Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020BP0045

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 – Assistenza lill-Greċja bi tweġiba għal żieda fil-pressjoni tal-migrazzjoni – Miżuri immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19 – Appoġġ għar-rikostruzzjoni ta' wara t-terremot fl-Albanija – Aġġustamenti oħra (07250/2020 – C9-0101/2020 – 2020/2052(BUD))

ĠU C 316, 6.8.2021, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 316/18


P9_TA(2020)0045

Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2020: Assistenza lill-Greċja bi tweġiba għal żieda fil-pressjoni tal-migrazzjoni – Miżuri immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa ta’ COVID-19 – Appoġġ għar-rikostruzzjoni ta' wara t-terremot fl-Albanija – Aġġustamenti oħra

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ April 2020 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2020 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 – Assistenza lill-Greċja bi tweġiba għal żieda fil-pressjoni tal-migrazzjoni – Miżuri immedjati fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19 – Appoġġ għar-rikostruzzjoni ta' wara t-terremot fl-Albanija – Aġġustamenti oħra (07250/2020 – C9-0101/2020 – 2020/2052(BUD))

(2021/C 316/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(a) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottat b'mod definittiv fis-27 ta’ Novembru 2019 (2),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2020, adottat mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Marzu 2020 (COM(2020)0145),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2020, adottata mill-Kunsill fl-14 ta’ April 2020 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (07250/2020 – C9-0101/2020),

wara li kkunsidra l-Artikoli 94, 96 u 163 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2020;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 1/2020 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(2)  ĠU L 57, 27.2.2020.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.


Top