This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022XG1220(02)
Conclusions on vaccination as one of the most effective tools for preventing disease and improving public health 2022/C 484/05
Konklużjonijiet dwar it-tilqim bħala waħda mill-aktar għodod effettivi għall-prevenzjoni tal-mard u t-titjib tas-saħħa pubblika 2022/C 484/05
Konklużjonijiet dwar it-tilqim bħala waħda mill-aktar għodod effettivi għall-prevenzjoni tal-mard u t-titjib tas-saħħa pubblika 2022/C 484/05
ST/14771/2022/INIT
ĠU C 484, 20.12.2022, pp. 18–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
20.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 484/18 |
Konklużjonijiet dwar it-tilqim bħala waħda mill-aktar għodod effettivi għall-prevenzjoni tal-mard u t-titjib tas-saħħa pubblika
(2022/C 484/05)
Introduzzjoni
It-tilqim huwa meqjus bħala waħda mill-aktar għodod effettivi tas-saħħa pubblika fil-prevenzjoni ta' mard infettiv u l-mitigazzjoni tal-effetti l-aktar dannużi tiegħu. It-tilqim mhuwiex biss importanti għat-tfal, iżda wkoll f'perspettiva tul il-ħajja. L-iżvilupp tal-vaċċini jirrappreżenta bidla fl-istorja medika u kellu impatt sinifikanti fuq is-saħħa pubblika. Ħafna mard ġie evitat permezz tat-tilqim, u b'hekk tnaqqas il-piż fuq is-sistemi tas-saħħa u huwa stmat li ġew evitati bejn 3,5 u 5 miljun mewta fis-sena (1). Fil-każ tal-ġidri, din il-marda saħansitra nqerdet bis-saħħa tat-tilqim.
Madankollu, illum, it-tilqim huwa vittma tas-suċċess tiegħu stess. Xi nies ma għadhomx jaraw l-impatti ta' mard infettiv li ma għadux preżenti minħabba skemi ta' tilqim u għadd konsiderevoli ta' nies jistgħu saħansitra jiddubitaw l-importanza tat-tilqim. Ir-rati ta' kopertura tat-tilqim f'ħafna reġjuni madwar l-UE qed jaqgħu sew taħt il-livelli rakkomandati. Il-mard infettiv jista' faċilment jirritorna f'ċirkostanzi bħal dawn. Eżempju ta' dan huwa l-epidemija tal-ħosba li faqqgħet f'dawn l-aħħar snin f'għadd ta' pajjiżi Ewropej.
Ir-rieda tan-nies li jirċievu vaċċini sikuri, effettivi, rakkomandati u disponibbli ġiet ikkontestata matul dawn l-aħħar ftit deċennji. L-eżitazzjoni għat-tilqim hija kklassifikata mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) fost l-akbar 10 theddidiet għas-saħħa globali. Hija wkoll problema li tvarja skont il-kuntest, il-pajjiż u t-tip ta' vaċċin ikkonċernat, u għalhekk toħloq sfida partikolari. M'hemm ebda soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd, u jenħtieġ sforz sostenibbli fit-titjib tad-djalogu maċ-ċittadini, il-fehim tat-tħassib tagħhom u l-iżvilupp ta' strateġiji ta' tilqim imfassla apposta, flimkien ma' kampanji ta' komunikazzjoni mmirati.
Il-pandemija tal-COVID-19 kompliet tenfasizza d-daqs u l-portata ta' din il-kwistjoni. L-eżitazzjoni għat-tilqim kontra l-COVID-19 kienet influwenzata b'mod sostanzjali minn diversi fatturi, fosthom kien predominanti t-tħassib dwar is-sikurezza u l-effikaċja perċepita tal-vaċċin. Għalkemm f'xi Stati Membri tal-UE l-kampanji ta' tilqim kontra l-COVID-19 ma wasslux għal rati għoljin ħafna ta' tilqim, f'xi partijiet tal-Unjoni Ewropea r-riżultati kienu impressjonanti.
