This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52017AE0509
Opinion of the European Economic and Social Committee on the ‘Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions — Europe’s next leaders: the Start-up and Scale-up Initiative’ (COM(2016) 733 final)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu” (COM(2016) 733 final)
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu” (COM(2016) 733 final)
ĠU C 288, 31.8.2017, p. 20–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/20 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-“Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni — Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-Inizjattiva favur in-Negozji l-ġodda u n-Negozji li qed jespandu”
(COM(2016) 733 final)
(2017/C 288/03)
Relatur: |
Erik SVENSSON |
Korelatur: |
Ariane RODERT |
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 27.1.2017 |
Bażi ġuridika |
L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
Adottata fis-sezzjoni |
4.5.2017 |
Adottata fis-sessjoni plenarja |
31.5.2017 |
Sessjoni tal-plenarja Nru |
526 |
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
194/0/0 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1.1 |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva favur in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu tal-Kummissjoni Ewropea (KE) u l-azzjonijiet proposti li għandhom l-għan li jneħħu l-ostakoli ewlenin, imma jenfasizza li mhux l-intrapriżi b’rata għolja ta’ tkabbir kollha huma intrapriżi b’teknoloġija avvanzata u li tinħtieġ azzjoni fis-setturi kollha. |
1.2 |
Il-KESE huwa tal-opinjoni li tnedija mill-ġdid aġġornata tal-iSmall Business Act li tiġbor l-inizjattivi kollha f’aġenda unika tkun aktar rilevanti u ttejjeb il-viżibbiltà u l-konsistenza. |
1.3 |
Il-KESE jitlob approċċ ta’ politika koordinat għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu li jqis id-diversità tal-mudelli tal-intrapriża, u jilqa’ l-azzjonijiet speċifiċi għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Madankollu, kwalunkwe inizjattiva għandha tistinka favur it-titjib ġenerali tal-klima intraprenditorjali, tippermetti t-teħid ta’ riskji u l-esperimentazzjoni bħala parti mill-proċess ta’ innovazzjoni. |
1.4 |
Il-piżijiet amministrattivi u l-burokrazija għadhom ostakolu ewlieni għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu. Il-KESE għalhekk iħeġġeġ lill-KE timplimenta bis-sħiħ u tinfurza l-inizjattivi meħuda f’dan il-qasam. |
1.5 |
Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-involviment strutturali tal-imsieħba soċjali kif ukoll l-importanza tal-infurzar tal-konformità mar-regoli tal-UE dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u l-ftehimiet kollettivi. |
1.6 |
Il-KESE jilqa’ l-azzjonijiet proposti dwar l-innovazzjoni imma jitlob li jiġu ssemplifikati r-regoli u l-kundizzjonijiet fid-dawl tar-riżorsi limitati tal-SMEs u tal-mikrokumpaniji. |
1.7 |
It-tisħiħ tas-sħubijiet u l-bini ta’ komunitajiet ta’ riżorsi huma fattur ta’ suċċess ewlieni. Il-KE jenħtieġ li tippromovi n-netwerking, inkluż il-formazzjoni ta’ intermedjarji, faċilitaturi, aċċelleraturi u ta’ inkubaturi tan-negozju. |
1.8 |
Sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal tat-tkabbir tan-negozji l-ġodda u tan-negozji li qed jespandu, huwa essenzjali li jiġi żviluppat finanzjament imfassal apposta b’aċċess għal soluzzjonijiet ta’ kapital ta’ ekwità u obbligazzjonijiet, jiġi żgurat aċċess għall-kuntratti tal-akkwist u jittejjeb l-ambjent fiskali. Il-KESE esplora azzjonijiet xierqa fl-opinjonijiet tiegħu. |
1.9 |
