This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52018XC0830(02)
Explanatory Notes to the Combined Nomenclature of the European Union
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
C/2018/5746
ĠU C 305, 30.8.2018, p. 4–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 305/4 |
Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2018/C 305/05)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:
Fil-paġna 379
9403 |
Għamara oħra u partijiet tagħha |
Għandu jiżdied dan it-test wara t-test eżistenti:
“Din l-intestatura ma tinkludix ‘skrins ta’ informazzjoni’ bħal ‘avviżieri għal barra’ u ‘avviżieri li jitremblu’.
Dawn għandhom jiġu kklassifikati f’intestaturi oħra tan-Nomenklatura fejn jiġu inklużi aktar speċifikament (pereżempju, l-avviżieri għal barra mal-uċuħ għall-kitba jew għad-disinjar li jikkorrispondu għall-prodotti tal-intestatura 9610) jew skont il-materjal li huma magħmulin minnu:
(a) |
taħt intestatura li tkopri speċifikament dawn l-oġġetti (pereżempju, il-pjanċi ta’ metall ta’ valur baxx li jikkorrispondu għall-prodotti tal-intestatura 8310 huma kklassifikati taħt din l-intestatura), jew |
(b) |
taħt intestatura li tkopri diversi oġġetti ta’ dan il-materjal (pereżempju l-intestaura 3926 jew l-intestatura 7616). |
Eżempju ta’ avviżiera għal barra li jrid jiġi kklassifikat fl-intestaura 9610:
Avviżiera għal barra b’wiċċ tal-blekbord.
Eżempju ta’ avviżiera għal barra li jrid jiġi kklassifikat fl-intestaura 8310:
Avviżiera għal barra magħmul biss minn metall ta’ valur baxx.
Eżempji ta’ ‘avviżieri għal barra’ li għandhom jiġu kklassifikati skont il-materjal li huma magħmulin minnu, taħt intestatura li tkopri diversi oġġetti ta’ dan il-materjal:
|
|
Bażi ta’ plastik iebes bil-parti ta’ fuq magħmula minn frejm tal-aluminju u minn folja tal-plastik fin-nofs, miksija miż-żewġ naħat b’rita trasparenti tal-PVC. |
Bażi u frejm tal-aluminju bi qfieli tal-lasktu u b’rita trasparenti tal-PVC li tiksi folja tal-karta. |
L-intestatura 7616 (il-karattru essenzjali jingħata bil-frejm tal-aluminju). |
L-intestatura 7616 (il-karattru essenzjali jingħata bil-frejm tal-aluminju). |
|
|
Pjanċa ċentrali tal-plastik imwaħħla ma’ ħames vireg (bsaten) tal-plastik, ta’ kważi l-istess tul, u li kollha kemm huma jistgħu jintlewew f’direzzjonijiet differenti. Fit-tarf ta’ erba’ vireg hemm ganċ tal-plastik, filwaqt li l-ħames virga għandha mwaħħal tapp tal-plastik. |
|
L-intestatura 3926 (l-oġġett huma magħmul biss mill-plastik).” |
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).