Mil-lat pożittiv, il-pandemija ġabet magħha wkoll l-iżvilupp ta' għadd ta' soluzzjonijiet u għodod importanti li diġà nistgħu nagħmlu użu minnhom illum. Saru żviluppi sinifikanti, pereżempju, fid-diġitalizzazzjoni, bil-ġbir u l-iskambju ta' data fil-livell tal-UE kif ukoll bl-istabbiliment taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE, stadju importanti li stabbilixxa standard globali bħala parti mill-miżuri tas-saħħa pubblika biex jitrażżan it-tixrid tal-pandemija. L-istrateġija tal-UE għall-vaċċini kontra l-COVID-19 (2) segwita mit-tnedija tal-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f'Każ ta' Emerġenza tas-Saħħa (HERA) jirrappreżentaw ukoll pass kbir 'il quddiem fl-iżgurar tal-iżvilupp, l-akkwist, ix-xiri u d-distribuzzjoni ta' kontromiżuri mediċi fil-livell tal-UE, bħal vaċċini u terapewtika. Kisba oħra daqstant importanti hija l-istabbiliment tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, li għandha l-għan li ssaħħaħ it-tħejjija għall-kriżijiet u r-rispons tal-aġenziji ewlenin.
Jeħtieġ li nitgħallmu mill-pandemija tal-COVID-19 biex niżguraw tħejjija adegwata għal kriżijiet futuri tas-saħħa pubblika. F'dan ir-rigward, il-flussi ta' persuni spostati lejn l-UE jistgħu joħolqu sfida għas-saħħa pubblika, l-ewwel u qabel kollox għall-istess grupp spostat, kif ukoll għall-Istati Membri, li għandhom jinkludu lil dawn il-persuni kollha fl-istrateġiji ta' tilqim tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Barra minn hekk, għandna niffukaw fuq l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq is-saħħa pubblika, li jista' jkun estensiv, b'bidliet potenzjali fil-firxiet ta' trażmissjoni ta' mard infettiv, b'mod partikolari mard li jinġarr minn vettur bħall-hantavirus, enċefalite li tinġarr mill-qurdien, il-marda tal-Lyme u l-malarja.
B'kont meħud ta' dan, l-Istati Membri għandhom iżidu l-isforzi konġunti tagħhom, filwaqt li jibnu fuq ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kooperazzjoni msaħħa kontra mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim tal-2018 (3) u t-tagħlimiet meħuda matul l-aħħar snin tal-pandemija tal-COVID-19.
Filwaqt li s-servizzi, il-programmi u l-politiki tat-tilqim huma responsabbiltà tal-Istati Membri, minħabba n-natura transfruntiera tal-mard infettiv u l-isfidi komuni li jiffaċċjaw il-programmi nazzjonali ta' immunizzazzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tal-pandemija tal-COVID-19, il-migrazzjoni, jew it-tifqigħa tal-ġidri tax-xadini, l-Istati Membri jistgħu jibbenefikaw minn approċċ tal-UE saħansitra aktar ikkoordinat għall-prevenzjoni u l-limitazzjoni tat-tixrid ta' epidemiji u mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim.