L-iżvilupp tal-ħiliet huwa kruċjali, u din hija r-raġuni għaliex il-fokus irid jitqiegħed fuq programmi ta’ intraprenditorija edukattiva fil-livelli kollha u fi stadju bikri tas-sistema edukattiva. Barra minn hekk, il-mentoraġġ, it-taħriġ fuq il-post tax-xogħol u l-programmi ta’ tagħlim mhux formali u nonformali jridu jitħeġġu u jiġu promossi. |
1.10 |
Tinħtieġ azzjoni biex jonqos il-livell għoli attwali ta’ averżjoni għar-riskju fl-UE billi jiġi rivedut il-prinċipju tat-tieni opportunità u jiġi provdut appoġġ għall-iżvilupp bħal-litteriżmu/edukazzjoni finanzjarja. |
1.11 |
Il-KESE jitlob lill-KE tlaqqa’ l-inizjattivi kollha attwali u ġodda biex tappoġġja lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali billi toħroġ komunikazzjoni bi Pjan ta’ Azzjoni għall-Ekonomija Soċjali. Dan jikkonforma mal-Konklużjonijiet tal-Kunsill “Il-promozzjoni tal-ekonomija soċjali bħala mutur ewlieni ta’ żvilupp ekonomiku u soċjali fl-Ewropa” (7 ta’ Diċembru 2015). |
2. Kuntest
2.1 |
Il-Komunikazzjoni dwar Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-inizjattiva favur in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu tiddikjara:
|
2.2 |
Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tipproponi numru ta’ azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jitnaqqsu u/jew jiġu eliminati dawn l-ostakoli. |
2.2.1 |
Inneħħu l-ostakoli:
|
2.2.2 |
Ngħinu fil-kuntatt mal-imsieħba adattati:
|
2.2.3 |
Aċċess għall-finanzjament:
|
3. Kummenti ġenerali
3.1 |
Din l-Opinjoni hija tweġiba għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (KE) dwar Il-mexxejja li jmiss tal-Ewropa: l-inizjattiva favur in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu, li tipproponi miżuri biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-intrapriżi b’rata għolja ta’ tkabbir. Madankollu, il-KESE għażel li jwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-opinjoni u jirrifletti dwar dawn l-azzjonijiet mill-perspettiva tal-forom kollha ta’ negozji ġodda, inklużi n-negozji l-ġodda u dawk li qed jespandu potenzjali. |
3.2 |
Il-KESE jilqa’ din l-inizjattiva u l-isforz biex jiġu eliminati l-ostakli ewlenin. Il-KESE jixtieq jenfasizza x-xogħol estensiv li sar fl-opinjonijiet preċedenti tiegħu bil-għan li jinħoloq ambjent ta’ abilitazzjoni għal forom diversi ta’ intrapriża fl-UE (3), u s-sejħa preċedenti tiegħu għal aktar azzjoni fuq l-aġenda intraprenditorjali (4). |
3.3 |
Billi l-Inizjattiva favur in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu hija żvilupp u estensjoni tal-iSmall Business Act, il-KESE huwa tal-opinjoni li jkun aktar effiċjenti li titqies tnedija mill-ġdid aġġornata tal-iSmall Business Act pjuttost milli jkomplu jitnedew miżuri separati. Il-KESE jilqa’ u jappoġġja dan u inizjattivi oħra bil-għan li jiġu appoġġjati n-negozji l-ġodda u dawk li qed jespandu, iżda huwa diffiċli li tinkiseb ħarsa ġenerali tal-aġenda sħiħa mingħajr ma jinġabru l-inizjattivi differenti f’aġenda tal-politika konġunta u komprensiva. |
3.4 |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal pakkett ta’ politika ġenerali effettiv, li jqis id-diversità tal-intrapriżi u għaldaqstant jappoġġja l-għan tal-KE li tippromovi approċċ koordinat fil-politiki tal-UE. |
3.5 |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni tal-KE għal opinjoni li qed ifassal il-KESE, li tinkludi numru ta’ rakkomandazzjonijiet rilevanti ferm għan-negozji l-ġodda u għan-negozji li qed jespandu:
|
3.6 |
Fl-Opinjoni ta’ Diċembru 2016 (5), il-KESE jinkoraġġixxi lill-KE tippromovi l-kumpaniji b’rati għolja ta’ tkabbir billi:
|
3.7 |
