EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011IR0239
Opinion of the Committee of the Regions on ‘Legislative proposals on the reform of the common fisheries policy’
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposti leġiżlattivi għar-riforma tal-politika komuni tas-sajd”
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposti leġiżlattivi għar-riforma tal-politika komuni tas-sajd”
OJ C 225, 27.7.2012, p. 20–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 225/20 |
Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proposti leġiżlattivi għar-riforma tal-politika komuni tas-sajd”
2012/C 225/04
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
— |
jappoġġja l-miżuri tal-Kummissjoni Ewropea, li għandhom l-għan li jillimitaw it-tnaqqis kontinwu tal-ħafna stokkijiet u jiżguraw l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f’livelli li jagħmluha possibbli li sal-2015 jinkiseb l-ogħla rendiment sostenibbli kemm jista’ jkun; |
— |
iqis li fejn huwa possibbli, għandha tiddaħħal b’mod gradwali l-possibbiltà ta’ projbizzjoni fuq l-iskart, l-iżjed fir-rigward tal-ispeċijiet industrijali iżda għandu jkun awtorizzat ir-rimi tal-organiżmi tal-baħar li jistgħu jgħixu ladarba jerġgħu jintefgħu fil-baħar; |
— |
jiġbed l-attenzjoni għar-riskji potenzjali u l-effetti negattivi ta’ introduzzjoni obbligatorja ta’ sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli u jirrakkomanda li dawn is-sistemi jkunu volontarji u skont il-kompetenza ta’ kull Stat Membru; |
— |
jagħraf li l-importanza ekonomika u strateġika tal-akkwakultura tiġġustifika t-teħid ta’ miżuri li jħeġġuha permezz ta’ regolament indipendenti; |
— |
jappella għal iktar reġjonalizzazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd; jappoġġja bis-sħiħ l-introduzzjoni ta’ proċess li jqis l-ispeċifiċitajiet u l-bżonnijiet tar-reġjuni, inkluża l-kooperazzjoni mal-kunsilli konsultattivi reġjonali, sabiex ikunu kapaċi jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni u miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex il-politika tkun tista’ tindirizza aħjar ir-realtajiet u l-ispeċifiċitajiet ta’ setturi tas-sajd individwali, inklużi l-problemi transkonfinali; |
— |
jilqa’ l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd (EMFF) ser ikun parti mill-Qafas Strateġiku Komuni ġdid u ser ikun allinjat ma’ fondi reġjonali u rurali; madankollu, jitlob li jkun hemm garanziji għall-finanzjamenti li ser ikunu ta’ benefiċċju għas-sajd u l-akkwakultura, u li r-reġjuni jieħdu sehem fl-implimentazzjoni strateġika tagħhom. |
Relatur |
Is-Sur Struk (PL/PPE), Marixxall tar-Reġjun tal-Pomeranja |
Dokumenti ta’ referenza |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq fil-Prodotti tas-Sajd u l-Akkwakultura COM(2011) 416 final Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd COM(2011) 417 final Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Obbligi tar-Rappurtar skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd COM(2011) 418 final Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-Dimensjoni Esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd COM(2011) 424 final Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Politika Komuni tas-Sajd COM(2011) 425 final |
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
Ġestjoni għat-tul
1. |
jemmen li l-Politika Komuni tas-Sajd għandha tikkontribwixxi għal kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul. Barra minn hekk, hija għandha tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ogħla għas-settur tas-sajd u għal swieq stabbli, u tiżgura d-disponibbiltà tar-riżorsi u li l-provvisti jaslu għand il-konsumaturi bi prezzijiet raġonevoli; |
2. |
jappoġġja l-miżuri tal-Kummissjoni Ewropea li rriżultaw mid-dikjarazzjoni tas-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli f’Johannesburg fl-2002, li għandhom l-għan li jillimitaw it-tnaqqis kontinwu ta’ ħafna stokkijiet u jiżguraw l-isfruttar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f’livelli li jagħmluha possibbli li sal-2015 jinkiseb l-ogħla rendiment sostenibbli kemm jista’ jkun; |
3. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li, għal ċerti stokkijiet, l-isforzi biex dan l-għan jintlaħaq huma urġenti iżda din l-urġenza jista’ jkollha effetti soċjoekonomiċi negattivi. Huwa urġenti li id f’id mal-miżuri ta’ restrizzjoni u ta’ ħarsien issir ħidma attiva marbuta mar-ristrutturar, pereżempju l-iżvilupp tan-negozju, l-edukazzjoni u kundizzjonijiet siguri tal-pensjonijiet. Il-finanzjament ta’ din il-ħidma għandu jiġi kemm mil-livell nazzjonali u reġjonali, skont il-possibbiltajiet u l-kompetenzi tal-livell ikkonċernat, kif ukoll minn dak tal-UE; |
4. |
jaqbel li l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar għandu jkun ibbażat fuq l-approċċ prekawzjonarju u tal-ekosistema bil-għan li jillimita l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent, u biex jitnaqqsu u b’mod gradwali jiġu eliminati l-qabdiet mhux mixtieqa; |
5. |
