Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XC1109(01)

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 019/33 2021/C 453/06

PUB/2021/702

ĠU C 453, 9.11.2021, pp. 7–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 453/7


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal denominazzjoni fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 019/33

(2021/C 453/06)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

“Castilla”

PGI-ES-A0059-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 20 ta’ Awwissu 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Adattament tat-terminoloġija tal-parametri analitiċi għaz-zokkor residwu u l-aċidità volatili għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Deskrizzjoni:

Il-parametru analitiku “zokkor residwu” jingħata l-isem ġdid ta’ “zokkrijiet totali espressi f’termini ta’ fruttożju u ta’ glukożju” skont l-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi d-determinazzjoni taz-zokkrijiet totali, espressi f’termini ta’ fruttożju u glukożju.

Għandu jiġi speċifikat ukoll li d-determinazzjoni tal-aċidità volatili hija dik espressa bħala aċidu aċetiku.

Huwa jemenda l-punt 2.1 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma jaffettwax id-Dokument Uniku.

Din l-emenda hija standard għaliex hija adattament tat-terminoloġija użata fir-rigward tal-karatteristiċi fiżikokimiċi li ma jinvolvu l-ebda emenda tal-prodott finali li xorta jżomm il-karatteristiċi u l-profil deskritti fir-rabta, li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u dawk umani. Għalhekk din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

Ġustifikazzjoni:

Li jkun speċifikat f’liema termini għandhom jitkejlu l-valuri ta’ żewġ parametri analitiċi għall-inbid (zokkrijiet u aċidità volatili).

2.   Ir-referenzi regolatorji huma aġġornati.

Deskrizzjoni:

Ir-referenzi regolatorji fit-Taqsimiet 3, 8 u 9.2 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u 5.1 tad-Dokument Uniku ġew aġġornati.

Din l-emenda hija standard peress li hija aġġornament. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

Ġustifikazzjoni:

Ir-referenzi regolatorji skaduti ġew sostitwiti bil-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti.

3.   Inklużjoni ta’ varjetajiet ġodda.

Deskrizzjoni:

Mal-varjetajiet bojod huma miżjuda: Alarije, Albarín Blanco, Albariño, Albillo Dorado, Colombard, Garnacha Blanca, Montúa/Chelva, Palomino, Pardina/Jaén Blanco u Planta Nova/Tardana, u mal-varjetajiet ħomor: Garnacha Peluda, Marselan, Moribel, Touriga Nacional u Tinto Fragoso.

Hija temenda l-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma taffettwax id-Dokument Uniku, billi huma introdotti bħala varjetajiet sekondarji.

Din l-emenda hija standard billi l-varjetajiet il-ġodda jirriżultaw fil-produzzjoni tal-istess tipi ta’ nbid tal-prodott protett, u għalhekk ma jinvolvux bidla sostanzjali fil-prodott, li jkompli jżomm il-karatteristiċi u l-profil deskritti fir-rabta, li jirriżultaw mill-interazzjoni bejn il-fatturi naturali u dawk umani. Għalhekk din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

Ġustifikazzjoni:

L-inklużjoni ta’ varjetajiet ġodda hija motivata mill-ħtieġa li l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tal-IĠP “Castilla” tiġi adattata għall-potenzjal ta’ vitikultura taż-żona tal-produzzjoni u għall-ħtieġa li tiġi offruta firxa usa’ ta’ nbejjed meħtieġa, kemm fil-varjetajiet tradizzjonali kif ukoll f’dawk aktar attwali.

Dawn il-varjetajiet huma awtorizzati fiż-żona tal-produzzjoni u huma elenkati fl-Anness XXI tad-Digriet Reġju 450/2020 tal-10 ta’ Marzu, li jemenda d-Digriet Reġju 1338/2018 tal-Ministeru tal-Agrikoltura, is-Sajd u l-Ikel tad-29 ta’ Ottubru, li jirregola l-potenzjal tal-produzzjoni tal-inbid.

Il-produtturi fir-reġjun tal-inbid jikkultivaw il-varjetajiet elenkati fuq 3 644,15 ettaru ta’ vinji. L-esperjenza fl-użu tad-diversi tipi ta’ produzzjoni b’dawn il-varjetajiet fiż-żona, tat riżultati pożittivi u differenzjati ħafna, li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-inbejjed koperti mill-IĠP “CASTILLA”, u l-inbejjed prodotti minn dawn il-varjetajiet qed jintalbu.

4.   Tiżdied il-possibbiltà li jintuża l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar fuq it-tikketta.

Deskrizzjoni:

Tiżdied l-unità ġeografika iżgħar “Campo de Calatrava” u d-delimitazzjoni tagħha.

Temenda l-punt 8 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku.

Din l-emenda hija standard għaliex hija adattament tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Għalhekk, din l-emenda titqies li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) 2019/33.