Il-ġlieda kontra l-eżitazzjoni għat-tilqim: ir-riskju tal-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni u l-ħtieġa li tiżdied il-fiduċja pubblika fit-tilqim
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
|
1. |
IFAKKAR li, skont l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), azzjoni tal-Unjoni, li tikkomplementa l-politiki nazzjonali, għandha tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, il-prevenzjoni tal-mard fiżiku u mentali, u l-prevenzjoni ta’ sorsi ta’ periklu għas-saħħa fiżika u mentali. |
|
2. |
JIRRIKONOXXI li filwaqt li l-programmi ta’ tilqim huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri, approċċ tal-UE kkoordinat aħjar ġeneralment jista’ jkollu valur miżjud, minħabba n-natura transfruntiera tal-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim. |
|
3. |
JINNOTA li l-kawżi ewlenin tal-eżitazzjoni għat-tilqim huma differenti. Sitwazzjonijiet differenti bħat-tilqim ta’ rutina b’vaċċini magħrufa sew jew it-tilqim matul kriżijiet tas-saħħa, bħall-pandemija tal-COVID-19, fejn jintużaw vaċċini ġodda, jeħtieġu soluzzjonijiet differenti. |
|
4. |
JAGĦRAF li l-pandemija tal-COVID-19 uriet b’mod ċar it-theddid u l-isfidi li joħolqu l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni għas-soċjetajiet tagħna. “Infodemija” – wisq informazzjoni, inkluż informazzjoni falza jew qarrieqa, f’ambjenti diġitali u fiżiċi matul tifqigħa ta’ marda (4) – kienet wieħed mill-fatturi kruċjali, li żied ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, is-sistemi tas-saħħa u l-ġestjoni effettiva tal-kriżijiet. |
|
5. |
IFAKKAR fil-Komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli adottata fil-5 ta’ Diċembru 2018 li nediet Pjan ta’ Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni (5), il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online” (6) adottata fis-26 ta’ April 2018, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Gwida għat-Tisħiħ tal-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni” (7) adottata fis-26 ta’ Mejju 2021, il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Kooperazzjoni iktar b’saħħitha fir-rigward tal-mard li jista’ jiġi evitat bil-vaċċini” (8) adottata fis-26 ta’ April 2018 u l-Komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli adottata fl-10 ta’ Ġunju 2020“Nindirizzaw id-diżinformazzjoni dwar il-COVID-19 - X’inhuma l-fatti” (9). |
|
6. |
IFAKKAR fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tisħiħ tar-reżiljenza u l-ġlieda kontra t-theddid ibridu, inkluż id-diżinformazzjoni fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 (10), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim (11), li tagħti attenzjoni partikolari lill-kwistjoni tal-eżitazzjoni għat-tilqim u d-diżinformazzjoni li taqleb l-attenzjoni tal-pubbliku mill-benefiċċji tat-tilqim għan-nuqqas ta’ fiduċja fix-xjenza u l-biża’ minn effetti sekondarji possibbli, u JIEĦU NOTA tal-Pjan Direzzjonali (12) tal-Kummissjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet mitluba mir-Rakkomandazzjoni flimkien mal-attivitajiet tal-Azzjoni Konġunta dwar it-Tilqim (13), li tipprovdi rakkomandazzjonijiet u għodod konkreti għal risponsi aktar b’saħħithom għall-isfidi tat-tilqim, inkluż il-promozzjoni tal-aċċettazzjoni tat-tilqim. |
|
7. |
IFAKKAR fir-rapport għall-Kummissjoni dwar l-Istat tal-Fiduċja fil-Vaċċini fl-UE u r-Renju Unit ippubblikat fil-11 ta’ Diċembru 2020 (14). |
|
8. |