iħeġġeġ li l-għan tal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi jintlaħaq permezz ta’ approċċ multiannwali għall-ġestjoni tas-sajd, li jistabbilixxi bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jirriflettu l-ispeċifiċitajiet ta’ setturi differenti tas-sajd u li jinkludi mekkaniżmi li jiżguraw il-possibbiltà li d-deċiżjonijiet neċessarji jkunu jistgħu jittieħdu fil-każ ta’ avvenimenti mhux previsti; |
6. |
jemmen li, bħala parti mill-approċċ imsejjes fuq l-ekosistema, il-pjanijiet multiannwali, fejn ikun possibbli, għandhom ikopru diversi stokkijiet meta dawk l-istokkijiet jiġu sfruttati flimkien. Għal stokkijiet li għalihom ma ġie stabbilit l-ebda pjan multiannwali, għandhom jiġu stabbiliti indikaturi ta’ sfruttar li jiddeterminaw l-ogħla rendiment sostenibbli billi jiġu stabbiliti l-limiti tal-isforzi għall-qabdiet u/jew is-sajd;
|
7. |
jagħraf li l-ġestjoni tas-sajd ibbażata fuq l-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli, u li tqis l-għarfien ekoloġiku tradizzjonali li jakkwistaw is-sajjieda minn ġenerazzjoni għal oħra, titlob settijiet ta’ data armonizzati, affidabbli u preċiżi u jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn ta’ kooperazzjoni mas-settur tas-sajd fir-rigward tal-ġbir tad-data. Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri biex jallokaw riżorsi għar-riċerka u għat-twettiq ta’ stimi esperti; jenfasizza r-rwol tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), bħala korp xjentifiku li jista’ jappoġġja l-azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għall-promozzjoni ta’ ġestjoni sostenibbli tas-sajd; |
8. |
fid-dawl tal-fatt li l-ġbir tad-data huwa meħtieġ għall-valutazzjoni ekonomika u soċjoekonomika tal-partijiet interessati fis-settur tas-sajd, fl-akkwakultura u fl-ipproċessar tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u tax-xejriet tal-impjieg f’dawn l-industriji, l-UE għandha talloka riżorsi adatti lill-korpi nazzjonali u reġjonali biex jiġbru din id-data; |
Aċċess għall-ilmijiet kostali
9. |
bi pjaċir jilqa’ l-fehma tal-Kummissjoni Ewropea li r-regoli fis-seħħ li jillimitaw l-aċċess għar-riżorsi fi ħdan iż-żoni ta’ 12-il mil nawtiku tal-Istati Membri ħadmu b’mod sodisfaċenti u kienu ta’ benefiċċju għall-konservazzjoni billi llimitaw l-isforz tas-sajd fl-iżjed parti sensittiva tal-ilmijiet tal-Unjoni. F’dan il-kuntest, il-Kumitat tar-Reġjuni jemmen li dawn ir-regoli għandhom ikomplu japplikaw; |
10. |
iħeġġeġ ukoll li r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar madwar ir-reġjuni l-iktar imbiegħda jkomplu jiġu protetti b’mod partikolari billi huma jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ekonomija lokali tagħhom, meta titqies is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika tagħhom; |
11. |
jiġbed l-attenzjoni għall-prinċipju tal-Istat ta’ oriġini stabbilit fil-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar, u jħeġġeġ lill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tiegħu fiż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom, sabiex iħarsu l-vijabbiltà tal-istokkijiet mhedda ta’ ħut selvaġġ li jirriproduċu fix-xmajjar (anadromi); |
12. |
jemmen ukoll li fiż-żona ta’ 12-il mil nawtiku tagħhom, fid-dawl tal-implikazzjonijiet ambjentali u soċjoekonomiċi li hemm fil-livell tas-Sottożona Ġeografika (GSA) jew f’livell aktar baxx, l-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni applikabbli għall-bastimenti tas-sajd kollha tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li, fejn tali miżuri japplikaw għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni minn Stati Membri oħra, il-miżuri adottati ma jkunux diskriminatorji, tkun saret konsultazzjoni qabel ma’ Stati Membri oħra interessati u jkunu ġew infurmati dwarhom b’mod adegwat, u li l-Unjoni ma tkunx adottat miżuri li jindirizzaw speċifikament il-konservazzjoni u l-ġestjoni fi ħdan dik iż-żona ta’ 12-il mil nawtiku; |
It-tnaqqis tal-iskart
13. |
jaqbel li hemm bżonn riżorsi biex jitnaqqsu u, jekk possibbli, jiġu eliminati l-livelli għoljin attwali ta’ qabdiet u skart mhux mixtieqa, li jikkostitwixxu ħela sostanzjali u jaffettwaw b’mod negattiv l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi kif ukoll il-vijabbiltà finanzjarja tas-sajd. F’dan il-kuntest, jemmen li għandha titħeġġeġ aktar is-selettività tat-tagħmir tas-sajd u t-titjib ta’ tekniki tas-sajd biex l-iskart jonqos kemm jista’ jkun. Fejn huwa possibbli, għandha tiddaħħal b’mod gradwali l-possibbiltà ta’ projbizzjoni fuq l-iskart, l-iżjed fir-rigward tal-ispeċijiet industrijali iżda għandu jkun awtorizzat ir-rimi tal-organiżmi tal-baħar li jistgħu jgħixu ladarba jerġgħu jintefgħu fil-baħar; |
14. |
iqis li l-ħatt l-art ta’ qabdiet mhux mixtieqa ma għandux jirriżulta f’vantaġġi ekonomiċi sħaħ għall-operatur u li l-ipproċessar tagħhom fl-għalf għall-annimali huwa risposta ħażina għall-objettivi ambjentali tal-Kummissjoni; |
15. |
barra minn hekk, jinnota li r-Regolament ta’ bażi ma jidhirx li hu l-post adatt għal lista ddettaljata tal-ispeċi li għalihom jeżisti l-obbligu li jitniżżlu fuq l-art, dan l-obbligu jista’ jsib postu aħjar fil-pjanijiet ta’ ġestjoni individwali għall-ispeċi (stokk wieħed jew diversi); |
