EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022M10747
Prior notification of a concentration (Case M.10747 – BHC / DUSSUR / BAKER PETROLITE SAUDI COMPANY JV) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2022/C 271/12
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10747 – BHC / DUSSUR / BAKER PETROLITE SAUDI COMPANY JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 271/12
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10747 – BHC / DUSSUR / BAKER PETROLITE SAUDI COMPANY JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 271/12
PUB/2022/806
OJ C 271, 14.7.2022, p. 16–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/16 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10747 – BHC / DUSSUR / BAKER PETROLITE SAUDI COMPANY JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 271/12)
1.
Fit-8 ta’ Lulju 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Baker Hughes Company (“BHC”) (l-Istati Uniti tal-Amerika), |
— |
Saudi Arabian Industrial Investments Company JSC (“Dussur”), ikkontrollata minn Saudi Aramco (Ir-Renju tal-Arabja Sawdija) u Saudi Arabian Public Investment Fund (“PIF”), |
— |
Baker Petrolite Saudi Company Limited (“JV Proposta”) (Ir-Renju tal-Arabja Sawdija). |
BHC u Dussur jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-JV Proposta.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
BHC hija l-entità prinċipali ta’ grupp ta’ kumpaniji tat-teknoloġija tal-enerġija b’portafoll varjat ta’ kapaċitajiet ta’ tagħmir u servizz li jkopru l-katina tal-valur tal-enerġija u dak industrijali li topera f’aktar minn 120 pajjiż, |
— |
Dussur hija kumpanija ta’ investiment strateġiku. |
3.
L-impriża konġunta (JV) proposta se tkun attiva fin-negozju ta’ speċjalità fil-qasam tas-sustanzi kimiċi fir-Renju tal-Arabja Sawdija.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ tkun koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż mill-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tkun speċifikata:
M. 10747 – BHC / DUSSUR / BAKER PETROLITE SAUDI COMPANY JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).