B’mod partikolari huwa importanti li jiġi rikonoxxut il-potenzjal kbir fil-mikrokumpaniji eżistenti, li ħafna minnhom huma negozji tal-familja, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ żvilupp fl-isfera tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Barra minn hekk, il-KESE jħeġġeġ lill-KE tikkunsidra l-fatt li mhux l-intrapriżi b’rata għolja ta’ tkabbir kollha huma fis-settur ta’ teknoloġija avvanzata, u li s-setturi bħal dak tas-servizzi, l-industrija tal-moda u l-kummerċ elettroniku kif ukoll setturi innovattivi oħra jirrikjedu enfasi u appoġġ ukoll. |
3.8 |
Il-KESE jħeġġeġ ukoll lill-KE tiżgura li kwalunkwe inizjattiva tqis ukoll il-fenomeni kummerċjali ġodda emerġenti, bħall-ekonomija kollaborattiva (6). Dawn kollha jikkondividu ostakoli simili u addizzjonali meta jibdew u jespandu fis-suq uniku. |
3.9 |
Il-KESE jilqa’ l-azzjoni tal-introduzzjoni ta’ Portal Diġitali Uniku biex jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni, imma huwa tal-opinjoni li din l-għodda se jkollha impatt limitat fuq it-tnaqqis tar-regoli u r-regolamenti onerużi. Il-KESE jissuġġerixxi wkoll li jenħtieġ li jiġi inkluż portal tal-internet dwar ir-riċerka u l-iżvilupp f’dan il-Portal Diġitali Uniku. Il-kooperazzjoni strutturali mal-organizzazzjonijiet intermedjarji hija mezz effettiv ħafna ta’ kif tittejjeb l-informazzjoni għan-negozji l-ġodda. |
3.10 |
Il-KE tindirizza xi wħud mill-aktar ostakoli urġenti, b’mod speċjali fl-oqsma ta’ piżijiet regolatorji, tat-taxxa u amministrattivi. Il-KESE jixtieq jenfasizza li l-SMEs, inklużi l-mikrokumpaniji, l-intrapriżi tal-familja jew tal-ekonomija soċjali, spiss ikollhom ftit jew xejn kompetenza interna biex jimmaniġġjaw ir-regolamenti u l-piżijiet amministrattivi ferm kumplessi u burokratiċi, li hija r-raġuni għaliex is-semplifikazzjoni hija fundamentali. |
3.11 |
Il-KESE jappoġġja l-evalwazzjonijiet bejn il-pari proposti biex jiġu kondiviżi l-prattiki tajba u jiġu identifikati d-differenzi bejn l-Istati Membri, bil-għan li jiġu armonizzati aħjar l-inizjattivi. Biex ikunu effettivi, is-sejbiet tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari jridu jkunu trasparenti u mqassma fost il-partijiet ikkonċernati. |
3.12 |
Il-KESE jappoġġja wkoll id-deċiżjoni tal-KE li tespandi s-servizz konsultattiv tan-Netwerk Enterprise Europe (EEN) b’konsulenti ddedikati għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu, li jagħtu pariri dwar regoli nazzjonali u Ewropej, opportunitajiet ta’ finanzjament, sħubijiet u aċċess għall-akkwist pubbliku transfruntier. F’dal-każ ukoll il-KESE jixtieq jenfasizza l-importanza u l-benefiċċji ta’ kooperazzjoni aktar strutturali mal-korpi intermedjarji u l-organizzazzjonijiet involuti, anke fi ħdan l-ekonomija soċjali. |
3.13 |
Il-KESE jappoġġja l-intenzjonijiet tal-KE li tinkludi n-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu fi ftehimiet kummerċjali internazzjonali, billi numru dejjem jikber ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu jridu jilħqu suq globali malajr (spiss f’segment limitat ħafna). |
3.14 |
Il-KESE jirrikonoxxi u jappoġġja l-impenn tal-KE, espress f’din l-inizjattiva, li tinforza l-konformità mar-regoli tal-UE dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-liġijiet tax-xogħol u l-ftehimiet kollettivi u li timmira għal impjiegi ta’ kwalità għolja. |
3.15 |
Il-KESE jixtieq jirreaġixxi għall-frażi li ġejja fil-Komunikazzjoni tal-KE: “inkluża l-possibbiltà ta’ arranġamenti ta’ xogħol aktar flessibbli u moderni”. Din l-istqarrija tista’ twassal għal nuqqas ta’ ftehim u abbuż potenzjali. |
3.16 |
L-involviment strutturali tal-imsieħba soċjali huwa kruċjali u għandu jitħeġġeġ sabiex tiġi garantita kompetizzjoni ġusta fost l-intrapriżi u jiġi evitat ir-riskju tad-dumping soċjali, kif enfasizza l-KESE f’diversi Opinjonijiet (7). |