Aċċess għar-riżorsi
16. |
iqis li r-regolament attwali diġà jippermetti lill-Istati Membri li jixtiequ dan, li jintroduċu kwoti individwali trasferibbli għall-flotta tagħhom b’konsegwenzi magħrufa kemm f’termini ta’ spekulazzjoni kif ukoll ta’ konċentrazzjoni tas-sistemi. Fir-rigward ta’ dawn l-elementi, dawn m’għandhomx jimponu li kull Stat Membru jistabbilixxi konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jew li jistgħu jinkrew; |
17. |
barra minn hekk, jemmen li t-tul ta’ żmien ta’ kwalunkwe sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri; |
18. |
jiġbed l-attenzjoni għar-riskji potenzjali u l-effetti negattivi ta’ introduzzjoni obbligatorja ta’ sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli u jirrakkomanda li dawn is-sistemi jkunu volontarji u skont il-kompetenza ta’ kull Stat Membru; |
19. |
iħeġġeġ lill-Istati Membri biex, qabel ma tiddaħħal sistema volontarja ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, jaġġustaw ir-regoli tagħhom biex jiżguraw protezzjoni adatta tal-interessi tas-sajd kostali u biex iħarsu kontra l-effetti negattivi tal-introduzzjoni tas-sistema, pereżempju l-konċentrazzjoni eċċessiva jew l-ispekulazzjoni; |
20. |
ifakkar, rigward l-eliminazzjoni tal-kapaċità żejda, fl-esperjenza pożittiva ta’ għajnuna għad-demolizzjoni; |
21. |
iqis li l-karatteristiċi speċifiċi u l-vulnerabbiltà soċjoekonomika tas-settur tas-sajd f’bosta Stati Membri u l-prijoritajiet tal-politiki soċjoekonomiċi li jvarjaw bejn l-Istati Membri b’rabta mas-sajd ifissru li sistema obbligatorja ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli mhijiex adatta u li l-metodu tal-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd u li kwalunkwe regola għat-trasferiment tagħhom għandhom ikomplu jiġu deċiżi fil-livell tal-Istati Membri; |
22. |
iħeġġeġ ukoll li jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni l-iktar imbiegħda meta jiġu stabbiliti l-livelli limitu għall-kapaċità tas-sajd ta’ flotot ta’ daqs żgħir, billi jinżammu l-livelli ta’ referenza attwali; |
Id-dimensjoni esterna
23. |
jitlob lill-Unjoni Ewropea tippromovi l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd fuq livell internazzjonali. Għal dan il-għan, l-Unjoni għandha taħdem sabiex ittejjeb ir-riżultati tal-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali fil-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ stokkijiet internazzjonali tal-ħut, billi tippromovi t-teħid tad-deċiżjonijiet ibbażat fuq ix-xjenza u t-titjib fil-konformità, iż-żieda fit-trasparenza u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati, b’mod speċjali s-sajjieda, u billi tiġġieled l-attivitajiet tas-sajd illegali, mhux rappurtati u mhux regolati (IUU – illegal, unreported and unregulated); |
24. |
jaqbel li l-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi dwar il-ġestjoni sostenibbli tas-sajd għandhom jipprovdu għal drittijiet ta’ aċċess bħala bdil ma’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni u għandhom jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza ta’ kwalità għolja f’dawn il-pajjiżi biex jiżguraw miżuri ta’ monitoraġġ, kontroll u sorveljanza effikaċi tal-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd; jemmen ukoll li l-ftehimiet mal-pajjiżi terzi għandhom jipprovdu lill-flotta tas-sajd tal-UE, li tiddependi minn dawn il-ftehimiet, bi stabbiltà, vijabbiltà u qligħ sabiex jiġi garantit il-futur tagħha; |
25. |
jinsisti li l-ftehimiet ta’ sħubija ma’ pajjiżi terzi dwar is-sajd għandhom jistabbilixxu qafas legali, ekonomiku u ambjentali għall-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tal-UE jew għall-investimenti minn operaturi tal-UE fil-qasam tas-sajd b’konformità mal-miżuri rilevanti adottati minn organizzazzjonijiet internazzjonali, fosthom l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd. Fost affarijiet oħra, il-ftehimiet dwar is-sajd ser ikollhom l-għan li jiżguraw li l-attivitajiet tas-sajd fil-pajjiżi terzi isiru taħt kundizzjonijiet ta’ sostenibbiltà u skont arranġamenti li jkunu sodisfaċenti b’mod reċiproku; |
L-akkwakultura
26. |
jagħraf li l-importanza ekonomika u strateġika tal-akkwakultura tiġġustifika t-teħid ta’ miżuri li jħeġġuha permezz ta’ regolament indipendenti dwar linji gwida tal-UE b’mod li l-pjanijiet strateġiċi nazzjonali jtejbu l-kompetittività tal-industrija tal-akkwakultura, permezz tal-appoġġ lill-iżvilupp u l-innovazzjoni favur sostenibbiltà ekoloġika, ekonomika u soċjali fil-katina ta’ produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni kollha kemm hi, u t-tħeġġiġ tal-ipproċessar u d-diversifikazzjoni, u b’hekk jiġi inkoraġġit ukoll it-titjib tal-kwalità tal-ħajja fiż-żoni kostali u rurali, kif ukoll il-bżonn li jitfasslu mekkaniżmi għall-iskambju bejn l-Istati Membri ta’ informazzjoni u l-aħjar prattika permezz ta’ metodu miftuħ ta’ koordinazzjoni ta’ miżuri nazzjonali dwar is-sigurtà tan-negozju, l-aċċess għall-ilmijiet u t-territorju tal-Unjoni, b’attenzjoni partikolari għall-kompatibbiltà tal-konservazzjoni tal-ambjent u l-iżvilupp tal-attività f’żoni kklassifikati fin-netwerk Natura 2000, u s-semplifikazzjoni amministrattiva tal-liċenzjar u l-permessi; |
