Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52017XG1011(01)

Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi — Avviż dwar it-talba għall-estensjoni tal-konċessjoni għat-tiftix tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejħa “concession de Nonville” (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

ĠU C 340, 11.10.2017, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/10


Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

Avviż dwar it-talba għall-estensjoni tal-konċessjoni għat-tiftix tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta’ gass, imsejħa “concession de Nonville”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 340/04)

Permezz ta’ applikazzjoni bid-data tas-16 ta’ Diċembru 2016, kompletata fit-13 ta’ Marzu 2017, l-impriża BridgeOil SAS (49 rue Arsène et Louis Lambert, F-86100 Châtellerault) talbet estenzjoni tal-konċessjoni tagħha li tfittex l-idrokarburi konvenzjonali likwidi jew fil-forma ta’ gass imsejħa “concession de Nonville”, li tinsab fit-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Darvault, Nemours, Nonville u Treuzy-Levelay f’Seine-et-Marne.

Il-perimetru ta’ din l-estensjoni, ta’ madwar 12,71 km2, hu mmarkat bil-linji dritti li jgħaqqdu l-punti ddefiniti hawn taħt:

Punt

Il-meridjan NTF oriġini Pariġi

Il-meridjan RGF93 oriġini Greenwich

Lonġitudni tal-Lvant

Latitudni tat-Tramuntana

Lonġitudni tal-Lvant

Latitudni tat-Tramuntana

A

0,450 gr

53,670 gr

2°44′30″

48°18′10″

B

0,470 gr

53,670 gr

2°45′34″

48°18′10″

C

0,470 gr

53,680 gr

2°45′34″

48°18′43″

D

0,510 gr

53,680 gr

2°47′44″

48°18′43″

E

0,510 gr

53,650 gr

2°47′44″

48°17′06″

F

0,500 gr

53,650 gr

2°47′12″

48°17′06″

G

0,500 gr

53,627 gr

2°47′12″

48°15′51″

H

0,485 gr

53,627 gr

2°46′23″

48°15′51″

I

0,485 gr

53,622 gr

2°46′23″

48°15′35″

J

0,470 gr

53,622 gr

2°45′34″

48°15′35″

K

0,470 gr

53,624 gr

2°45′34″

48°15′42″

L

0,466 gr

53,624 gr

2°45′21″

48°15′42″

M

0,466 gr

53,627 gr

2°45′21″

48°15′51″

N

0,429 gr

53,627 gr

2°43′22″

48°15′51″

O

0,429 gr

53,634 gr

2°43′22″

48°16′14″

P

0,421 gr

53,634 gr

2°42′56″

48°16′14″

Q

0,421 gr

53,646 gr

2°42′56″

48°16′53″

R

0,428 gr

53,646 gr

2°43′18″

48°16′53″

S

0,428 gr

53,649 gr

2°43′18″

48°17′03″

T

0,432 gr

53,649 gr

2°43′31″

48°17′03″

U

0,432 gr

53,653 gr

2°43′31″

48°17′16″

V

0,435 gr

53,653 gr

2°43′41″

48°17′16″

W

0,435 gr

53,655 gr

2°43′41″

48°17′22″

X

0,450 gr

53,655 gr

2°44′30″

48°17′22″

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti jenħtieġ li jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-liċenzja, kif iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet Nru 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien 90 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-Avviż dwar il-ksib ta’ drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza (“Avis relatif à l’obtention des titres miniers d’hydrocarbures en France”), ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta’ Diċembru 1994, p. 11, u stabbiliti bid-Digriet imsemmi hawn fuq.

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tat-Tranżizzjoni Ekoloġika u Solidali fl-indirizz mogħti hawn taħt. Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi se jittieħdu sa mhux aktar tard mis-27 ta’ Jannar 2020.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti mistiedna jirreferu għall-Artikoli L161-1 u L161-2 tal-Kodiċi Minerarju kif ukoll għad-Digriet Nru 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006, dwar ix-xogħlijiet minerarji, ix-xogħlijiet tal-ħżin taħt l-art, u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Aktar tagħrif rilevanti jista’ jinkiseb mill-Ministeru tat-Tranżizzjoni Ekoloġika u Solidali (l-uffiċċju għar-riżorsi enerġetiċi minn taħt l-art, Tour Séquoia, 1 place Carpeaux, 92800 Puteaux, FRANCE; tel. +33 140819527).

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit web Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


Top