3.17 |
Il-KESE jixtieq jindirizza l-proċess attwali dwar l-imblukkar ġeografiku (8). Dan jista’ jkun ostakolu ġdid kbir għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu li m’għandhom l-ebda kapaċità biex jidħlu f’bosta pajjiżi b’lingwi differenti fl-istess ħin. Huwa kruċjali li tiġi kkomunikata d-differenza bejn bejgħ attiv u passiv! L-aderenza għal-leġislazzjoni nazzjonali hija meħtieġa biss għall-pajjiżi li huma mmirati b’mod attiv. |
3.18 |
Il-KESE jappoġġja l-proposta li jittejjeb l-aċċess tal-SMEs, b’mod speċjali tan-negozji li qed jespandu, għall-programmi tal-Orizzont 2020. Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u r-Radar ta’ Innovazzjoni jistgħu jkunu strumenti effettivi, sakemm ma jkunux onerużi wisq, u tabilħaqq jistgħu jilħqu l-miri maħsuba tal-SMEs. Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda li dawn l-inizjattivi jagħtu attenzjoni speċifika lill-innovazzjoni soċjali, li spiss tixpruna mudelli kummerċjali ġodda. |
3.19 |
Il-KESE jilqa’ wkoll l-indikazzjoni speċifika ta’ azzjoni biex tinbeda u titkabbar l-ekonomija soċjali u l-intrapriża soċjali, qasam li fih il-KESE għandu ħila esperta speċifika u li ħareġ opinjonijiet dwaru (9). |
3.20 |
Il-KESE jinnota b’sodisfazzjon li l-KE tirrikonoxxi li l-SMEs għandhom diffikultajiet kbar biex jiddefendu d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tagħhom. L-ispiża hija estremament għolja għal kumpanija żgħira, u l-ispejjeż tal-infurzar huma għoljin ukoll, li jfisser li kważi l-ebda negozju ġdid jew negozju li qed jespandi ma jiflaħ iħallasha. Il-KESE jitlob lill-KE ssib soluzzjoni vijabbli biex tindirizza dan. |
4. Kummenti speċifiċi
4.1 Imsieħba, raggruppamenti u ekosistemi
4.1.1 |
Klima intraprenditorjali pożittiva ġenerali hija fundamentali għat-tkabbir u l-innovazzjoni. Il-KESE iqis li din l-inizjattiva tal-KE tista’ tirnexxi biss jekk tipprova tikseb titjib ġenerali tal-klima intraprenditorjali, tippermett t-teħid tar-riskji u l-esperimentazzjoni bħala parti mill-proċess ta’ innovazzjoni. |
4.1.2 |
Il-KESE jaqbel mal-KE li huwa importanti ħafna li n-negozji l-ġodda u b’mod speċjali n-negozji li qed jespandu jagħmlu kuntatt mal-imsieħba adattati. Peress li s-suq Ewropew ġeneralment huwa aktar tradizzjonali f’termini ta’ teħid ta’ riskji, kif ukoll primarjament nazzjonali, jeħtieġ li l-isforzi jiġu diviżi f’żewġ direzzjonijiet:
|
4.1.3 |
Il-KESE jappoġġja l-pjan tal-KE li tirrinfurza l-inizjattiva attwali Start-up Europe u tikkoordina x-xogħol tal-UE biex tgħaqqad ir-raggruppamenti u l-ekosistemi madwar l-Ewropa. |
4.1.4 |
Il-KESE jappoġġja l-fatt li l-KE tenfasizza l-ħolqien ta’ komunitajiet ma’ sħubijiet u ekosistemi mfassla apposta bħala fatturi ewlenin għas-suċċess ta’ negozji ġodda u negozji li qed jespandu. F’dan il-kuntest, il-KESE jilqa’ l-fatt li l-KE tagħti attenzjoni speċifika lill-intrapriża tal-ekonomija soċjali, tirrikonoxxi l-karatteristiċi speċifiċi tagħha u l-kontribuzzjonijiet għas-soċjetajiet Ewropej. Il-KESE għalhekk għal darb’oħra (10) jħeġġeġ lill-KE biex tlaqqa’ l-inizjattivi kollha attwali u ġodda fi Pjan ta’ Azzjoni koerenti tal-UE għall-Ekonomija Soċjali, bil-għan li tittejjeb il-viżibbiltà u l-interkonnessjoni bejn id-diversi inizjattivi. |
4.2 Opportunitajiet ta’ akkwist
4.2.1 |