27. |
jagħraf il-bżonn li jiġi stabbilit kumitat konsultattiv għall-akkwakultura li verament ikun jista’ jirrappreżenta s-settur u li jlaqqa’ fi ħdanu rappreżentanti mill-qasam produttiv (assoċjazzjonijiet professjonali, organizzazzjonijiet tal-produtturi, jew il-kmamar tal-kummerċ); |
Is-suq tas-sajd
28. |
jaqbel li d-diffikultà biex jiġu previsti l-attivitajiet tas-sajd teżiġi li jitwaqqaf mekkaniżmu għall-ħżin ta’ prodotti tas-sajd għall-konsum mill-bniedem bil-għan li titrawwem stabbiltà akbar tas-suq u jiżdied ir-redditu fuq il-prodotti, partikolarment billi jinħoloq valur miżjud. Dan il-mekkaniżmu jrid jiġi estiż ukoll għall-prodotti tal-akkwakultura; |
29. |
jagħraf li l-applikazzjoni ta’ standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni għandha tippermetti li s-suq ikun fornut bi prodotti sostenibbli, li jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-suq intern tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, u li jiġi ffaċilitat il-kummerċ fuq bażi ta’ kompetizzjoni ġusta, u b’hekk tgħin biex tintlaħaq il-profitabbiltà tal-produzzjoni; |
30. |
jemmen li minħabba l-varjetà dejjem ikbar tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, jeħtieġ li l-konsumaturi jingħataw ammont minimu ta’ informazzjoni obbligatorja, b’mod ċar, intelliġibbli, u faċli li jinftiehem, dwar il-karatteristiċi ewlenin tal-prodotti; |
31. |
jitlob li l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq tiġi implimentata f’konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, mingħajr ħsara għall-introduzzjoni tal-uniformità u l-omologazzjoni ta’ miżuri relatati mas-saħħa u l-iġjene għall-prodotti minn pajjiżi terzi u għall-iżvilupp ta’ prattika kummerċjali marittima u tas-sajd li tinkoraġġixxi t-tneħħija tas-sajd IUU; |
32. |
jitlob li, fejn ikun possibbli, tiġi introdotta sistema ta’ ċertifikazzjoni pubblika tal-prodotti tas-sajd tal-UE biex jiġi żgurat li dawn il-prodotti jkunu frott sajd ġestit b’mod adatt; |
Ir-reġjonalizzazzjoni
33. |
jappella għal iktar reġjonalizzazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd, sabiex l-għarfien u l-esperjenza tal-atturi kollha, b’mod partikolari l-awtoritajiet lokali u reġjonali, ikunu jistgħu jintużaw fil-Politika Komuni tas-Sajd u jenfasizza l-importanza tal-istrateġiji makroekonomiċi; |
34. |
jenfasizza l-interazzjoni dejjem ikbar bejn is-sajd rikreattiv, is-sajjieda professjonali u l-komunitajiet li jiddependu mill-attivitajiet tas-sajd; |
35. |
jappoġġja bis-sħiħ l-introduzzjoni ta’ proċess li jqis l-ispeċifiċitajiet u l-bżonnijiet tar-reġjuni, inkluża l-kooperazzjoni mal-kunsilli konsultattivi reġjonali, sabiex ikunu kapaċi jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni u miżuri tekniċi għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd sabiex il-politika tkun tista’ tindirizza aħjar ir-realtajiet u l-ispeċifiċitajiet ta’ setturi tas-sajd individwali, inklużi l-problemi transkonfinali; |
36. |
barra minn hekk, jemmen li r-RACs jew strutturi simili oħra ta’ sħubija għandhom jissaħħu biex jiġi żgurat li l-komunitajiet lokali mhux biss jiġu kkonsultati iżda anke jieħdu sehem fil-ġestjoni tar-riżorsi lokali tagħhom tas-sajd; |
37. |
jitlob li l-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd tqis l-interazzjonijiet ma’ kwistjonijiet marittimi oħra, billi tirrikonoxxi li l-kwistjonijiet kollha relatati mal-oċeani u l-ibħra Ewropej huma interkonnessi, inkluża l-ġestjoni tat-territorju marittimu, u b’hekk tissaħħaħ il-Politika Marittima Integrata; |
38. |
jenfasizza li fl-applikazzjoni tal-PKS, wieħed ma jistax jinjora l-protezzjoni tal-ekosistemi akwatiċi fil-kumplessità u l-interazzjoni tagħhom, filwaqt li titqies il-fraġilità tal-ilmijiet ta’ tranżizzjoni u l-kurituri ekoloġiċi tax-xmajjar u l-lagi, kif ukoll tal-popolazzjoni ta’ ħut tagħhom, b’attenzjoni partikolari għaż-żamma u t-tisħiħ tal-ispeċijiet li huma fil-periklu li jsiru estinti, u b’referenza speċifika għall-ispeċijiet anadromiċi u katadromiċi; |
Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u għas-Sajd
39. |
huwa konxju li, mingħajr l-appoġġ finanzjarju adatt, l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-problemi li jiltaqgħu magħhom fl-iżvilupp tal-industrija tas-sajd u l-ġestjoni tagħha, u l-limiti fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri; |
40. |
għar-raġunijiet kollha msemmija hawn fuq, jitlob li tingħata għajnuna finanzjarja multiannwali tal-UE adatta, li tkun iffukata fuq il-prijoritajiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, bil-għan li tikkontribwixxi għall-ksib ta’ dawn l-għanijiet, b’mod partikolari billi tittejjeb l-effikaċja ekonomika tas-settur, b’mod partikolari tal-flotta tas-sajd, billi jinħolqu postijiet tax-xogħol ġodda u bl-introduzzjoni tal-modernizzazzjoni u l-innovazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ bastimenti siguri u sostenibbli; |
41. |
jitlob li tiġi introdotta mill-ġdid l-għajnuna finanzjarja għat-tiġdid u l-modernizzazzjoni tal-flotot tas-sajd tar-reġjuni ultraperiferiċi għall-perjodu 2014-2020; |
