Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0054

Kawża T-54/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Fashion Energy vs EUIPO — Retail Royalty (1st AMERICAN) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 1st AMERICAN — Trade mark preċedenti figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ajkla — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 — Prinċipju ta’ kontradittorju — Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 — Rikors inċidentali”)

ĠU C 305, 9.9.2019, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2019 — Fashion Energy vs EUIPO — Retail Royalty (1st AMERICAN)

(Kawża T-54/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 1st AMERICAN - Trade mark preċedenti figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ajkla - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u(5) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001 - Prinċipju ta’ kontradittorju - Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001 - Rikors inċidentali”)

(2019/C 305/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fashion Energy Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: T. Müller u F. Togo avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u H. O’Neill aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Retail Royalty Co. (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Dick u J. Bogatz avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2017 (Każ R 693/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Retail Royalty u Fashion Energy.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-15 ta’ Novembru 2017 (Każ R 693/2017-2) hija annullata.

2)

Ir-rikors inċidentali huwa miċħud bħala inammissibbli.

3)

Fir-rigward tar-rikors prinċipali, l-EUIPO u Retail Royalty Co. għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Fashion Energy Srl.

4)

Fir-rigward tar-rikors inċidentali, Retail Royalty għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Fashion Energy u mill-EUIPO.


(1)  ĠU C 123, 9.4.2018.


Top