Ġustifikazzjoni:

Fit-12 ta’ April 2011, ir-Riżoluzzjoni tal-Ministeru Reġjonali tal-Agrikoltura u l-Ambjent tal-31 ta’ Marzu 2011, li tiddefinixxi u tistabbilixxi r-regoli dwar l-użu tal-unità ġeografika iżgħar Campo de Calatrava għall-inbejjed tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Vinos de la Tierra de Castilla” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ Kastilja-La Mancha, skont l-Artikolu 118(1) septvicies tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS).

Bil-pubblikazzjoni tar-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni, u f’konformità mal-Artikolu 55(2), id-delimitazzjoni taż-żona tal-unità ġeografika kkonċernata hija inkorporata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u fid-Dokument Uniku.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet

Castilla

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

8.

Inbid semifrizzanti

16.

Inbid minn għeneb misjur izżejjed

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbid, Inbid Semifrizzanti u Nbid Frizzanti, abjad u rożé

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod u rożè huma ġeneralment ta’ qawwa alkoħolika baxxa u l-intensità aromatika hija enfasizzata b’mod ċar, b’noti tal-frott u tal-fjuri.

L-inbejjed bojod huma fini, ħfief, u b’aċidità moderata, l-inbejjed rożè huma ċari ħafna u vivaċi, b’kulur roża qawwi u bi kwalitajiet dejjiema, u huma nbejjed li fuq il-palat iħallu freskezza kbira, delikati u bi ħjiel qawwi tal-frott.

L-inbejjed semifrizzanti huma kkaratterizzati mill-fatt li huma aktar friski u aromatiċi, u l-inbejjed frizzanti mill-finezza u l-ħeffa tagħhom.

*

Il-limitu tal-aċidità volatili jiżdied mas-snin tal-inbid għal massimu ta’ 18 meq/l għall-inbejjed >4 snin.

*

Kontenut massimu ta’ kubrit: 250 mg/l jekk iz-zokkrijiet ≥ 5 g/l (mhux fil-frizzanti)

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

 

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

11

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

 

11

 

Aċidità totali minima:

 

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

 

10

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

180

2.   Inbid, Inbid Semifrizzanti u Nbid Frizzanti, Aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Huma nbejjed aromatiċi, ibbilanċjati, strutturati u għandhom qawwa tannika għolja, bi struttura fenolika, li tagħti lill-inbejjed ħomor intensità għolja ta’ kulur, b’palat qawwi u kumplessità għolja.

L-inbejjed semifrizzanti huma kkaratterizzati mill-fatt li huma aktar friski u aromatiċi, u l-inbejjed frizzanti mill-finezza u l-ħeffa tagħhom.

*

Il-limitu tal-aċidità volatili jiżdied mas-snin tal-inbid għal massimu ta’ 18 meq/l għall-inbejjed >4 snin.

*

Kontenut massimu ta’ kubrit: 200 mg/l jekk iz-zokkrijiet ≥ 5 g/l (mhux fil-frizzanti)

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

 

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

12

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

 

12

 

Aċidità totali minima:

 

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

 

10

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

150

3.   Inbid likur

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Inbejjed b’aktar sfumaturi u b’kontenut alkoħoliku għoli.

*

Il-limitu tal-aċidità volatili jiżdied mas-snin tal-inbid għal massimu ta’ 18 meq/l għall-inbejjed >4 snin.

*

Kontenut massimu ta’ kubrit: 200 mg/l jekk iz-zokkrijiet ≥ 5 g/l (mhux fil-frizzanti)

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

 

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

17,5

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

 

15

 

Aċidità totali minima:

 

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

 

10

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

150

4.   Inbid minn Għenba Misjura żżejjed

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Il-klima unika taż-żona tal-produzzjoni b’livell għoli ta’ luminożità u t-temperaturi sħan tal-ħarifa, ir-radjazzjoni solari għolja matul il-maturazzjoni tal-għeneb, flimkien ma’ umdità relattivament baxxa u livelli skarsi ta’ xita, jinkoraġġixxu l-maturazzjoni żejda tal-għeneb, li jirriżulta fi nbejjed b’kontenut ogħla ta’ zokkrijiet residwi u intensitajiet aromatiċi għoljin.

*

Il-limitu tal-aċidità volatili jiżdied mas-snin tal-inbid għal massimu ta’ 18 meq/l għall-inbejjed >4 snin.

*

Il-limiti tal-kubrit l-istess għall-inbejjed bojod, ħomor u rożè.

KARATTERISTIĊI ANALITIĊI

 

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

15

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

 

12

 

Aċidità totali minima:

 

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

 

10

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika enoloġika speċifika

Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew gruppi tagħhom, li għandhom, fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom jew għal skopijiet kummerċjali, inbejjed li joriġinaw fit-territorju ta’ Kastilja-La Mancha, jistgħu jużaw it-terminu “Vino de la Tierra de Castilla” fid-deskrizzjoni tagħhom sakemm l-għeneb użat fil-produzzjoni tagħhom jiġi esklussivament miż-żona ġeografika u mill-varjetajiet indikati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u li jkunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fiha.