42. |
jemmen li l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata biss jekk l-Istati Membri u l-operaturi jikkonformaw mal-Politika Komuni tas-Sajd. Għaldaqstant, tali għajnuna finanzjarja għandha tiġi interrotta, sospiża jew emendata f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri u ksur serju ripetut ta’ dawk ir-regoli mill-operaturi; |
43. |
jilqa’ l-fatt li l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd (EMFF) ser ikun parti mill-Qafas Strateġiku Komuni ġdid u ser ikun allinjat ma’ fondi reġjonali u rurali oħra biex ikun hemm oqfsa integrati għall-iżvilupp lokali u biex tittejjeb is-semplifikazzjoni tal-aċċess għall-fondi fil-livell lokali u reġjonali. Iżda, madankollu, jitlob li jkun hemm garanziji għall-finanzjamenti li ser ikunu ta’ benefiċċju għas-sajd u l-akkwakultura, u li r-reġjuni jieħdu sehem fl-implimentazzjoni strateġika tagħhom; |
44. |
jirrikonoxxi l-valur bijoloġiku, produttiv u storiku tal-istokkijiet tal-ħut u tal-ħabitats tal-għadajjar u x-xmajjar, u għaldaqstant, iqis li hemm bżonn li l-Unjoni Ewropea tagħti assistenza finanzjarja lil dan is-settur, anke bil-għan li jitnaqqsu l-qabdiet marittimi, jitnaqqsu l-importazzjonijiet u tissaħħaħ il-kompetittività territorjali; |
Is-setgħat tal-Kummissjoni
45. |
jagħraf li, għall-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex din tkun tista’ tikkompleta jew temenda elementi mhux essenzjali tal-att leġislattiv bażiku; madankollu, jirrakkomanda li l-użu daqstant mifrux tal-atti delegati mill-Kummissjoni jiġi studjat b’attenzjoni u fil-fond mill-aspett legali u politiku, filwaqt li jiġi żgurat li din is-setgħa tkun definita b’mod ċar fir-rigward tal-objettivi, tal-kontenut, tal-ambitu u tal-perjodu tad-delega tas-setgħa; |
46. |
jitlob lill-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti hija u tħejji għall-adozzjoni tal-atti delegati, inkluż fil-livell tal-esperti u tal-awtoritajiet reġjonali; |
47. |
jemmen li l-Kummissjoni, hija u tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill; |
48. |
jappoġġja u jħeġġeġ bis-sħiħ l-użu ta’ “żvilupp lokali mmexxi mill-komunità”, kif stabbilit fir-Regolament Ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-Qafas Strateġiku Komuni, sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jiksbu r-riżorsi mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd (EMFF) (u l-fondi strutturali għall-iżvilupp rurali). Il-koordinazzjoni tal-fondi għandha ssir f’qafas flessibbli u tippermetti l-possibbiltajiet ta’ intervent ta’ dawn il-fondi. L-awtoritajiet għandhom ikunu parteċipanti fit-tħejjija tal-qafas strateġiku u l-programmi operattivi; |
49. |
jenfasizza li s-suċċess tal-Politika Komuni tas-Sajd jirrikjedi sistema effettiva ta’ kontroll, spezzjoni u infurzar, inkluża l-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU. L-użu ta’ teknoloġiji moderni għandu jiġi promoss fil-qafas tas-sistema ta’ kontroll, spezzjoni, u infurzar tal-Unjoni. L-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandu jkollhom il-possibbiltà li jwettqu proġetti pilota dwar teknoloġiji ta’ kontroll u sistemi ta’ ġestjoni tad-data ġodda; |
50. |
huwa tal-fehma li għandha ssir analiżi tal-konformità mar-regolament tal-UE kull ħames snin. |
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
COM(2011) 425 final
Emenda 1
Premessa (5)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f’Johannesburg fl-2002, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jaġixxu kontra t-tnaqqis kontinwu ta’ bosta stokkijiet ta’ ħut. Għalhekk, l-Unjoni għandha ttejjeb il-Politika Komuni tas-Sajd tagħha sabiex tiżgura li bħala materja ta’ prijorità, il-livelli ta’ sfruttar tal-istokkijiet ta’ riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jitreġġgħu lura u jinżammu f’livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli mill-popolazzjonijiet tal-istokkijiet maqbuda sal-2015. Fejn tkun disponibbli inqas informazzjoni xjentifika, dan jista’ jitlob li jiġu applikati alternattivi għar-rendiment massimu sostenibbli. |
Fis-Summit Dinji dwar l-Iżvilupp Sostenibbli li sar f’Johannesburg fl-2002, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha impenjaw ruħhom li jaġixxu kontra t-tnaqqis kontinwu ta’ bosta stokkijiet ta’ ħut. Għalhekk, l-Unjoni għandha ttejjeb il-Politika Komuni tas-Sajd tagħha sabiex tiżgura li bħala materja ta’ prijorità, il-livelli ta’ sfruttar tal-istokkijiet ta’ riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jitreġġgħu lura u jinżammu f’livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli mill-popolazzjonijiet tal-istokkijiet maqbuda sal-2015. Fejn tkun disponibbli inqas informazzjoni xjentifika, dan jista’ jitlob li jiġu applikati alternattivi għar-rendiment massimu sostenibbli. |
Raġuni
Il-Ftehim ta’ Johannesburg tal-2002 irrikonoxxa li għal ċerti speċijiet u stokkijiet jista’ ma jkunx possibbli li jintlaħaq l-ogħla rendiment sostenibbli sal-2015 u jinkludi l-kliem “fejn huwa possibbli” sabiex jippermetti għat-tali possibbiltajiet. L-UE m’għandhiex tipprova tmur lil hinn mill-obbligi internazzjonali tagħha.
