This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022M10629
Prior notification of a concentration (Case M.10629 – CSL / VIFOR PHARMA) (Text with EEA relevance) 2022/C 180/05
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10629 – CSL / VIFOR PHARMA) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 180/05
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Każ M.10629 – CSL / VIFOR PHARMA) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 180/05
PUB/2022/413
ĠU C 180, 3.5.2022, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 180/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.10629 – CSL / VIFOR PHARMA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 180/05)
1.
Fis-26 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
CSL Behring AG (“CSL Behring”, l-Awstralja), ikkontrollata minn CSL Limited (“CSL”, l-Awstralja), kumpanija pubblika elenkata fl-Australian Security Exchange, |
— |
Vifor Pharma Limited (“Vifor Pharma”, l-Iżvizzera), kumpanija pubblika elenkata fil-Borża tal-Iżvizzera. |
CSL takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Vifor Pharma.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra minn CSL Limited fl-14 ta’ Diċembru 2021.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
CSL hija kumpanija tal-bijoteknoloġija b’portafoll ta’ mediċini, inklużi dawk li jittrattaw l-emifilja u n-nuqqasijiet immunitarji (permezz ta’ CSL Behring), kif ukoll vaċċini għall-prevenzjoni tal-influwenza (permezz tas-Seqirus), u permezz ta’ CSL Plasma, diviżjoni ta’ CSL Behring, topera netwerk ta’ ġbir tal-plażma, |
— |
Vifor Pharma hija attiva madwar id-dinja fl-iżvilupp, il-manifattura u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti farmaċewtiċi għat-trattament ta’ defiċjenza tal-ħadid, nefroloġija (kura tal-kliewi), u terapiji kardjorenali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10629 – CSL / VIFOR PHARMA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).