseħħ fi stadju aktar tard. |
(5) |
Biex tkun tista' ssir amministrazzjoni prattika u korretta tal-premium tal-ħalib u l-inklużjoni tiegħu fl-Iskema ta' Pagament Uniku, ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 għandu jiġi emendat b'mod tali li, għall-Ġermanja u l-Awstrija, il-kwantitajiet ta' referenza u l-limitu baġitarju massimu, imsemmija fl-Artikolu 95(4) u 96(2), jieħdu konsiderazzjoni tal -kwantitajiet ta' referenza għall-ħalib tal-produtturi tar-reġjuni kkonċernati. Konsegwentement, jixraq ukoll li jiġi modifikat l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 tad-29 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi taxxa fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib sabiex il-kwantitajiet ta' referenza tal-produtturi kkonċernati jiġu konvertiti fi kwantitajiet ta' referenza Awstrijaċi mis-sena tal-kwota tal-ħalib 2004/05. |
(6) |
Għall-pagamenti dovuti fl-2004, meta jitqies li d-data għall-applikazzjoni diġà skadiet, huwa madankollu xieraq li tiġi prevista deroga għall-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li tippermetti lill-Ġermanja tħallas il-premium lill-bdiewa li jinsabu fil-Kleinwalsertal Awstrijaka (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) |
Fl-Artikolu 95(4), għandu jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej: “Madankollu, għall-Ġermanja u l-Awstrija l-limitu massimu stabbilit abbażi tal-kwantitajiet ta' referenza għall-perijodu ta' 12-il xahar ta' 1999/2000, għandu jkun, rispettivament, 27 863 827,288 u 2 750 389,712 tunnellati.” |
2) |
L-Artikolu 96(2) huwa b'dan emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 3
B'deroga mill-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, il-Ġermanja għandha tħallas il-premium għall-prodotti tal-ħalib u pagamenti addizzjonali għall-2004 lill-bdiewa li jinsabu fil-Kleinwalsertal Awstrijaka (Komunità ta' Mittelberg) u l-Komunità ta' Jungholz.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika kif ġej:
(a) |
L-Artikolu 1 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2005; |
(b) |
L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' April 2004; |
(c) |
L-Artikolu 3 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2004. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
C. VEERMAN
(1) Opinjoni ta' l-14.12.2004 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) ĠU L 148, 28.6.1968, p. 13. Ir-Regolament revokat bir-Regolament (KE) Nru 1255/1999 (ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48).
(4) ĠU L 270, 21.10.2003, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru. 864/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 48).
(5) ĠU L 405, 31.12.1992, p. 1. Ir-Regolament revokat bir-Regolament (KE) Nru 1788/2003 (ĠU L 270, 21.10.2003, p. 123) u l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 739/2004 (ĠU L 116, 22.4.2004, p. 7).
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1788/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
(1) |
Il-punt (a) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
Il-punt (b) huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Il-punt (ċ) huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Il-punt (d) huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
Il-punt (e) huwa emendat kif ġej:
|
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
74 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Novembru 2004
dwar il-konklużjoni ta' ftehim bejn il-Komunitá Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali
(2004/889/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 moqri flimkien ma' l-Artikolu 300(2), is-subparagrafu (1) l-ewwel sentenza, tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumissjoni,
Billi:
(1) |
F'April ta’ l-1993 l-Kunsill adotta Deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja ftehim ta' kooperazzjoni doganali mal-Kanada f'isem il-Komunità, Ħong Kong, il-Ġappun, il-Korea, u l-Istati Uniti li ġiet estiża f'Mejju ta’ l-1997 fir-rigward tal-pajjiżi ta' l-ASEAN u ċ-Ċina. |
(2) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar kooperazzjoni u assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali għandhom jiġu approvati, |
IDDEĊIDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina dwar kooperazzjoni u assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità Ewropea.
It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-Kummissjoni, mgħejuna mir-rappreżentanti ta' l-Istati Membri, għandha tirrappreżenta lill-Komunità fil-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skond l-Artikolu 21 tal-Ftehim.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat biex jinnomina l-persuna/i li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità, b'hekk jesprimi l-kunsens tal-Komunità li tintrabat.
Artikolu 4
Il-President tal-Kunsill għandu jaffettwa n-notifika prevista fl-Artikolu 22 tal-Ftehim f’isem il-Komunità (1).
Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Novembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
G. ZALM
(1) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
FTEHIM
bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina war kooperazzjoni u assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali
IL-KOMUNITÀ EWROPEA,
u
IL-GVERN TAR-REPUBBLIKA POPOLARI TAĊ-ĊINA
minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Partijiet Kontraenti”,
WAQT LI JIKKUNSIDRAW l-importanza tar-rabtiet kummerċjali bejn ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Komunità Ewropea, u xewqana li jikkontribwixxu għall-benefiċċju taż-żewġ Partijiet Kontraenti, għall-iżvilupp armonjuż ta' dawn ir-rabtiet;
WAQT LI JEMMNU LI, sabiex jinkiseb dan il-għan, għandu jkun hemm impenn biex tiġi żviluppata l-kooperazzjoni doganali;
WAQT LI jqisu l-iżvilupp tal-kooperazzjoni doganali bejn il-Partijiet Kontraenti, rigward il-proċeduri doganali;
WAQT LI JIKKUNSIDRAW li l-operazzjonijiet fi ksur tal-leġislazzjoni doganali inklużi ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, huma ta' preġudizzju għall-interessi ekonomiċi, fiskali u kummerċjali taż-żewġ Partijiet Kontraenti, u filwaqt li jagħrfu l-importanza li tiġi żgurata l-valutazzjoni korretta tad-dazji doganali u taxxi oħra, b'mod partikolari, permezz ta' applikazzjoni korretta tar-regoli dwar l-evalwazzjoni, l-oriġini u l-klassifikazzjoni tariffarja doganali;
KONVINTI li l-azzjoni kontra tali operazzjonijiet tista' ssir iktar effettiva permezz ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti;
WARA LI KKUNSIDRAW l-obbligi imposti taħt konvenzjonijiet internazzjonali diġà aċċettati mill-Partijiet Kontraenti jew applikati lilhom; kif ukoll attivitajiet relatati mad-Dwana mwettqa mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ;
WARA LI kkunsidraw il-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina ffirmat fl-1985,
QABLU KIF ĠEJ:
TITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Tifsiriet
Għall-finijiet tal-Ftehim:
(a) |
“leġislazzjoni doganali” tfisser kwalunkwe liġi, dispożizzjoni jew strument legali li jorbot tal-Komunità Ewropea jew tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jirregola l-importazzjoni, l-esportazzjoni u t-transitu ta' merkanzija u t-tqegħid tagħhom taħt kwalunke reġim jew proċedura doganali, inklużi miżuri ta' projbizzjoni, restrizzjoni u kontroll; |
(b) |
“awtorità doganali” għandha tfisser, fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u fil-Komunità Ewropea, is-servizzi kompetenti responsabbli għall-kwistjonijiet doganali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea; |
(ċ) |
“awtorità applikanti” għandha tfisser awtorità doganali kompetenti maħtura minn Parti Kontraenti għal dan il-fini u li tagħmel talba għal assistenza amministrattiva, abbażi ta' dan il-Ftehim; |
(d) |
“awtorità interpellata” għandha tfisser awtorità doganali kompetenti maħtura minn Parti Kontraenti għal dan il-fini u li tirċievi talba għal assistenza amministrattiva, abbażi ta' dan il-Ftehim; |
(e) |
“data personali” għandha tfisser l-informazzjoni kollha relatata ma’ individwu identifikat jew identifikabbli; |
(f) |
“operazzjoni bi ksur tal-leġislazzjoni doganali” għandha tfisser kull ksur jew attentat ta' ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
(g) |
“persuna” għandha tfisser persuna naturali jew entità legali; |
(h) |
“informazzjoni” għandha tfisser data, kemm jekk ipproċessata jew analizzata u kemm jekk le, u dokumenti, rapporti u komunikazzjonijiet oħra fi kwalunkwe forma, inklużi kopji elettroniċi, jew ċertifikati jew awtentikati tagħhom. |
Artikolu 2
Applikazzjoni territorjali
Dan il-Ftehim għandu japplika, min-naħa waħda, għat-territorju doganali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u, min-naħa l-oħra, għat-territorji li fihom huwa applikat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak it-Trattat.
Artikolu 3
Żviluppi futuri
Il-Partijiet Kontraenti jistgħu b'kunsens reċiproku jwessgħu dan il-Ftehim bil-għan li jżidu l-livelli ta' kooperazzjoni doganali u li jissupplimentawhom, skond il-leġislazzjoni doganali rispettiva tagħhom, permezz ta' ftehim dwar setturi jew materji speċifiċi.
TITOLU II
KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-FTEHIM
Artikolu 4
Twettiq ta’ kooperazzjoni u assistenza
Il-kooperazzjoni u l-assistenza kollha taħt dan il-Ftehim għandha titwettaq mill-Partijiet Kontraenti skond il-liġijiet, id-dispożizzjonijiet, u strumenti legali oħra tagħhom. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni u l-assistenza kollha taħt dan il-Ftehim minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet Kontraenti għandha titwettaq fil-limiti tal-kompetenza tiegħu u r-riżorsi disponibbli.
Artikolu 5
Obbligi imposti taħt ftehim oħra
1. Waqt li jitqiesu tal-kompetenzi rispettivi tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom:
(a) |
ma jaffettwawx l-obbligi tal-Partijiet Kontraenti taħt kwalunkwe ftehim jew konvenzjoni internazzjonali oħra; |
(b) |
jitqiesu komplimentarji ma' ftehim dwar kooperazzjoni doganali u assistenza amministrattiva reċiproka li ġew jew li jistgħu jiġu konklużi bejn l-Istati Membri individwali u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, |
(ċ) |
ma jaffettwawx id-dispożizzjonijiet Komunitarji li jirregolaw il-komunikazzjoni bejn is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali ta' l-Istati Membri dwar kwalunkwe informazzjoni miksuba taħt dan il-Ftehim li tista' tkun ta' interess għall-Komunità; |
2. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim għandhom jieħdu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet ta' kwalunkwe ftehim bilaterali dwar kooperazzjoni doganali u assistenza amministrattiva reċiproka li jkunu ġew jew li jistgħu jiġu konklużi bejn l-Istati Membri individwali u r-Repubblika Popolari taċ-Ċina, safejn id-dispożizzjonijiet ta' dan ta' l-aħħar ikunu inkompatibbli ma' dawk ta' dan il-Ftehim.
3. Rigward il-kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' kif jiġi applikat dan il-Ftehim, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin sabiex jirrisolvu l-kwistjoni fil-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali stabbilit taħt l-Artikolu 21 ta' dan il-Ftehim.