L-inbejjed likuri u l-inbejjed frizzanti għandhom, f’kull każ, jikkonformaw mat-taqsimiet rilevanti tal-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013.

5.2.   Rendimenti massimi

1.

Vinji b’taħriġ f’forma ta’ sigra jew ta’ kuruna

 

10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

 

70 ettolitru għal kull ettaru

2.

Vinji b’taħriġ bil-kannizzati

 

16 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

 

112 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Din tinkludi pakketti u pakketti sekondarji li jinsabu fil-muniċipalitajiet tat-territorju ta’ Kastilja-La Mancha.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

AIREN

 

BOBAL

 

CABERNET SAUVIGNON

 

GARNACHA TINTA

 

GARNACHA TINTORERA

 

MACABEO - VIURA

 

SYRAH

 

TEMPRANILLO - CENCIBEL

 

VERDEJO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbid

Il-klima niexfa u b’ħafna xemx, aktar minn 3 500 siegħa ta’ xemx fis-sena, jiffavorixxu l-maturazzjoni xierqa tal-għeneb, u jagħtu lok għal inbejjed b’karatteristiċi ċari ta’ intensità aromatika, b’noti tal-frott u tal-fjuri, filwaqt li l-karatteristiċi tal-ħamrija jagħtu nbejjed bojod fini u ħfief, inbejjed rożé ċari ħafna u vivaċi, b’kulur roża qawwi u bi kwalitajiet dejjiema, u nbejjed ħomor aromatiċi, ibbilanċjati, strutturati u b’qawwa tannika għolja, bejn 11 u 14-il grad, li f’ċerti vendemmji tista’ tkun ogħla, u bi struttura fenolika li tagħti lill-inbejjed ħomor intensità għolja ta’ kulur, b’palat qawwi u kumplessità għolja.

8.2.   Inbid likur

Iż-żona ġeografika magħmula minn orizzonti ogħla b’kontenut għoli ta’ ġebel tal-ġir tagħti lok għal inbejjed b’aktar sfumaturi u b’kontenut alkoħoliku għoli

8.3.   Inbid frizzanti ta’ kwalità

Il-karatteristiċi klimatiċi ta’ ljieli friski, bix-xemx tal-ħarifa, temperaturi moderati u xita skarsa, jipproduċu nbejjed frizzanti ħfief, aromatiċi u diġestivi.

8.4.   Inbid semifrizzanti

Il-karatteristiċi tal-ħamrija, li huma skarsi fil-kontenut organiku u rikki fil-ġebel tal-ġir, jaffettwaw il-karatteristiċi tal-inbejjed semifrizzanti, inbejjed b’aromi intensi, wesgħin, ibbilanċjati u li jħallu togħma tal-frott.

8.5.   Inbid minn għenba misjura żżejjed

Il-klima unika taż-żona tal-produzzjoni b’livell għoli ta’ luminożità u temperaturi sħan tal-ħarifa, umdità relattivament baxxa, radjazzjoni solari għolja matul il-maturazzjoni tal-għeneb u xita skarsa, tinkoraġġixxi l-maturazzjoni żejda tal-għeneb, li tirriżulta fi nbejjed b’kontenut ogħla ta’ zokkrijiet residwi, b’intensitajiet aromatiċi għoljin u ħjiel ta’ żbib.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

 

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ kundizzjoni supplimentari:

 

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-isem jew l-isem ġuridiku ta’ waħda mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, jew gruppi ta’ persuni, involuti fil-kummerċjalizzazzjoni tal-inbid tal-art u li għandhom l-uffiċċju tagħhom reġistrat f’Kastilja-La Mancha, għandhom jiġu indikati b’mod ċar, flimkien mal-isem tal-muniċipalità li fiha għandhom s-sede prinċipali tagħhom u, flimkien ma’ dak tal-provinċja inkwistjoni.

It-tikketti ta’ wara għandu jkollhom stampa tal-kontorn tat-territorju ta’ Kastilja-La Mancha.

L-unità ġeografika “Campo de Calatrava” tista’ tiġi indikata fuq it-tikketta bħala unità ġeografika iżgħar miż-żona ddefinita fl-IĠP “Castilla”, dment li 100 % tal-għeneb li minnu jkun ġie prodott l-inbid ikun ġej mill-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Ciudad Real: Aldea del Rey, Almagro, Argamasilla de Calatrava, Ballesteros de Calatrava, Bolaños de Calatrava, Calzada de Calatrava, Cañada de Calatrava, Carrión de Calatrava, Granátula de Calatrava, Miguelturra, Moral de Calatrava, Pozuelo de Calatrava, Torralba de Calatrava, Valenzuela de Calatrava, Villanueva de San Carlos u Villar del Pozo.

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/Mod_Pliego_IGP_CASTILLA_CCC_20210412.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


Top