IFAKKAR fir-rapport dwar il-Ġlieda kontra l-miżinformazzjoni online dwar il-vaċċini fl-UE, ippubblikat miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard fid-29 ta’ Ġunju 2021 (15), li jeżamina l-bażi ta’ evidenza dwar kif għandha tiġi miġġielda l-miżinformazzjoni online dwar il-vaċċini fl-UE u JENFASIZZA l-Portal Ewropew ta’ Informazzjoni dwar it-Tilqim (16), ospitat mill-ECDC, li jipprovdi evidenza preċiża u aġġornata dwar it-tilqim flimkien ma’ ħarsa ġenerali lejn il-mekkaniżmi tal-UE biex jiġu żgurati s-sikurezza u l-effettività tat-tilqim. |
|
9. |
IFAKKAR fir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (17) u JILQA’ B’SODISFAZZJON ukoll ir-rwol u l-kontribut ġenerali tal-ECDC, inkluż fl-iffaċilitar tal-ġlieda kontra l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni fir-rigward tat-tilqim u ż-żieda tal-fiduċja fil-vaċċini, pereżempju b’korsijiet ta’ tagħlim elettroniku dwar kif tiġi indirizzata l-miżinformazzjoni online dwar it-tilqim (18). |
|
10. |
JILQA’ B’SODISFAZZJON il-Programm EU4Health, li jrawwem b’mod ambizzjuż il-prevenzjoni tal-kriżijiet madwar l-Unjoni u transsettorjali, b’enfasi partikolari fuq it-titjib tar-rati ta’ kopertura tat-tilqim fl-Istati Membri, speċifikament billi jipprovdi finanzjament disponibbli għal kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u attivitajiet ta’ komunikazzjoni mmirati kemm lejn il-pubbliku ġenerali kif ukoll lejn gruppi speċifiċi, bl-għan li jiġu evitati u indirizzati l-eżitazzjoni għat-tilqim, il-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni. |
|
11. |
JILQA’ B’SODISFAZZJON l-azzjonijiet ta’ ORIZZONT 2020 li jindirizzaw il-miżinformazzjoni dwar il-vaċċini u l-iżvilupp ta’ għodod biex jittejjeb it-teħid tal-vaċċini u l-azzjonijiet ta’ ORIZZONT Ewropa mmirati biex jipprovdu evidenza biex jiġu miġġielda aħjar il-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni. |
|
12. |
JILQA’ B’SODISFAZZJON l-Aġenda għall-Immunizzazzjoni 2030 (19), ippubblikata mid-WHO fl-1 ta’ April 2020, li tipprova tindirizza l-eżitazzjoni għat-tilqim billi tiżviluppa strateġiji robusti u innovattivi biex jimmitigaw il-miżinformazzjoni dwar il-vaċċini u tnaqqas il-propagazzjoni u l-impatt negattiv tagħha. |
|
13. |
JENFASIZZA l-ħtieġa ta’ analiżi kostanti u komunikazzjoni pubblika tar-riskji u l-benefiċċji individwali tat-tilqim f’diversi gruppi ta’ riskju u fost dawk b’sorsi insuffiċjenti ta’ informazzjoni, pereżempju minħabba sfidi soċjali, kulturali jew lingwistiċi. |
|
14. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
|
|
15. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
|
16. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
It-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-UE bi tħejjija għall-isfidi li ġejjin: nibnu fuq l-aħjar prattika u t-tagħlimiet meħuda
|
17. |
JINNOTA li l-pandemija tal-COVID-19 affettwat il-politiki dwar it-tilqim fil-livell Ewropew u nazzjonali b’mod sinifikanti u bla preċedent. Għalkemm f’xi Stati Membri, l-aċċettazzjoni tal-vaċċin kontra l-COVID-19 kienet għolja, f’ħafna minnhom ma kinitx biżżejjed. Hija aċċellerat ukoll l-iżvilupp ta’ għodod u soluzzjonijiet ġodda li l-UE tista’ tibni fuqhom biex tħeġġeġ il-kooperazzjoni dwar l-istrateġiji tat-tilqim u l-programmi ta’ immunizzazzjoni. |
|
18. |
JISSOTTOLINJA l-benefiċċji ta’ kooperazzjoni msaħħa tal-UE fir-rigward tal-ġlieda kontra n-nuqqas ta’ fiduċja fil-vaċċini u t-tħeġġiġ tat-teħid tal-vaċċini; filwaqt li jirrikonoxxi li approċċi sostanzjalment differenti, għalkemm ibbażati fuq l-istess data xjentifika, jistgħu f’xi każijiet jinfluwenzaw b’mod negattiv il-fiduċja tal-pubbliku fit-tilqim. |
|
19. |
