EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52016XG0621(01)

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

OJ C 223, 21.6.2016, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/8


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

(2016/C 223/09)

L-informazzjoni segwenti qiegħda tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Annessi II u III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 (2) dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta’ persuni indikati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi elenkati fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, sat-30 ta’ April 2017, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

DG C 1C

Rue de la Loi 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-finijiet tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2012/285/PESK u l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012.


(1)  ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.

(2)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1.


Top