This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CA0407
Joined Cases C-407/19 and C-471/19: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 11 February 2021 (requests for a preliminary ruling from the Raad van State, Grondwettelijk Hof — Belgium) — Katoen Natie Bulk Terminals NV, General Services Antwerp NV (C-407/19), Middlegate Europe NV (C-471/19) v Belgische Staat (C-407/19), Ministerraad (C-471/19) (Reference for a preliminary ruling — Article 45 TFEU — Freedom of movement for workers — Article 49 TFEU — Freedom of establishment — Article 56 TFEU — Freedom to provide services — Carrying out of port activities — Dockers — Access to the profession and recruitment — Arrangements for the recognition of dockers — Dockers not part of the quota of workers provided for in national legislation — Limitation of the duration of the work contract — Mobility of dockers between different port areas — Workers carrying out logistical work — Safety certificate — Overriding reasons in the public interest — Safety in port areas — Protection of workers — Proportionality)
Kawża Magħquda C-407/19 u C-471/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State, Grondwettelijk Hof – Il-Belġju) – Katoen Natie Bulk Terminals NV, General Services Antwerp NV (C-407/19), Middlegate Europe NV (C-471/19) vs Belgische Staat C-407/19), Ministerraad (C-471/19), (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 45 TFUE – Moviment liberu tal ħaddiema – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Artikolu 56 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Eżerċizzju ta’ attivitajiet portwali – Ħaddiema portwali – Aċċess għall-professjoni u reklutaġġ – Modalitajiet ta’ rikonoxximent tal-ħaddiema portwali – Ħaddiema portwali li ma jagħmlux parti mill-grupp ta’ ħaddiema previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali – Limitazzjoni tat-tul tal-kuntratt tax-xogħol – Mobbiltà tal ħaddiema portwali bejn żoni portwali differenti – Ħaddiema li jwettqu xogħol loġistiku – Ċertifikat tas-sigurtà – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali – Sigurtà fiż-żoni portwali – Protezzjoni tal-ħaddiema – Proporzjonalità)
Kawża Magħquda C-407/19 u C-471/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State, Grondwettelijk Hof – Il-Belġju) – Katoen Natie Bulk Terminals NV, General Services Antwerp NV (C-407/19), Middlegate Europe NV (C-471/19) vs Belgische Staat C-407/19), Ministerraad (C-471/19), (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 45 TFUE – Moviment liberu tal ħaddiema – Artikolu 49 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment – Artikolu 56 TFUE – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Eżerċizzju ta’ attivitajiet portwali – Ħaddiema portwali – Aċċess għall-professjoni u reklutaġġ – Modalitajiet ta’ rikonoxximent tal-ħaddiema portwali – Ħaddiema portwali li ma jagħmlux parti mill-grupp ta’ ħaddiema previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali – Limitazzjoni tat-tul tal-kuntratt tax-xogħol – Mobbiltà tal ħaddiema portwali bejn żoni portwali differenti – Ħaddiema li jwettqu xogħol loġistiku – Ċertifikat tas-sigurtà – Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali – Sigurtà fiż-żoni portwali – Protezzjoni tal-ħaddiema – Proporzjonalità)
ĠU C 128, 12.4.2021, p. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State, Grondwettelijk Hof – Il-Belġju) – Katoen Natie Bulk Terminals NV, General Services Antwerp NV (C-407/19), Middlegate Europe NV (C-471/19) vs Belgische Staat C-407/19), Ministerraad (C-471/19),
(Kawża Magħquda C-407/19 u C-471/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 45 TFUE - Moviment liberu tal ħaddiema - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Eżerċizzju ta’ attivitajiet portwali - Ħaddiema portwali - Aċċess għall-professjoni u reklutaġġ - Modalitajiet ta’ rikonoxximent tal-ħaddiema portwali - Ħaddiema portwali li ma jagħmlux parti mill-grupp ta’ ħaddiema previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Limitazzjoni tat-tul tal-kuntratt tax-xogħol - Mobbiltà tal ħaddiema portwali bejn żoni portwali differenti - Ħaddiema li jwettqu xogħol loġistiku - Ċertifikat tas-sigurtà - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Sigurtà fiż-żoni portwali - Protezzjoni tal-ħaddiema - Proporzjonalità)
(2021/C 128/04)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State, Grondwettelijk Hof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Katoen Natie Bulk Terminals NV, General Services Antwerp NV (C-407/19), Middlegate Europe NV (C-471/19)
Konvenuti: Belgische Staat (C-407/19), Ministerraad (C-471/19)
Fil-preżenza ta’: Katoen Natie Bulk Terminals NV, General Services Antwerp NV, Koninklijk Verbond der Beheerders van Goederenstromen (KVBG) CVBA, MVH Logistics en Stuwadoring BV
Dispożittiv
1) |
Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lil persuni jew impriżi li jixtiequ jeżerċitaw attivitajiet portwali f’żona portwali, inklużi attivitajiet oħra minbarra t-tagħbija u l-ħatt ta’ vapuri fis-sens strett tal-kelma, li jirrikorru biss għal ħaddiema portwali rrikonoxxuti bħala tali skont il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet stabbiliti b’applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni, sa fejn l-imsemmija kundizzjonijiet u modalitajiet, minn naħa, ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji, magħrufa minn qabel u li jippermettu lill-ħaddiema portwali ta’ Stati Membri oħra juru li huma jissodisfaw, fl-Istat ta’ oriġini tagħhom, rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikati għall-ħaddiema portwali nazzjonali u, min-naħa l-oħra, ma jistabbilixxux grupp limitat ta’ ħaddiema li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ tali rikonoxximent. |
2) |
L-Artikoli 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha:
|
3) |
L-Artikoli 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha, sakemm ma jkunx jista’ juri li huwa jissodisfa fi Stat Membru ieħor kundizzjonijiet ekwivalenti, ħaddiem għandu, sabiex jiġi rrikonoxxut bħala ħaddiem portwali:
|
4) |
L-Artikoli 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-ħaddiema portwali, irrikonoxxuti bħala tali skont is-sistema legali li kienet applikabbli għalihom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, iżommu, skont din tal-aħħar, il-kwalità ta’ ħaddiema portwali rrikonoxxuti u huma inklużi fil-grupp ta’ ħaddiema portwali previst mill-imsemmija leġiżlazzjoni. |
5) |
L-Artikoli 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-trasferiment ta’ ħaddiem portwali fil-grupp ta’ ħaddiema ta’ żona portwali minbarra dik li fiha huwa kiseb ir-rikonoxximent tiegħu jkun suġġett għal kundizzjonijiet u għal modalitajiet stabbiliti minn FKX, sakemm dawn tal-aħħar jirriżultaw neċessarji u proporzjonati fid-dawl tal-għan li tiġi żgurata s-sigurtà f’kull żona portwali, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |
6) |
L-Artikoli 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-ħaddiema loġistiċi għandu jkollhom “ċertifikat ta’ sigurtà”, maħruġ fuq preżentazzjoni tal-karta ta’ identità tagħhom u l-kuntratt ta’ xogħol tagħhom u li l-modalitajiet ta’ ħruġ tiegħu u l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-kisba tiegħu huma stabbiliti minn FKX, sakemm il-kundizzjonijiet neċessarji għall-ħruġ ta’ tali ċertifikat ikunu neċessarji u proporzjonati fid-dawl tal-għan li tiġi żgurata s-sigurtà fiż-żoni portwali u li l-proċedura prevista għall-kisba tiegħu ma timponix piżijiet amministrattivi mhux raġonevoli u sproporzjonati. |