TITOLU III
KOOPERAZZJONI DOGANALI
Artikolu 6
Ambitu tal-kooperazzjoni
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jimpenjaw ruħhom li jiżviluppaw kooperazzjoni doganali. B'mod partikolari, il-Partijiet Kontraenti għandhom ifittxu li jikkooperaw fl-oqsma li ġejjin:
(a) |
l-istabbiliment u ż-żamma ta' mezzi ta' komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali tagħhom biex jiffaċilitaw u jiżguraw l-iskambju bil-ħeffa ta' l-informazzjoni; |
(b) |
l-iffaċilitar ta' koordinazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet doganali tagħhom; |
(ċ) |
kwalunkwe kwistjoni amministrattiva oħra relatata ma' dan il-Ftehim li minn żmien għall-ieħor tista' teħtieġ l-azzjoni konġunta tagħhom. |
2. Il-Partijiet Kontraenti jimpenjaw ruħhom li jiżviluppaw azzjonijiet ta' tħaffif tal-kummerċ fi kwistjonijiet doganali waqt li titqies il-ħidma li saret f'dan ir-rigward minn organizzazzjonijiet internazzjonali.
3. Taħt dan il-Ftehim, il-kooperazzjoni doganali għandha tkopri l-kwistjonijiet kollha relatati ma' l-applikazzjoni tal-leġislazzjoni doganali.
Artikolu 7
Kooperazzjoni fil-proċeduri doganali
Il-Partijiet Kontraenti jaffermaw l-impenn tagħhom li jiffaċilitaw il-moviment leġittimu tal-merkanzija u għandhom jiskambjaw informazzjoni u kompetenza dwar miżuri li jtejbu l-karatteristiċi tekniċi u l-proċeduri doganali u dwar sistemi kompjuterizzati bil-ħsieb li jimplimentaw dak l-impenn skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 8
Kooperazzjoni teknika
L-Awtoritajiet Doganali tal-Partijiet Kontraenti jistgħu jipprovdu lil xulxin b'assistenza teknika meta dan ikun ta' benefiċċju reċiproku fi kwistjonijiet doganali inkluż:
(a) |
l-iskambju ta' persunal u esperti, għall-finijiet ta' promozzjoni tal-fehim reċiproku tal-liġi, il-proċeduri u l-karatteristiċi t-tekniċi doganali ta' xulxin; |
(b) |
it-taħriġ, b'mod partikolari l-iżvilupp ta' ħiliet speċjalizzati ta' l-uffiċjali tagħhom tad-dwana; |
(ċ) |
l-iskambju ta' data professjonali, xjentifika u teknika relatata mal-liġi u l-proċeduri doganali. |
(d) |
l-karatteristiċi tekniċi u metodi mtejba ta' pproċessar ta' passiġġieri u tagħbija. |
(e) |
kwalunkwe kwistjoni amministrattiva ġenerali li tista' minn żmien għall-ieħor teħtieġ azzjonijiet konġunti mill-amministrazzjonijiet doganali tagħhom. |
Artikolu 9
Koordinazzjoni f'organizzazzjonijiet internazzjonali
L-awtoritajiet doganali għandhom ifittxu li jiżviluppaw u jsaħħu l-kooperazzjoni tagħhom dwar suġġetti ta' interess komuni sabiex ifittxu pożizzjoni koordinata meta jiġu diskussi dawk is-suġġetti fil-qafas ta' organizzazzjonijiet internazzjonali.
TITOLU IV
ASSISTENZA AMMINISTRATTIVA REĊIPROKA
Artikolu 10
Kamp ta' applikazzjoni
1. L-awtoritajiet doganali għandhom jassistu lil xulxin billi jipprovdu informazzjoni xierqa li tgħin biex tkun żgurata l-applikazzjoni xierqa ta' leġislazzjoni doganali u l-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-ġlieda kontra kwalunkwe ksur tal-leġislazzjoni doganali.
2. Assistenza fi kwistjonijiet doganali, kif previst f’dan il-Ftehim, għandha tapplika għal kwalunkwe awtorità amministrattiva tal-Partijiet Kontraenti li hija kompetenti għall-applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Din m'għandhiex tippreġudika n-normi li jirregolaw l-assistenza reċiproka fi kwistjonijiet kriminali. Lanqas ma għandha tkopri l-informazzjoni miksuba taħt il-poteri eżerċitati fuq it-talba ta' awtorità ġudizzjarja;
3. Assistenza biex jinġabru dazji, taxxi jew multi, jew l-arrest jew id-detenzjoni ta' kwalunkwe persuna jew il-qbid jew id-detenzjoni ta' proprjetà mhumiex koperti b'dan il-ftehim.
Artikolu 11
Assistenza fuq talba
1. Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità interpellata għandha tipprovdilha l-informazzjoni kollha rilevanti li tista' tgħinha sabiex tiżgura li l-leġislazzjoni doganali tiġi applikata b'mod korrett, inkluża l-informazzjoni rigward l-attivitajiet mikxufa jew ippjanati li huma jew jistgħu jkunu operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali. B'mod partikolari, fuq talba, l-awtoritajiet doganali għandhom jipprovdu lil xulxin informazzjoni rigward attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'reati fit-territorju tal-Parti l-oħra, per eżempju, dikjarazzjonijiet doganali inkorretti u ċertifikati ta' l-oriġini, fatturi jew dokumenti oħra magħrufa li huma, jew suspettati li huma, inkorretti jew falsifikati.
2. Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità interpellata għandha tinfurmaha dwar:
(a) |
l-awtentiċità tad-dokumenti uffiċjali prodotti b'appoġġ ta' dikjarazzjoni ta' merkanzija magħmula lill-awtorità doganali tal-parti li qed tagħmel it-talba; |
(b) |
jekk il-merkanzija esportata minn territorju ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti ġietx importata legalment fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra, waqt li tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura doganali applikata għall-merkanzija; |
(ċ) |
jekk il-merkanzija importata fit-territorju ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti kinitx esportata legalment fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra, waqt li tispeċifika, fejn xieraq, il-proċedura doganali applikata għall-merkanzija. |
3. Fuq it-talba ta' l-awtorità applikanti, l-awtorità interpellata għandha, fil-qafas tal-liġijiet, ir-regolamenti u l-istrumenti legali l-oħra li jorbtu tagħha, tieħu l-passi meħtieġa sabiex tiżgura li jkun hemm sorveljanza speċjali ta':
(a) |
persuni li fir-rigward tagħhom jeżistu raġunijiet tajbin biex jitwemmen li dawn huma jew kienu involuti f'operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
(b) |
postijiet fejn ħażniet ta’ merkanzija kienu jew jistgħu jiġu maħżuna jew immuntati b’tali mod li hemm raġunijiet tajbin biex jitwemmen li din il-merkanzija hija intenzjonata biex tintuża f’operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
(ċ) |
merkanzija li hija jew tista' tiġi trasportata b’tali mod li hemm raġunijiet tajbin biex jitwemmen li din hija intenzjonata biex tintuża f’operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
(d) |
mezzi ta’ trasport li huma jew jistgħu jiġu użati b’tali mod li hemm raġunijiet tajbin biex jitwemmen li huma intenzjonati biex jintużaw f’operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali. |
Artikolu 12
Assistenza spontanja
Il-Partijiet Kontraenti għandhom jassistu lil xulxin, fuq inizjattiva tagħhom stess u skond il-liġijiet, id-dispożizzjonijiet jew strumenti oħra li jorbtu legalment tagħhom jekk huma jikkunsidraw li jkun meħtieġ għall-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni doganali, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet li jistgħu jinvolvu ħsara sostanzjali għall-ekonomija, is-saħħa pubblika, is-sigurtà pubblika jew interess vitali simili tal-Parti Kontraenti l-oħra li tappartjeni għal:
(a) |
attivitajiet li huma jew jidhru li huma operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali u li jistgħu jkunu ta’ interess għall-Parti Kontraenti l-oħra; |
(b) |
mezzi jew metodi ġodda adottati fit-twettiq ta’ l-operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
(ċ) |
merkanzija magħrufa li hija soġġetta għal operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
(d) |
persuni li fir-rigward tagħhom jeżistu raġunijiet tajbin biex jitwemmen li dawn huma jew kienu involuti f'operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali; |
(e) |
mezzi ta’ trasport li fir-rigward tagħhom hemm raġunijiet tajbin biex jitwemmen li dawn intużaw, qegħdin jintużaw jew jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali. |
Artikolu 13
Forma u sustanza tat-talbiet għall-assistenza
1. It-talbiet skond dan il-Ftehim għandhom isiru bil-miktub. Dawn għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti meħtieġa biex ikunu konformi mat-talba. Fejn ikun meħtieġ minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, talbiet verbali jistgħu jiġu aċċettati, iżda għandhom jiġu kkonfermati fil-pront bil-miktub.
2. It-talbiet skond il-paragrafu 1 għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
il-kontrofirmar formali ta' l-awtorità applikanti; |
(b) |
l-azzjoni mitluba; |
(ċ) |
l-għan u r-raġuni għat-talba; |
(d) |
il-liġijiet, ir-regolamenti u strumenti oħra li jorbtu legalment involuti; |
(e) |
indikazzjonijiet kemm jista' jkun eżatti u komprensivi dwar il-persuni li huma l-mira ta' l-investigazzjonijiet; |
(f) |
taqsira tal-fatti rilevanti u ta' l-istħarriġ li diġà twettaq. |
3. It-talbiet għandhom isiru f'lingwa uffiċjali ta' l-awtorità interpellata jew f'lingwa aċċettabbli għal din ta' l-aħħar. Din il-ħtieġa m’għandhiex tapplika għal kwalunkwe dokument li jakkumpanja t-talba taħt il-paragrafu 1.
4. Jekk talba ma tkunx konformi mar-rekwiżiti formali ta' hawn fuq, tista' tintalab il-korrezzjoni jew it-tkomplija tagħha; fil-frattemp jistgħu jiġu ordnati miżuri ta' prekawzjoni.
Artikolu 14
Esekuzzjoni tat-talbiet
1. Sabiex tikkonforma mat-talba ta’ assistenza, l-awtorità interpellata għandha tipproċedi, fil-limiti tal-kompetenza tagħha stess u tar-riżorsi disponibbli, daqs li kieku kienet qiegħda taġixxi fuq inizjattiva tagħha jew fuq talba ta’ awtoritajiet oħra ta’ l-istess Parti Kontraenti, billi tipprovdi l-informazzjoni li diġà tinsab fil-pussess tagħha, billi twettaq stħarriġ xieraq jew billi tirranġa sabiex dawn jitwettqu.
2. It-talbiet għall-assistenza għandhom jiġu mwettqa skond il-liġijiet, ir-regolamenti u l-istrumenti l-oħra li jorbtu legalment tal-Parti interpellata.
