Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0504

Kawża T-504/20: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2020 – Soapland vs EUIPO – Norma (Manòu)

ĠU C 320, 28.9.2020, pp. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/28


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2020 – Soapland vs EUIPO – Norma (Manòu)

(Kawża T-504/20)

(2020/C 320/60)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Soapland GmbH & Co. OHG (Andernach, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Gail, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “Manòu” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 704 481

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 1504/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top