Il-KESE jappoġġja bil-qawwi l-intenzjoni tal-KE li ttejjeb l-opportunitajiet ta’ akkwist għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu. Minbarra l-azzjonijiet proposti, il-KESE jistieden lill-KE timmonitorja mill-qrib it-traspożizzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-akkwist fil-livell tal-Istati Membri. Dan huwa fattur importanti biex jiżgura li l-Istati Membri jieħdu vantaġġ sħiħ mid-dispożizzjonijiet disponibbli għat-titjib tal-opportunitajiet ta’ akkwist għall-SMEs, inkluż l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. Il-KESE jirreferi għall-opinjoni preċedenti tiegħu dwar l-akkwist (11). |
4.2.2 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Komunikazzjoni tagħti attenzjoni speċifika lill-akkwist tal-innovazzjoni u lis-Sħubija għall-Innovazzjoni. Madankollu, dan jirrikjedi sett simplifikat ta’ regolamenti. L-akkwist tal-innovazzjoni, kif deskritt fid-direttiva, jidher li huwa adattat aktar għal kumpaniji kbar. Il-parteċipazzjoni fis-sħubiji għall-innovazzjoni tirrikjedi l-identifikazzjoni ta’ unità separata, li tipprevjeni lin-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu milli jkunu eliġibbli, għaliex in-negozji l-ġodda normalment ma jkollhomx dipartiment iddedikat speċifikament. |
4.2.3 |
Il-KESE jixtieq jenfasizza li l-introduzzjoni tal-għodda tal-KE (awtodikjarazzjoni bl-użu tad-Dokument Ewropew Uniku għall-Akkwist (ESPD)) immirata biex tgħin lill-SMEs jieħdu sehem fl-akkwist pubbliku, f’ħafna każijiet kellha r-riżultat oppost u hija perċepita bħala ostakolu għall-parteċipazzjoni fl-akkwist. In-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu jitħabtu biex jiġbru l-informazzjoni u l-formoli kollha meħtieġa. Huwa għalhekk li jinħtieġ l-appoġġ u jenħtieġ li jiġi promoss mill-organizzazzjonijiet intermedjarji (organizzazzjonijiet tal-SMEs u organizzazzjonijiet relatati oħra). |
4.3 Ħiliet
4.3.1 |
Il-KESE jaqbel li l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, bil-fokus doppju tagħha fuq il-kwalità u l-ħiliet rilevanti għas-suq tax-xogħol, tindirizza xi wħud mill-aktar sfidi importanti. Madankollu, dan ikun ta’ suċċess biss jekk l-inizjattivi jilħqu l-aktar gruppi fil-mira importanti, li jeħtieġ l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u s-segwitu biex tiġi żgurata l-effikaċja. |
4.3.2 |
Il-KESE jenfasizza li l-Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa, u b’mod partikolari l-Koalizzjoni għall-Ħiliet u l-Impjiegi Diġitali li jmiss, hija estremament importanti u tista’ tkun pedament għall-ġejjieni. |
4.3.3 |
jiżviluppaw risposti għall-bżonnijiet soċjali ġodda jew li ma jiġux ikkunsidrati biżżejjed Huma l-pijunieri fil-qasam tal-innovazzjoni soċjali. Għalhekk, minbarra l-inizjattivi tal-ħiliet diġitali, l-intraprendituri tal-ekonomija soċjali (u oħrajn) qed jesprimu l-ħtieġa għal azzjoni f’oqsma ta’ ħiliet oħra, bħall-iżvilupp tan-negozju u l-prontezza tal-investiment. Dawn il-ħiliet huma daqstant importanti għas-suċċess ta’ negozju ġdid. |
4.3.4 |
Il-KESE jħeġġeġ lill-KE tinkoraġġixxi u tgħin lill-Istati Membri jistabbilixxu skemi edukattivi għall-intraprendituri iżda wkoll biex tiffaċilita l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u l-partijiet interessati. Huwa rrakkomandat li tali programmi jiġu adottati minn kmieni fis-sistema edukattiva peress li dan wera li jkollu effett akbar. |
4.3.5 |
Barra minn hekk, l-inkubaturi tan-negozju u s-servizzi ta’ one-stop shop (bħall-iżvilupp, il-mentoraġġ u l-appoġġ finanzjarju) spiss huma kruċjali fl-istadji bikrija u ta’ tkabbir. Il-KE jenħtieġ li tippromovi u tikkondividi l-aħjar prattiki f’dan il-qasam. |
4.4 Tassazzjoni
4.4.1 |
Il-KESE jikkondividi t-tħassib tal-KE li t-tassazzjoni tista’ tikkostitwixxi ostakolu konsiderevoli għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu. Il-punti ewlenin li għandhom jiġu indirizzati huma l-ispejjeż għoljin tal-konformità, partikolarment dawk ikkawżati minn diversi skemi ta’ tassazzjoni nazzjonali. |