3. L-uffiċjali debitament awtorizzati ta' Parti Kontraenti jistgħu, bi qbil mal-Parti Kontraenti l-oħra u soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti minn din ta' l-aħħar, ikunu preżenti waqt l-inkjesti mwettqa fil-ġurisdizzjoni ta' din ta' l-aħħar rigward każijiet speċifiċi.
4. Fl-eventwalità li t-talba ma tkunx tista' tiġi mħarsa, l-awtorità applikanti għandha tiġi nnotifikata minnufih dwar dan il-fatt, permezz ta' dikjarazzjoni tar-raġunijiet u ta' kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità interpellata tikkunsidra li tista' tkun ta' assistenza lill-awtorità applikanti.
Artikolu 15
Forma li fiha l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata
1. L-awtorità interpellata għandha tikkomunika r-riżultati ta’ l-inkjesti lill-awtorità applikanti bil-miktub flimkien mad-dokumenti rilevanti, kopji ċċertifikati jew oġġetti oħrajn.
2. Din l-informazzjoni tista' tkun f'forma kompjuterizzata li għandha, fejn hu meħtieġ, tkun ikkonfermata bil-miktub immedjatament wara.
Artikolu 16
Eċċezzjonijiet għall-obbligu li tingħata assistenza
1. L-assistenza tista’ tiġi rrifjutata jew tista’ tkun soġġetta għas-sodisfazzjon ta’ ċerti kondizzjonijiet jew ħtiġiet f'każijiet fejn Parti Kontraenti hija ta' l-opinjoni li dik l-assistenza taħt dan il-Ftehim tkun:
(a) |
x'aktar tippreġudika s-sovranità tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew dik ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea li ġiet mitluba tipprovdi assistenza taħt dan il-Ftehim; jew |
(b) |
x’aktarx tippreġudika l-ordni pubbliku, is-sigurtà jew interessi essenzjali oħrajn, b'mod partikolari fil-każijiet imsemmija taħt l-Artikolu 17(2); jew |
(ċ) |
tmur kontra sigriet industrijali, kummerċjali jew professjonali. |
2. L-assistenza tista’ tiġi posposta mill-awtorità interpellata għar-raġuni li din tinterferixxi ma' investigazzjoni, prosekuzzjoni jew proċedimenti li jkunu għaddejjin. F’każ bħal dan, l-awtorità interpellata għandha tikkonsulta lill-awtorità applikanti biex ikun determinat jekk tistax tingħata assistenza soġġetta għal tali termini jew kondizzjonijiet kif meħtieġa mill-awtorità interpellata.
3. Fejn l-awtorità applikanti tfittex assistenza li hi nnifisha ma tkunx tista’ tagħti jekk tintalab, hija għandha tiġbed l-attenzjoni għal dan il-fatt fit-talba tagħha. Huwa mbagħad f’idejn l-awtorità interpellata li tiddeċiedi kif twieġeb għal tali talba.
4. Għall-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, id-deċiżjoni ta' l-awtorità interpellata u r-raġunijiet għal din għandhom jiġu kkomunikati lill-awtorità applikanti mingħajr dewmien żejjed.
Artikolu 17
Skambju ta’ informazzjoni u kunfidenzjalità
1. Kwalunkwe informazzjoni kkomunikata tkun xi tkun il-forma tagħha skond dan il-Ftehim għandha tkun ta' natura kunfidenzjali jew ristretta, skond ir-regoli li japplikaw f'kull waħda mill-Partijiet Kontraenti. Din għandha tkun koperta mill-obbligu ta’ segretezza uffiċjali u għandha tgawdi l-protezzjoni estiża għal informazzjoni simili skond il-liġijiet rilevanti tal-Parti Kontraenti li rċevietha u skond id-dispożizzjonijiet korrispondenti li japplikaw għall-awtoritajiet Komunitarji.
2. Data personali tista' tiġi skambjata biss meta l-Parti Kontraenti li tista' tirċeviha timpenja ruħha li tipproteġi tali data b'mod mill-inqas ekwivalenti għal dak applikabbli għal dak il-każ partikolari fil-Parti Kontraenti li tista' tforniha. Il-Parti Kontraenti li tista' tforni l-informazzjoni ma għandha tistipula l-ebda ħtieġa li tkun aktar oneruża minn dik li tapplika għaliha fil-ġurisdizzjoni tagħha stess. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin l-informazzjoni dwar ir-regoli applikabbli tagħhom, inklużi fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ fl-Istati Membri tal-Komunità.
3. Xejn f'dan il-Ftehim ma għandu jipprekludi l-użu ta' informazzjoni jew dokumenti miksuba skond dan il-Ftehim bħala evidenza fi proċedimenti amministrattivi istitwiti sussegwentement fir-rigward ta' operazzjonijiet bi ksur tal-leġislazzjoni doganali. Għalhekk, il-Partijiet Kontraenti, fir-reġistri ta’ evidenza, fir-rapporti u fix-xhieda tagħhom u fi proċedimenti amministrattivi jistgħu jużaw bħala evidenza l-informazzjoni miksuba u d-dokumenti kkonsultati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim. L-awtorità kompetenti li forniet dik l-informazzjoni jew li tat aċċess għal dawk id-dokumenti għandha tkun innotifikata b’tali użu.
4. L-informazzjoni miksuba għandha tintuża biss għall-iskopijiet ta' dan il-Ftehim. Fejn waħda mill-Partijiet Kontraenti tixtieq tuża tali informazzjoni għal finijiet oħra, din għandha tikseb minn qabel il-kunsens bil-miktub ta’ l-awtorità li pprovdiet l-informazzjoni. Tali użu mbagħad għandu jkun soġġett għal kwlaunkwe restrizzjoni stipulata minn dik l-awtorità.
5. Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti prattiċi sabiex jiġi implimentat dan l-Artikolu mill-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali stabbilit skond l-Artikolu 21.
Artikolu 18
Esperti u xhieda
Uffiċjal ta' l-awtorità interpellata jista' jiġi awtorizzat jidher, fil-limitazzjonijiet ta' l-awtorizzazzjoni mogħtija lilu, bħala espert jew xhud fi proċedimenti amministrattivi fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan il-Ftehim fit-territorju tal-Parti Kontraenti l-oħra, u jipproduċi tali oġġetti, dokumenti u kopji ċertifikati tagħhom, li jistgħu jkunu utli għall-proċedimenti. It-talba għal dehra trid tindika speċifikament quddiem liema awtorità għandu jidher l-uffiċjal, dwar liema kwistjonijiet u bis-saħħa ta' liema titolu jew kwalifika l-uffiċjal irid jiġi mistoqsi.
Artikolu 19
Spejjeż għall-assistenza
1. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jeżentaw it-talbiet kollha reċiproċi għar-rimborż ta’ l-ispejjeż magħmula skond dan il-Ftehim, ħlief, kif xieraq, għall-ispejjeż ta’ l-esperti u x-xhieda, u dawk ta’ l-interpreti u t-tradutturi li mhumiex impjegati tas-servizz pubbliku.
2. Jekk biex tiġi esegwita t-talba hemm bżonn, jew ser ikun hemm bżonn, ta' spejjeż ta' natura konsiderevoli jew straordinarja, il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw biex jistabbilixxu l-modalitajiet u l-kondizzjonijiet li taħthom tiġi esegwita t-talba kif ukoll il-mod kif l-ispejjeż jiġu sostnuti.
TITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 20
Implimentazzjoni
1. L-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim għandha tiġi fdata lill-awtoritajiet doganali tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u, fejn xieraq, ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea min-naħa waħda, u lill-awtorità Doganali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, min-naħa l-oħra. Huma għandhom jiddeċiedu dwar il-miżuri prattiċi kollha u l-arranġamenti meħtieġa għall-applikazzjoni tiegħu, waqt li jieħdu in konsiderazzjoni r-regoli fis-seħħ b'mod partikolari fil-qasam tal-protezzjoni tad-data. Huma jistgħu jirrakkomandaw lill-korpi kompetenti l-emendi li jikkunsidraw li għandhom isiru għal dan il-Ftehim.
2. Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkonsultaw lil xulxin u għandhom sussegwentement iżommu lil xulxin infurmati bir-regoli dettaljati ta' implimentazzjoni li jiġu adottati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 21
Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali
1. Huwa b'dan stabbilit Kumitat Konġunt tal-Koperazzjoni Doganali, li jikkonsisti minn rappreżentanti ta' l-awtoritajiet doganali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Komunità Ewropea. Dan għandu jiltaqa' f'post, f'data u b'aġenda, stabbiliti bi qbil reċiproku.
2. Il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali għandu inter alia:
(a) |
jara li l-Ftehim jiffunzjona kif jixraq; |
(b) |
jeżamina l-kwistjonijiet kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tiegħu; |
(ċ) |
jieħu miżuri meħtieġa għall-kooperazzjoni doganali skond il-finijiet ta' dan il-Ftehim; |
(d) |
jiskambja opinjonijiet dwar kwalunkwe punt ta' interess komuni li jirrigwarda l-kooperazzjoni doganali, inklużi miżuri futuri u r-riżorsi għalihom; |
(e) |
jirrakkommanda soluzzjonijiet immirati sabiex jgħinu l-kisba ta' l-għanijiet ta' dan il-Ftehim. |
3. Il-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali għandu jadotta r-regoli interni ta' proċedura tiegħu.
4. Il-Kumitat tal-Kooperazzjoni Doganali għandu fejn hu xieraq iżomm infurmata lill-Kummissjoni Konġunta stabbilita taħt l-Artikolu 15 tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni Ekonomika bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u ċ-Ċina b'attivitajiet li qed isiru taħt dan il-Ftehim.
Artikolu 22
Dħul fis-seħħ u tul ta' żmien
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data ta' meta l-Partijiet Kontraenti jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-fini.
2. Kull Parti Kontraenti tista' ttemm dan il-Ftehim billi tagħti avviż bil-miktub lill-Parti l-oħra. It-tmiem għandu jidħol b'effett tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Parti Kontraenti l-oħra. It-talbiet għall-assistenza li jkunu ġew irċevuti qabel it-tmiem tal-Ftehim għandhom jiġu kkompletati skond id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim.
Artikolu 23
Testi awtentiċi
Dan il-Ftehim għandu jitfassal f'żewġ kopji fil-lingwa Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża u Ċiniża, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.
B'xiehda ta' dan, is-sottoskritti, li huma debitament awtorizzati biex jagħmlu dan, iffirmaw dan il-Ftehim.
