Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TA0181

Kawża T-181/16 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER PRECISE) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER PRECISE — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti MASTERS COLORS PARIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

ĠU C 305, 9.9.2019, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

9.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 305/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2019 — L’Oréal vs EUIPO — Guinot (MASTER PRECISE)

(Kawża T-181/16 RENV) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MASTER PRECISE - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti MASTERS COLORS PARIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2019/C 305/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Guinot (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Sion, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Frar 2016 (Każ R 2911/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guinot u L’Oréal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


Top