Emenda 2
Premessa (6)
Test tal-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Il-miri tas-sajd ġew stipulati fid-Deċiżjoni mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Diversità Bijoloġika dwar il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011/2020, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura l-koerenza mal-miri tal-bijodiversità adottati mill-Kunsill Ewropew, u l-miri tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020”, b’mod partikolari biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli sal-2015. |
Il-miri tas-sajd ġew stipulati fid-Deċiżjoni mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Diversità Bijoloġika dwar il-Pjan Strateġiku għall-Bijodiversità 2011/2020, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura l-koerenza mal-miri tal-bijodiversità adottati mill-Kunsill Ewropew, u l-miri tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-assigurazzjoni ta’ ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020”, b’mod partikolari biex jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli sal-2015. |
Raġuni
Il-Ftehim ta’ Johannesburg tal-2002 irrikonoxxa li għal ċerti speċijiet u stokkijiet jista’ ma jkunx possibbli li jintlaħaq l-ogħla rendiment sostenibbli sal-2015 u jinkludi l-kliem “fejn huwa possibbli” sabiex jippermetti għat-tali possibbiltajiet. L-UE m’għandhiex tipprova tmur lil hinn mill-obbligi internazzjonali tagħha.
Emenda 3
Premessa 15
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar madwar l-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji għandhom ikomplu jiġu protetti b’mod partikolari billi huma jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ekonomija lokali ta’ dawn il-gżejjer, meta titqies is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika ta’ dawk il-gżejjer. Għalhekk għandha tinżamm il-limitazzjoni ta’ ċerti attivitajiet tas-sajd f’dawk l-ilma għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tal-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji. |
Ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar madwar għandhom ikomplu jiġu protetti b’mod partikolari billi huma jikkontribwixxu għall-preservazzjoni tal-ekonomija lokali ta’ dawn il-gżejjer, meta titqies is-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika ta’ dawk il-gżejjer. Għalhekk għandha tinżamm il-limitazzjoni ta’ ċerti attivitajiet tas-sajd f’dawk l-ilma għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet . |
Raġuni
Ir-reġjuni l-iktar imbiegħda qed jiffaċċjaw il-problemi u kollha għandhom jitqiesu, ħalli l-iżvilupp tagħhom jiġi appoġġjat aħjar. Dan jiddependi ħafna mill-fatt li r-riżorsi tal-ilma u l-ambjent tal-ilma b’mod ġenerali jkunu jinsabu fi stat tajjeb. Għalhekk, l-għan tal-emenda huwa li jitqiesu r-reġjuni l-iktar imbiegħda kollha tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 4
Premessa (18)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Hemm bżonn ta’ miżuri sabiex jitnaqqsu u jiġu eliminati l-livelli għolja preżenti ta’ qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut. Fil-fatt, il-qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut jikkostitwixxu skart sostanzjali u jaffettwaw ħażin l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi kif ukoll il-vijabbiltà finanzjarja tas-sajd. Għandu jiġi stabbilit u gradwalment implimentat obbligu ta’ ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal-istokkijiet immaniġġjati waqt l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. |
Hemm bżonn ta’ miżuri sabiex jitnaqqsu u jiġu eliminati l-livelli għolja preżenti ta’ qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut. Fil-fatt, il-qabdiet mhux mixtieqa u l-iskartar tal-ħut jikkostitwixxu skart sostanzjali u jistgħu jaffettwaw ħażin l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ekosistemi marittimi kif ukoll il-vijabbiltà finanzjarja tas-sajd. ħandu jiġi stabbilit u gradwalment implimentat obbligu ta’ ħatt l-art tal-qabdiet kollha tal- maqbuda fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni. |
Emenda 5
Premessa 29
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għall-maġġoranza tal-istokkijiet immaniġġjati taħt il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiġi implimentata sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 għall-bastimenti kollha b’tul ta’ 12-il metru jew aktar u l-bastimenti l-oħra kollha li jistadu b’irkaptu rmunkat. L-Istati Membri jistgħu jeskludu bastimenti ta’ sa 12-il metru tul minbarra l-bastimenti li jużaw irkaptu rmunkat mill-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli. Sistema bħal din għandha tikkontribwixxi għal tnaqqis fil-flotta u titjib fil-prestazzjoni ekonomika prodott mill-industrija filwaqt li fl-istess ħin toħloq konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli legalment siguri u esklużivi tal-opportunitajiet annwali tas-sajd ta’ Stat Membru. Billi r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar huma ġid komuni, il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandhom jistabbilixxu biss drittijiet għall-utent għal parti mill-opportunitajiet annwali tas-sajd ta’ Stat Membru li jistgħu jiġu rtirati skont regoli stabbiliti. |
Sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għall-maġġoranza tal-istokkijiet immaniġġjati taħt il-Politika Komuni tas-Sajd tiġi implimentata għall-bastimenti kollha b’tul ta’ 12-il metru jew aktar u l-bastimenti l-oħra li jistadu . Sistema bħal din għandha tikkontribwixxi għal tnaqqis fil-flotta u titjib fil-prestazzjoni ekonomika prodott mill-industrija filwaqt li fl-istess ħin toħloq konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli legalment siguri u esklużivi tal-opportunitajiet annwali tas-sajd ta’ Stat Membru. Billi r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar huma ġid komuni, il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandhom jistabbilixxu biss drittijiet għall-utent għal parti mill-opportunitajiet annwali tas-sajd ta’ Stat Membru li jistgħu jiġu rtirati skont regoli stabbiliti. |
Raġuni
L-introduzzjoni tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tkun kompetenza tal-Istati Membri u mhux xi ħaġa obbligatorja.
