This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0073
Case C-73/21 P: Appeal brought on 3 February 2021 by Química del Nalón SA, formerly Industrial Química del Nalón SA against the judgment of the General Court (Eighth Chamber, Extended Composition) delivered on 16 December 2020 in Case T-635/18, Industrial Química del Nalón SA v Commission
Kawża C-73/21 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 minn Química del Nalón SA, li kienet Industrial Química del Nalón SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-635/18, Industrial Química del Nalón SA vs Il-Kummissjoni
Kawża C-73/21 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 minn Química del Nalón SA, li kienet Industrial Química del Nalón SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-635/18, Industrial Química del Nalón SA vs Il-Kummissjoni
ĠU C 128, 12.4.2021, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/28 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 minn Química del Nalón SA, li kienet Industrial Química del Nalón SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-635/18, Industrial Química del Nalón SA vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-73/21 P)
(2021/C 128/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Química del Nalón SA, li kienet Industrial Química del Nalón SA (rappreżentanti: P. Sellar, advocaat, K. Van Maldegem, avocat, M. Grunchard, avocate)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja u L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
tirriżerva l-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-argument tal-appellanti li jgħid li l-Kummissjoni wettqet żball manifest mhux neċessarjament jimplika wkoll l-argument li l-Kummissjoni kienet kisret id-dmir li taġixxi b’mod diliġenti, hija żbaljata fil-liġi.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata fil-liġi meta użat nuqqas allegat ta’ ċarezza legali tal-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 (1) bħala raġuni għaċ-ċaħda tal-argument legali li fil-fatt kien qiegħed isir mill-appellanti.
It-tielet aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tibbaża ruħha fuq il-konstatazzjoni li l-qafas legali kien kumpless sabiex tiskuża n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-assenza tas-solubbiltà taż-ŻQFTGĦ (żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja). Il-Qorti Ġenerali kienet fil-fatt iddeċidiet l-oppost fi proċeduri relatati preċedenti (Kawża T 689/13 DEP, Bilbaina de Alquitranes SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea). Mingħajr l-ebda spjegazzjoni sabiex jiġi deċiż l-oppost, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa insuffiċjenti u kontradittorju.
Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat it-test ordinarju ta’ diliġenza dovuta. Billi kkonstatat li l-Kummissjoni aġixxiet bħalma tagħmel kull awtorità amministrattiva ordinarja u debitament diliġenti oħra, hija użat punt ta’ paragun inkorrett u mhux xieraq sabiex tevalwa d-diliġenza dovuta u l-ordinarjetà tal-Kummissjoni.
Il-ħames aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija insuffiċjenti u kontradittorja sa fejn din il-qorti kkonstatat, mingħajr ma indikat l-ebda prova u billi bbażat ruħha biss fuq l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali, li l-Kummissjoni setgħet kellha diffikultajiet sabiex tikkoreġi l-iżball ta’ evalwazzjoni manifest tagħha, u b’hekk tissuġġerixxi li l-approċċ tal-Kummissjoni jista’ jkun skużat.
Is-sitt aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata fil-liġi meta kkonkludiet li l-iżball tal-Kummissjoni jista’ jiġi skużat b’riferiment għall-prinċipju ta’ prekawzjoni minħabba li hija ġurisprudenza stabbilita li dan il-prinċipju ma jistax jiġi invokat matul il-klassifikazzjoni ta’ sustanza.
(1) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008, L 353, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2011, L 16, p. 1, fil-ĠU 2016, L 349, p. 1 u fil-ĠU 2019, L 117, p. 8).