4.4.2 |
Il-KESE jitlob lill-KE tikkunsidra l-possibbiltà li ma jitqiegħed l-ebda limitu f’termini ta’ daqs jew żmien fuq ir-riport tat-telf li jiġġarrab meta intrapriża tkun għadha kif bdiet topera jew tkun qed tespandi. |
4.4.3 |
Il-KESE jilqa’ wkoll il-possibbiltà li l-SMEs ikunu jistgħu jagħżlu li jkunu parti mis-sistema tal-Bażi Komuni Konsolidata tat-Taxxa Korporattiva, kif deskritta fil-Komunikazzjoni tal-KE. |
4.4.4 |
Barra minn hekk, it-tassazzjoni tal-konsum fis-sistema tal-VAT hija kumplessa ħafna għall-SMEs. Barra minn hekk, hemm piż żejjed fuq in-negozji l-ġodda biex jidentifikaw ir-rata tal-VAT applikabbli għal kull oġġett jew servizz partikolari fl-Istati Membri, li jirriżulta fi spejjeż għoljin, li finalment jiskoraġġixxu l-kummerċ transfruntier. Il-KESE għalhekk jappoġġja l-intenzjoni tal-KE li toħloq Żona Unika tal-VAT u l-pakkett ta’ semplifikazzjoni tal-VAT għall-SMEs, inkluż in-negozji l-ġodda, li tindirizza ostakolu serju għall-mikrokumpaniji. |
4.4.5 |
It-tassazzjoni fuq id-dħul mill-investiment fil-livell individwali f’ħafna Stati Membri jiskoraġġixxi wkoll l-investiment f’negozji ġodda u negozji li qed jespandu, b’mod partikolari jekk alternattivi tal-investiment oħra jiffaċċjaw piż tat-taxxa aktar baxx jew l-ebda tassazzjoni. It-tassazzjoni ta’ opzjonijiet fuq l-ishma tista’ f’dan ir-rigward teħtieġ attenzjoni speċjali. Il-KESE għalhekk jappoġġja l-monitoraġġ kontinwu mill-KE tal-iskemi/inizjattivi tat-taxxa tal-Istati Membri għal investimenti f’negozji ġodda/li qed jespandu. |
4.4.6 |
L-intrapriżi tal-ekonomija soċjali għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw minn spazju fiskali li jippermettilhom jilħqu l-potenzjal ekonomiku sħiħ tagħhom filwaqt li jitqiesu l-għanijiet soċjali u ambjentali tagħhom, u filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tal-kompetizzjoni ħielsa. Dan jista’ jinkiseb permezz ta’ diversi miżuri:
|
4.5 Aċċess għall-finanzjament
4.5.1 |
In-ngozji l-ġodda u dawk li qed jespandu jiddependu fuq l-aċċess għall-kapital ta’ ekwità u l-obbligazzjonijiet. Il-KESE nnota f’opinjonijiet preċedenti (12) li l-aċċess għall-kapital ta’ riskju huwa konsiderevolment aktar baxx fl-UE milli fl-Istati Uniti tal-Amerika, bir-raġuni prinċipali tkun li l-industrija tal-kapital ta’ riskju tal-UE hija frammentata ħafna (ikkonċentrata f’ċerti Stati Membri). Il-KESE jirrikonoxxi li l-KE tindirizza din il-kwistjoni billi toħloq il-Fond ta’ Kapital ta’ Riskju pan-Ewropew, u jitlob lill-KE tieħu nota tal-proposti tal-KESE (13) u ssegwi mill-qrib l-adozzjoni u l-effetti tiegħu. |
4.5.2 |
Fl-istess opinjoni aħna indikajna l-involviment insuffiċjenti tal-investituri privati, u rrakkomandajna inċentivi għas-sħubijiet pubbliċi-privati, fejn jistgħu jitqiesu l-fondi asimmetriċi (dawn diġà jeżistu fil-Finlandja, fir-Renju Unit, fil-Greċja u fin-Netherlands). Il-KESE issa jilqa’ soluzzjoni simili li tippermetti lill-fondi ta’ investiment bi sjieda privata li jibbenefikaw minn garanziji pubbliċi ta’ investimenti f’negozji ġodda u negozji li qed jespandu. |
4.5.3 |
Il-KESE jilqa’ wkoll il-proposta li jiżdied il-baġit għall-FEIS u għall-COSME biex jipprovdu finanzjament addizzjonali għal politika effettiva għan-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu, billi titqies id-diversità tagħhom. |
4.5.4 |
