Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020XC1208(04)

Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri anti-dumping 2020/C 424/06

C/2020/8144

ĠU C 424, 8.12.2020, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/32


Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri anti-dumping

(2020/C 424/06)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) li warajh ma ġiet ippreżentata l-ebda talba sostanzjata kif xieraq għal rieżami, il-Kummissjoni tagħti avviż li l-miżura anti-dumping imsemmija hawn taħt se tiskadi.

Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2).

Prodott

Pajjiż(i) ta’ oriġini jew esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza  (3)

Pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew l-azzar

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju anti-dumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2272 tas-7 ta’ Diċembru 2015 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-ħadid jew tal-azzar li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

(ĠU L 322, 8.12.2015, p. 21)

9.12.2020


(1)  ĠU C 82, 12.3.2020, p. 5.

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-ġurnata msemmija f’din il-kolonna.


Top