Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2016/044/06

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7934 — Blackstone/Norske Skog) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 44, 5.2.2016, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/9


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7934 — Blackstone/Norske Skog)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2016/C 44/06)

1.

Fit-28 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Blackstone Group L.P. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerika) tikseb indirettament fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Norske Skog industrier ASA (“Norske Skog”, in-Norveġja) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Blackstone hija amministratur globali tal-assi alternattivi u fornitur ta’ servizzi ta’ konsulenza finanzjarja. Hija għandha l-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti tal-Amerika u għandha uffiċċji fl-Ewropa u l-Asja.

Norske Skog hija attiva fl-industrija tal-prodotti tal-foresti. L-attività ewlenija tagħha hija l-produzzjoni u l-bejgħ ta’ karta tal-istampar b’bażi tal-injam (karta tal-gazzetti u r-rivisti).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-e-Mail lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7934 — Blackstone/Norske Skog fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top