Madankollu, huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-maġġoranza tan-negozji l-ġodda huma ffinanzjati minn self bankarju marbut ma’ garanziji personali u familjari. Filwaqt li s-self mill-bank huwa realtà, jinħtieġ ukoll aċċess għall-ekwità bħala għodda finanzjarja iżda dan mhuwiex żviluppat biżżejjed fl-Ewropa minħabba reġimi tat-taxxa punittivi, nuqqas ta’ kultura ta’ ekwità, litteriżmu finanzjarju dgħajjef u skemi ta’ insolvenza frammentati. |
4.5.5 |
Il-KESE jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-UE, bl-appoġġ tal-KE, jippromovu u jfittxu forom legali alternattivi ta’ kif isir in-negozju, pereżempju l-Kumpanija Ssimplifikata b’Ishma Konġunti b’potenzjal ta’ innovazzjoni għoli għat-tkabbir, tipiku ta’ negozji ġodda (Franza u s-Slovakkja). |
4.5.6 |
Il-KESE jinkoraġġixxi wkoll lill-Istati Membri, bl-appoġġ tal-KE, jissimplifikaw u jarmonizzaw il-liġijiet dwar il-falliment, inkluża l-implimentazzjoni tal-“prinċipju tat-tieni opportunità” propost fl-Opinjoni tal-KESE dwar l-insolvenza kummerċjali (14). |
4.5.7 |
Fil-proċedura u fil-leġislazzjoni dwar l-insolvenza, l-isfida hija biex jiġu vvalutati kif xieraq l-assi ta’ negozji ġodda li qed ifallu. F’ħafna każijiet, l-assi prinċipali huma l-għarfien aktar milli l-assi fissi, kif kien indika qabel il-KESE (15). |
4.5.8 |
F’opinjonijiet preċedenti l-KESE esplora bis-sħiħ l-ekosistema finanzjarja (16) meħtieġa għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. L-istess bħan-negozji l-ġodda l-oħra, hemm il-ħtieġa li jiġu pprovduti soluzzjonijiet ta’ kapital imħallat b’element ta’ garanzija, kif ukoll strumenti innovattivi għall-finanzjament tat-tieni stadju u edukazzjoni finanzjarja li tinkludi l-prontezza tal-investiment. Karatteristika partikolari tal-investimenti u tal-finanzjament tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali hija li r-redditu fuq l-investiment jinkludi wkoll l-impatt soċjali. Il-KE jenħtieġ li tappoġġja lill-Istati Membri f’impriżi f’din id-direzzjoni. |
5. Konsiderazzjonijiet speċifiċi għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u għal forom emerġenti ġodda ta’ intrapriża
5.1 |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-Komunikazzjoni b’mod partikolari tenfasizza azzjoni speċifika għas-settur tal-intrapriża tal-ekonomija soċjali, kif ukoll tesplora aktar miżuri għall-mudelli kummerċjali emerġenti. |
5.2 |
F’dan il-kuntest huwa kruċjali li nsemmu r-rabta bejn l-innovazzjoni soċjali u l-bidu tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u ta’ mudelli kummerċjali ġodda, li l-KESE esplora qabel (17). Huwa ċentrali li nifhmu li l-innovazzjoni soċjali tibni fuq proċess ta’ innovazzjoni differenti bbażat fuq kriterji u prinċipji speċifiċi. Kwalunkwe azzjoni li tappoġġja lin-negozji l-ġodda tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u mudelli kummerċjali ġodda trid għalhekk tirrikonoxxi l-valuri sottostanti ewlenin bħall-kejl tal-impatti soċjali u ambjentali, l-aspetti komuni tal-valur u tas-sors miftuħ li huma marbuta mal-innovazzjoni soċjali (18). Hekk hekk biss li l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u dawn il-forom emerġenti ġodda ta’ intrapriża soċjali jkunu jistgħu jieħdu vantaġġ mill-miżuri ta’ appoġġ, ikunu sostenibbli u jespandu b’suċċess. |
5.3 |
Huwa importanti wkoll li nifhmu kif u jekk l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali u dawn il-forom ġodda ta’ intrapriża jespandux (huma jistgħu minflok jagħżlu li jikkondividu idea tajba aktar milli jespandu huma stess). Kif enfasizzat mill-KESE qabel, il-fattur fundamentali huwa li tiġi integrata bis-sħiħ il-loġika ta’ dawn il-mudelli ta’ intrapriża diversi fi kwalunkwe inizjattiva favur in-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu u li l-istrumenti ta’ appoġġ jitfasslu apposta kif xieraq. Il-mekkaniżmi ta’ appoġġ spiss huma bbażati fuq il-mudell ta’ kumpanija tradizzjonali, li llum huwa n-norma, aktar milli fuq dawn il-mudelli tal-ekonomija soċjali jew mudelli ekonomiċi emerġenti alternattivi jew ġodda. |