Magħmul fi Brussell fi 8 ta’ Diċembru 2004 fis-sena elfejn
Għall-Komunità Ewropea
Por la Comunidad Europea
Za Evropské společenství
For Det Europæiske Fællesskab
Für die Europäische Gemeinschaft
Euroopa Ühenduse nimel
Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα
For the European Community
Pour la Communauté européenne
Per la Comunità europea
Eiropas Kopienas vārdā
Europos bendrijos vardu
az Európai Közösség részéről
Voor de Europese Gemeenschap
W imieniu Wspólnoty Europejskiej
Pela Comunidade Europeia
Za Európske spoločenstvo
za Evropsko skupnost
Euroopan yhteisön puolesta
På Europeiska gemenskapens vägnar
Por el Gobierno de la República Popular China
Za vládu Činské lidové republiky
For Folkerepublikken Kinas regering
Im Namen der Regierung der Volksrepublik China
Hiina Rahvavabariigi valitsuse nimel
Για την κυβέρνηση της Λαϊκής Δημοκρατίας της Κίνας
For the Government of the People's Republic of China
Pour le gouvernement de la République populaire de Chine
Per il Governo della Repubblica popolare cinese
Kīnas Tautas Republikas vārdā
Kinijos Liaudies Respublikos Vyriausybės vardu
A Kínai Népköztársaság kormánya részéről
Voor de Regering van de Volksrepubliek China
W imieniu rządu Chińskiej Republiki Ludowej
Pelo Governo da República Popular da China
Za vládu Činskey ľudovej republiky
Za Vlado Ljudske republike Kitajske
Kiinan kansantasavallan hallituksen puolesta
På Folkrepubliken Kinas regerings vägnar
Għall-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
82 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-20 ta’ Diċembru 2004
dwar l-irtirar tal-Komunità Ewropea mill-Konvenzjoni dwar is-Sajd u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin fil-Baħar Baltiku l-Ibħra ta' Madwaru
(2004/890/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
(1) |
Il-Komunità hija Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar is-Sajd u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin fil-Baħar Baltiku u l-Ibħra ta' Madwaru (2) (“il-Konvenzjoni ta' Gdansk”). |
(2) |
L-Artikolu XIX tal-Konvenzjoni ta' Gdansk jipprevedi l-irtirar mill-Konvenzjoni minn Parti Kontraenti. |
(3) |
L-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja għandhom obbligu li jieħdu l-passi meħtieġa biex jirtiraw mill-Konvenzjoni ta' Gdansk fl-1 ta' Mejju 2004 jew mid-data l-aktar kmieni possibbli minn dak in-nhar skond l-Artikolu 6(12) ta' l-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003. |
(4) |
Wara l-irtirar ta' dawk l-Istati Membri l-ġodda, il-Komunità u l-Federazzjoni Russa ser jibqgħu l-uniċi Partijiet Kontraenti li jkun baqa' għall-Konvenzjoni ta' Gdansk u madwar 95 % taż-żona ta' Konvenzjoni ser ikunu ibħra Komunitarji. |
(5) |
Iż-żamma ta' organizzazzjoni ta' sajd internazzjonali għall-iskop ta' maniġġar ta' sajd f'ibħra li jaqgħu kompletament taħt il-ġurisdizzjoni ta' żewġ Partijiet biss ser tkun sproporzjonata u ineffiċjenti. Għaldaqstant il-Komunità għandha tirtira mill-Konvenzjoni ta' Gdansk, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Komunità Ewropea għandha tirtira mill-Konvenzjoni dwar is-Sajd u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin fil-Baħar Baltiku u l-Ibħra ta' Madwaru.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna(i) li għandha/hom is-setgħa li jinnotifikaw lid-Depożitarju tal-Konvenzjoni dwar is-Sajd u l-Konservazzjoni tar-Riżorsi Ħajjin fil-Baħar Baltiku u l-Ibħra ta' Madwaru bl-irtirar tal-Komunita mill-Konvenzjoni.
Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Diċembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
P. VAN GEEL
(1) Opinjoni mgħotija fl-14 ta’ Diċembru 2004 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(2) ĠU L 237, 26.8.1983, p. 4.
31.12.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
83 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ Novembru 2004
dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino li jipprovdi għal miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-taxxa fuq dħul minn tfaddil fil-forma ta' ħlas ta' imgħax u l-approvazzjoni u l-iffirmar tal-Memorandum ta’ Fehim li jakkumpanjah
(2004/903/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 94 flimkien ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
(1) |
Fis-16 ta’ Ottubru 2001, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja mar-Repubblika ta’ San Marino ftehim xieraq sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni mir-Repubblika ta’ San Marino tal-miżuri ekwivalenti għal dawk li għandhom jiġu applikati fi ħdan il-Komunità biex tiġi żgurata tassazzjoni effettiva tad-dħul minn tfaddil fil-forma ta’ ħlas ta’ imgħax. |
(2) |
It-test tal-Ftehim, li huwa r-riżultat tan-negozjati, debitament jirrifletti d-direttivi tan-negozjati maħruġin mill-Kunsill. Huwa akkompanjat b’Memorandum ta’ Fehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u r-Repubblika ta’ San Marino. |
(3) |
Soġġett għall-adozzjoni f’data aktar tard ta’ Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim, huwa mixtieq li jiġu ffirmati ż-żewġ dokumenti li ġew inizjalati fit-12 ta’ Lulju 2004 u jkun hemm konferma ta’ l-approvazzjoni tal-Kunsill tal-Memorandum tal-Fehim, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Soġġett għall-adozzjoni f’data aktar tard ta’ Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino li jipprovdi għal miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-taxxa fuq dħul minn tfaddil fil-forma ta' ħlas ta' imgħax, il-President tal-Kunsill huwa bil-preżenti awtorizzat jaħtar il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw, f’isem il-Komunità, il-Ftehim u l-Memorandum ta’ Fehim li jakkumpanjah u l-Ittri mill-Komunità Ewropea li għandhom jiġu skambjati skond l-Artikolu 21(2) tal-Ftehim u l-aħħar paragrafu tal-Memorandum ta’ Fehim.
