Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0285

    Kawża T-285/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għal annullament — Talba għall-adattament tat-talbiet — Assenza ta’ fattur ġdid — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 245, 27.7.2015, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.7.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 245/18


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-285/14) (1)

    ((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))

    (2015/C 245/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Wirtschaftsvereinigung Stahl (Düsseldorf, il-Ġermanja) u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma inklużi f’anness tad-digriet (rappreżentanti: inizjalment A. Reuter, C. Arhold, N. Wimmer, F.-A. Wesche, K. Kindereit, R. Busch, A. Hohler u T. Woltering, sussegwentement A. Reuter, C. Bürger, T. Christner u G. Müllejans, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. von Donat u G. Quardt, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

    2)

    It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli.

    3)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

    4)

    Wirtschaftsvereinigung Stahl u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma inklużi f’anness tad-digriet għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    5)

    L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


    Top