6. Aktar ħtiġijiet identifikati
6.1 |
Il-KESE enfasizza kontinwament il-ħtieġa li jiżdiedu l-viżibbiltà, ir-rikonoxximent u l-promozzjoni ta’ forom ta’ intrapriża diversi. Dan jinkludi l-ġbir aħjar ta’ statistika u riċerka fid-diversi mudelli kummerċjali u l-loġika speċifika tagħhom li jeżistu fl-UE llum. |
6.2 |
Bażi ta’ data ta’ prattiki tajba rigward miżuri li jippromovu n-negozji l-ġodda u n-negozji li qed jespandu fid-diversità kollha tagħhom tista’ tkun utli ħafna. Il-KE tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tiffaċilita dan l-iskambju tal-aqwa prattiki mill-Istati Membri. |
6.3 |
Il-valuri, il- prinċipji u r-raġunijiet għalfejn jeżistu l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jenħtieġ li jiġu promossi, għaliex jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni għall-intraprendituri. L-esperjenzi u l-metodi mis-settur tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali jistgħu faċilment jiġu ttrasferiti għal mudelli oħra ta’ intrapriżi, bħall-prinċipji tas-sħubija u l-affiljazzjoni bbażati fuq il-kokreazzjoni bejn setturi u partijiet ikkonċernati, ftehimiet tal-liċenzja, il-bini ta’ kapaċità, piggybacking li jippermetti l-ingranaġġ tal-iskala ta’ kumpaniji oħra, is-sors miftuħ għad-diffużjoni rapida ta’ soluzzjonijiet, netwerks intelliġenti li jibnu fuq valur komuni u kollettiv u l-istabbiliment ta’ standards ġodda bħall-movimenti mmirati lejn tibdil fil-politika. Eżempju ta’ dan tal-aħħar huwa li l-innovazzjoni soċjali normalment twassal għal innovazzjoni fil-politika soċjali. Bl-istess mod, l-intrapriżi konvenzjonali jistgħu jispiraw lill-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, pereżempju fil-kummerċjalizzazzjoni, fil-bejgħ u fil-ġestjoni tan-negozju, biex għal darb’oħra jintwera l-valur tal-iskambju tal-aħjar prattika. |
6.4 |
Il-KESE jinsab f’pożizzjoni tajba — billi jirrappreżenta lis-soċjetà ċivili Ewropea — biex b’mod attiv jieħu sehem fil-promozzjoni u fit-tisħiħ tal-iżvilupp intraprenditorjali fl-UE għall-benefiċċju tal-impjiegi, il-protezzjoni soċjali u t-tkabbir. Aħna għalhekk noffru l-kapaċità u l-kapaċitajiet tagħna lill-Kummissjoni għal aktar inizjattivi għall-SMEs, inklużi l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali. |
Brussell, il-31 ta’ Mejju 2017.
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Georges DASSIS
(1) Skont Henrekson u Johansson, 2010, 4 % tad-ditti jiġġeneraw 70 % tal-impjiegi l-ġodda. Ara wkoll: http://www.kauffman.org/blogs/policy-dialogue/2015/august/deconstructing-job-creation-from-startups
(2) http://ec.europa.eu/growth/tools-databases/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=8723&lang=mt
(3) ĠU C 318, 23.12.2009, p. 22.
(4) ĠU C 271, 19.9.2013, p. 61.
(6) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 33.
(7) ĠU C 161, 6.6.2013, p. 14; ĠU C 303, 19.8.2016, p. 54; ĠU C 13, 15.1.2016, p. 2.
(8) COM (2016) 289 final.
(9) http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.social-entrepreneurship-make-it-happen.
(10) Il-Kontribut tal-KESE għall-Programm ta’ Ħidma tal-KE 2017, http://www.eesc.europa.eu/?i=portal.en.publications.40059
(11) ĠU C 191, 29.6.2012, p. 84
(13) ĠU C 75, 10.3.2017, p. 48.
(14) ĠU C 209, 30.6.2017, p. 21.
(16) ĠU C 13, 15.1.2016, p. 152.
(17) ĠU C 303, 19.8.2016, p. 28.
(18) Indiċi tal-Innovazzjoni Soċjali żviluppat minn Europe Tomorrow u ĠU C 458, 19.12.2014, p. 14.