Il-Memorandum ta’ Fehim huwa approvat mill-Kunsill.
It-testi tal-Ftehim u tal-Memorandum ta’ Fehim huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2004.
Għall-Kunsill
Il-President
L. J. BRINKHORST
FTEHIM
Bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ San Marino li jipprovdi għal miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/ke dwar it-taxxa fuq dħul minn tfaddil fil-forma ta' ħlas ta' imgħax
Il-KOMUNITÀ EWROPEA, iktar ’il quddiem imsejħa l-“Komunità”,
u
IR-REPUBBLIKA TA’ SAN MARINO, iktar ’il quddiem imsejħa “San Marino”,
It-tnejn li huma msejħa iktar ’il quddiem il-“Parti Kontraenti” jew il-“Partijiet Kontraenti”,
FTIEHMU SKOND KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Skop
1. L-iskop ta’ dan il-Ftehim bejn il-Komunità u San Marino huwa li jiġu kkonsolidati u estiżi r-relazzjonijiet mill-qrib eżistenti bejn iż-żewġ Partijiet Kontraenti bl-istabbiliment ta’ miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar it-taxxa fuq dħul minn tfaddil fil-forma ta' ħlas ta' imgħax lil sidien benefiċjarji, individwi, persuni meqjusa residenti għall-finijiet ta’ taxxa fi Stat Membru tal-Komunità Ewropea, iktar ’il quddiem imsejħa d-Direttiva.
2. San Marino għandu jieħu l-miżuri meħtieġa u jipprovdi speċifikament għal dispożizzjonijiet dwar proċeduri u pieni, biex jiżgura li l-kompiti meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim jitwettqu minn aġenti ta’ pagamenti stabbiliti fi ħdan it-territorju tiegħu, irrispettivament mill-post ta’ stabbiliment tad-debitur ta’ talba ta’ dejn li tagħti l-imgħax.
Artikolu 2
Definizzjoni ta’ sid benefiċjarju
1. Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “sid benefiċjarju” għandha tfisser kwalunkwe individwu li jirċievi ħlas ta’ imgħax jew kwalunkwe individwu li għalih huwa żgurat ħlas ta’ imgħax, sakemm tali individwu ma jagħtix prova li ma kienx riċevut jew assigurat għall-benefiċċju tiegħu jew tagħha stess, jiġifieri:
(a) |
hu jew hi taġixxi bħala aġent ta’ pagament skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 4, jew |
(b) |
hu jew hi taġixxi f’isem persuna ġuridika, fond ta’ investiment jew korp kumparabbli jew ekwivalenti għall-investimenti komuni f’titoli finanzjarji, jew |
(c) |
hu jew hi taġixxi f’isem individwu ieħor li hu s-sid benefiċjarju u tiżvela lill-aġent ta’ pagament l-identità ta’ dak is-sid benefiċjarju skond l-Artikolu 3. |
2. Meta aġent ta’ pagament ikollu informazzjoni li tissuġġerixxi li l-individwu li jirċievi ħlas ta’ imgħax jew li għalih jiġi żgurat ħlas ta’ imgħax jista’ ma jkunx is-sid benefiċjarju, u meta la l-paragrafu 1(a) u lanqas 1(b) ma japplika għal dak l-individwu, dak l-aġent għandu jieħu passi raġonevoli biex jistabbilixxi l-identità tas-sid benefiċjarju skond l-Artikolu 3. Jekk l-aġent ta’ pagament ma jistax jidentifika lis-sid benefiċjarju, dak l-aġent għandu jittratta lill-individwu in kwistjoni bħala s-sid benefiċjarju.
Artikolu 3
Identità u residenza ta’ sidien benefiċjarji
Sabiex tiġi stabbilita l-identità u r-residenza tas-sid benefiċjarju kif definit fl-Artikolu 2, l-aġent ta’ pagament għandu jżomm rekord tal-kunjom, l-isem u informazzjoni dwar l-indirizz u l-istatus ta’ residenza skond il-Liġi tar-Repubblika ta’ San Marino kontra l-użura u l-money laundering. Għal relazzjonijiet kuntrattwali ffirmati, jew transazzjonijiet imwettqa fin-nuqqas ta’ relazzjonijiet kuntrattwali, fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2004, għal individwi li jippreżentaw passaport jew karta ta’ l-identità uffiċjali maħruġa minn Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, iktar ’il quddiem imsejjaħ “Stat Membru”, li jiddikjaraw li huma residenti fi Stat li mhux Stat Membru jew San Marino, ir-residenza għandha tiġi stabbilita permezz ta’ ċertifikat ta’ residenza fiskali maħruġ mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat li fih l-individwu jgħid li huwa residenti. Jekk ma jiġix ippreżentat tali ċertifikat, l-Istat Membru li jkun ħareġ il-passaport jew dokument ta’ identità uffiċjali ieħor għandu jitqies bħala l-Istat ta’ residenza.
Artikolu 4
Definizzjoni ta’ aġent ta’ pagament
Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “aġent ta’ pagament” f’San Marino għandha tfisser banek taħt il-liġi bankarja ta’ San Marino, kif ukoll operaturi ekonomiċi inkluż persuni fiżiċi u ġuridiċi residenti jew stabbiliti f’San Marino, sħubijiet u stabbilimenti permanenti ta’ kumpanniji barranin, li, anke jekk okkażjonalment, jaċċettaw, iżommu, jinvestu jew jittrasferixxu assi ta’ p