This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022M10524
Prior notification of a concentration (Case M.10524 – MERCEDES-BENZ / TOTALENERGIES / STELLANTIS / ACC) (Text with EEA relevance) 2022/C 102/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10524 – MERCEDES-BENZ / TOTALENERGIES / STELLANTIS / ACC) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 102/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10524 – MERCEDES-BENZ / TOTALENERGIES / STELLANTIS / ACC) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 102/05
PUB/2022/129
ĠU C 102, 2.3.2022, p. 6–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
2.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10524 – MERCEDES-BENZ / TOTALENERGIES / STELLANTIS / ACC)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 102/05)
1.
Fit-23 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Mercedes-Benz AG (“MBAG”, il-Ġermanja), li tappartjeni għad-Daimler Group (il-Ġermanja), |
— |
Stellantis N.V. (“Stellantis”, in-Netherlands), li tappartjeni għal Stellantis Group (in-Netherlands), |
— |
Saft EV SAS (“Saft”, Franza), sussidjarja ta’ TotalEnergies SE (“TotalEnergies”, Franza), |
— |
Automotive Cells Company SE (“ACC”, Franza). MBAG, Stellantis u TotalEnergies jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ACC kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
MBAG huwa manifattur ta’ tagħmir oriġinali tal-karozzi (original equipment manufacturer, “OEM”) u negozjant ta’ vetturi bil-mutur, karozzi tal-passiġġieri (passenger cars, “PCs”) kif ukoll vetturi kummerċjali ħfief (light commercial vehicles, “LCVs”) u vetturi heavy-duty, bil-marki tad-ditta BharatBenz, Freightliner, FUSO, Mercedes-Benz, Setra, Thomas Built Buses u Western Star, |
— |
Stellantis hija OEM tal-karozzi u negozjant ta’ vetturi bil-mutur, kompjuters kif ukoll LCVs, bil-marki tad-ditti Abarth, Alfa Romeo, Chrysler, Citroën, Dodge, DS, Fiat Professional, Jeep, Lancia, Opel, Peugeot, Ram u Vauxhall, |
— |
Saft tiddisinja tiżviluppa u timmanifattura batteriji industrijali avvanzati għal firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet ċivili u militari, |
— |
ACC tiżviluppa, timmanifattura u tforni ċelloli u moduli tal-jon tal-litju prinċipalment għall-industrija tal-karozzi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10524 – MERCEDES-BENZ / TOTALENERGIES / STELLANTIS / ACC
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).