IFAKKAR fir-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE), li kien suċċess kbir għall-UE. |
|
20. |
IFAKKAR fl-Istrateġija tal-UE għall-Vaċċini biex jiġu aċċellerati l-iżvilupp, il-manifattura u l-użu ta’ vaċċini kontra l-COVID-19, ippreżentata mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Ġunju 2020, li ppermettiet lill-Istati Membri jakkwistaw b’mod konġunt u jiżguraw aċċess f’waqtu għall-vaċċini kontra l-COVID-19. |
|
21. |
JILQA’ B’SODISFAZZJON il-ħolqien tal-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA), li għandha taħdem biex ittejjeb it-tħejjija u r-rispons għal theddid transfruntier serju fil-qasam tal-kontromiżuri mediċi u, b’hekk, għandha tikkoopera mill-qrib mal-Istati Membri. Għandha tingħata attenzjoni lill-indirizzar tal-isfidi relatati mal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi. |
|
22. |
JINNOTA li l-mobbiltà internazzjonali u l-migrazzjoni ġew aċċellerati, għalhekk il-kooperazzjoni fil-qasam tat-tilqim għandha dejjem ikollha dimensjoni globali. |
|
23. |
IFAKKAR fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “Nilqgħu lil dawk li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna: Inħejju l-Ewropa biex tkun tista’ tissodisfa l-ħtiġijiet”, adottata fit-23 ta’ Marzu 2022, li tenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-kopertura tat-tilqim fost l-Ukreni spostati, b’attenzjoni partikolari fuq il-programmi ta’ tilqim tat-tfal. |
|
24. |
IFAKKAR fil-linji gwida tal-ECDC dwar Kunsiderazzjonijiet operazzjonali tas-saħħa pubblika għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ mard infettiv fil-kuntest tal-aggressjoni tal-Ukrajna mir-Russja, ippubblikati fit-8 ta’ Marzu 2022. |
|
25. |
JIRRIMARKA li kwistjonijiet u kriżijiet globali oħra huma wkoll mistennija li jaffettwaw l-okkorrenza ta’ mard infettiv fl-UE, b’mod partikolari t-tibdil fil-klima, li x’aktarx iżid it-trażmissjoni ta’ enċefalite li tinġarr mill-qurdien u mard ieħor li jinġarr minn vetturi, bħad-deni tal-Punent tan-Nil jew id-deni dengue. |
|
26. |
JIRRIKONOXXI l-ħidma mwettqa min-Network Regolatorju Ewropew tal-Mediċini relatata mal-vaċċini, fl-iżgurar tal-kwalità, l-effikaċja u s-sikurezza tal-mediċini fl-Unjoni Ewropea. Il-ħidma tan-network regolatorju timplika networking xjentifiku, valutazzjoni komparattiva u kollaborazzjoni b’saħħitha bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li tikkontribwixxi għal għarfien xjentifiku fil-fond dwar il-vaċċini u żżid l-affidabbiltà fost il-popolazzjoni Ewropea. |
|
27 |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
|
|
28. |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
|
29. |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI BIEX:
|
(1) https://www.who.int/health-topics/vaccines-and-immunization#tab=tab_
(2) COM/2020/245 final
(3) COM/2018/244 final
(4) https://www.who.int/health-topics/infodemic#tab=tab_1
(5) JOIN/2018/36 final
(6) COM/2018/236 final
(7) COM/2021/262 final
(8) COM/2018/245 final
(9) JOIN/2020/ 8 final
(10) ST 14064/20
(11) COM/2018/244 final
(12) https://health.ec.europa.eu/system/files/2022-07/2019-2022_roadmap_en.pdf
(13) https://eu-jav.com/
(14) https://health.ec.europa.eu/system/files/2022-11/2020_confidence_rep_en.pdf
(15) https://www.ecdc.europa.eu/en/news-events/ecdc-launches-report-countering-online-vaccine-misinformation-eueea
(16) https://vaccination-info.eu/mt
(17) 2020/0320(COD)
(18) https://www.ecdc.europa.eu/en/news-events/e-learning-how-address-online-vaccination-misinformation
(19) https://www.who.int/publications/m/item/immunization-agenda-2030-a-global-strategy-to-leave-no-one-behind