Emenda 6
Premessa 31
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Il-karatteristiċi speċifiċi u l-vulnerabbiltà soċjoekonomika ta’ xi flotot fuq skala żgħira jiġġustifikaw il-limitazzjoni tas-sistema obbligatorja tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti kbar. Is-sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tapplika għal stokkijiet li hemm opportunitajiet tas-sajd allokati għalihom. |
Il-karatteristiċi speċifiċi u l-vulnerabbiltà soċjoekonomika ta’ xi flotot fuq skala żgħira jiġġustifikaw as-sistema tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti kbar. Is-sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tapplika għal stokkijiet li hemm opportunitajiet tas-sajd allokati għalihom. |
Raġuni
Din il-premessa ġiet emendata biex tkun konformi mal-Artikolu 27(1) u biex tiġi konfermata n-natura volontarja tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli.
Emenda 7
Artikolu 2(2)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Għanijiet ġenerali 1. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jipprovdu kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul u jikkontribwixxu għall-provvisti tal-ikel. 2. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tfittex li tiżgura, sal-2015, li l-isfruttar ta’ riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa’ lura u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada ’l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. 3. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati. 4. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tintegra r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. |
Għanijiet ġenerali 1. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura jipprovdu kundizzjonijiet ambjentali, ekonomiċi u soċjali sostenibbli fit-tul u jikkontribwixxu għall-provvisti tal-ikel. 2. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tapplika l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandha tfittex li tiżgura, sal-2015, li l-isfruttar ta’ riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar ireġġa’ lura u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. 3. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati. 4. Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tintegra r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni. |
Raġuni
Il-Ftehim ta’ Johannesburg tal-2002 irrikonoxxa li għal ċerti speċijiet u stokkijiet jista’ ma jkunx possibbli li jintlaħaq l-ogħla rendiment sostenibbli sal-2015 u jinkludi l-kliem “fejn huwa possibbli” sabiex jippermetti għat-tali possibbiltajiet. L-UE m’għandhiex tipprova tmur lil hinn mill-obbligi internazzjonali tagħha.
Emenda 8
Artikolu 2(3)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati. |
Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha timplimenta l-approċċ abbażi tal-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu limitati. |
Raġuni
Il-Ftehim ta’ Johannesburg tal-2002 irrikonoxxa li għal ċerti speċijiet u stokkijiet tal-ħut jista’ ma jkunx possibbli li jintlaħaq l-ogħla rendiment sostenibbli sal-2015 u jinkludi l-kliem “fejn huwa possibbli” sabiex tiġi kkunsidrata din il-possibbiltà.
Emenda 9
Artikolu 3
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||||||||||||
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 2, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha b’mod partikolari:
|
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali stipulati fl-Artikolu 2, il-Politika Komuni tas-Sajd għandha b’mod partikolari:
|
Emenda 10
Artikolu 4
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||||||||
Prinċipji ta’ governanza tajba Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkun immexxija mill-prinċipji ta’ governanza tajba li ġejjin:
|
Prinċipji ta’ governanza tajba Il-Politika Komuni tas-Sajd għandha tkun immexxija mill-prinċipji ta’ governanza tajba li ġejjin:
|
Raġuni
Aħna nemmnu li d-diskrezzjoni politika tal-Kunsill u l-Parlament fl-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-prinċipji għandha tiġi rispettata meta jittieħdu d-deċiżjonijiet f’dan il-qasam, sabiex tiġi żgurata gvernanza tajba.
Żid punt c) ġdid mal-prinċipji tal-governanza tajba tal-Politika Komuni tas-Sajd. Huwa kruċjali li l-Politika Komuni tas-Sajd tiġi applikata kull fejn hemm bżonn b’mod gradwali u transizzjonali.
Għandha tiġi enfasizzata l-importanza tar-reġjonalizzazzjoni fil-PSK billi jingħata rwol ikbar lill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.
Il-paragrafu (g) huwa sors ta’ konfużjoni għalina, billi jqiegħed lill-Politika Marittima Integrata (PMI) fuq l-istess livell mal-PSK bħal politiki oħra tal-Unjoni. Aħna nemmnu li l-PSK hija parti integrali tal-PMI u l-iktar ħaġa importanti hija l-konsistenza interna taħt l-istess politika bl-istess nies inkarigati.
Emenda 11
Artikolu 5
Abbozz ta’ opinjoni |
Emenda |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Definizzjonijiet Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
Definizzjonijiet Għall-iskop ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
Raġuni
Is-settur tas-sajd espanda biex iħaddan tipi differenti ta’ operat. M’għadux jagħmel sens li l-operaturi jkunu limitati għal persuni legali jew fiżiċi jew għal sjieda ta’ intrapriża. Jeżistu wkoll għaqdiet u intrapriżi oħra. F’xi partijiet tal-Ewropa, pereżempju, is-sajd rikreattiv huwa ta’ importanza kbira għall-irkupru tal-istokkijiet tal-ħut. B’riżultat tal-urbanizzazzjoni, is-sajd rikreattiv jinsab f’qagħda tajba biex isaħħaħ kif in-nies kullimkien jifhmu n-natura. Barra minn hekk, dan it-tip ta’ sajd jiġbed lin-nies lejn in-natura u jħeġġiġhom jieħdu ħsieb aħjar tal-irkupru fiżiku u mentali u l-benesseri tagħhom stess. Il-volum u l-importanza ekonomika ta’ sajd bi gwida u t-turiżmu tas-sajd b’mod ġenerali qed jikbru. Is-sajd jaqdi wkoll rwol importanti fl-iżvilupp tal-industriji tat-turiżmu u għaldaqstant jgħin isostni l-vitalità tal-komunitajiet tal-kosta u tax-xmajjar. Għalhekk, it-terminu “operatur” għandu jitwessa’. Dan huwa appoġġjat mill-fatt li s-sajd rikreattiv, pereżempju, diġà jagħmel parti mill-Politika Komuni tas-Sajd bis-saħħa tar-Regolament tal-Kontroll u l-pjanijiet il-ġodda għall-użu u ż-żamma għall-ispeċijiet tal-ħut.
Għandna bżonn definizzjoni Ewropea ta’ “sajd kostali fuq skala żgħira” li tkun flessibbli biżżejjed li tħalli lok għad-diversità u l-ispeċifiċitajiet tas-sajd fil-ħafna reġjuni tal-Ewropa.
L-attivitajiet relatati mal-ħut qed jibdew jaqdu rwol fundamentali fiż-żamma tal-istokkijiet tal-ħut ta’ valur għoli permezz tar-ripopolazzjoni, li b’hekk jinkludu speċijiet barranin li jgħixu f’ħabitats speċjali (niche habitats) importanti.
Emenda 12
Artikolu 6
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Regoli ġenerali dwar l-aċċess għall-ilmijiet 1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikollhom aċċess indaqs għall-ilmijiet u r-riżorsi fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, suġġett għall-miżuri adottati skont il-Parti III. 2. Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 li jillimitaw is-sajd għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f’dawk l-ilmijiet minn portijiet fuq il-kosta maġenb, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri oħra skont relazzjonijiet eżistenti dwar il-viċinat bejn l-Istati Membri u l-arranġamenti li jinsabu fl-Anness I, li jistabbilixxu għal kull Stat Membru ż-żoni ġeografiċi fi ħdan il-faxex kostali ta’ Stati Membri oħra fejn isiru attivitajiet tas-sajd u l-ispeċijiet ikkonċernati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu. 3. Fl-ilmijiet sa 100 mil nawtiku mil-linji bażi tal-Azores, Madejra u l-Gżejjer Kanarji, l-Istati Membri kkonċernati jistgħu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 jillimitaw is-sajd għal bastimenti rreġistrati fil-portijiet ta’ dawk il-gżejjer. Tali restrizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal bastimenti tal-Unjoni li tradizzjonalment jistadu f’dawk l-ilmijiet, sakemm dawk il-bastimenti ma jaqbżux l-isforz tas-sajd eżerċitat tradizzjonalment. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu. 4. Id-dispożizzjonijiet li se jsegwu l-arranġamenti stipulati fil-paragrafu 2 u 3 għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
Regoli ġenerali dwar l-aċċess għall-ilmijiet 1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni għandhom ikollhom aċċess indaqs għall-ilmijiet u r-riżorsi fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 2 u 3, suġġett għall-miżuri adottati skont il-Parti III. 2. Fl-ilmijiet sa 12-il mil nawtiku mil-linji bażi taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 li jillimitaw is-sajd għal bastimenti tas-sajd li tradizzjonalment jistadu f'dawk l-ilmijiet minn portijiet fuq il-kosta maġenb, mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera ta’ Stati Membri oħra skont relazzjonijiet eżistenti dwar il-viċinat bejn l-Istati Membri u l-arranġamenti li jinsabu fl-Anness I, li jistabbilixxu għal kull Stat Membru ż-żoni ġeografiċi fi ħdan il-faxex kostali ta’ Stati Membri oħra fejn isiru attivitajiet tas-sajd u l-ispeċijiet ikkonċernati. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu. 3. Fl-ilmijiet sa 100 mil nawtiku mil-linji bażi , l-Istati Membri kkonċernati jistgħu mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2022 jillimitaw is-sajd għal bastimenti rreġistrati fil-portijiet ta’ dawk il-gżejjer. Tali restrizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal bastimenti tal-Unjoni li tradizzjonalment jistadu f’dawk l-ilmijiet, sakemm dawk il-bastimenti ma jaqbżux l-isforz tas-sajd eżerċitat tradizzjonalment. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bir-restrizzjonijiet imdaħħla skont dan il-paragrafu. 4. Id-dispożizzjonijiet li se jsegwu l-arranġamenti stipulati fil-paragrafu 2 u 3 għandhom jiġu adottati sal-31 ta’ Diċembru 2022. |
Raġuni
Ir-reġjuni l-iktar imbiegħda qed jiffaċċjaw il-problemi u kollha għandhom jitqiesu, ħalli l-iżvilupp tagħhom jiġi appoġġjat aħjar. Dan jiddependi ħafna mill-fatt li r-riżorsi tal-ilma u l-ambjent tal-ilma b’mod ġenerali jkunu jinsabu fi stat tajjeb. Għalhekk, l-għan tal-emenda huwa li jitqiesu r-reġjuni l-iktar imbiegħda kollha tal-Unjoni Ewropea.
Emenda 13
Artikolu 8
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||
Il-miżuri tekniċi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:
|
Il-miżuri tekniċi jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:
|
Raġuni
L-ewwel parti tal-emenda ma tapplikax għall-verżjoni Maltija billi l-għan huwa li t-terminu Pollakk għal “iżidu” jiġi sostitwit bil-kelma Pollakka għal “itejbu” li ntużat fil-verżjoni Maltija. L-Artikolu 8 mhuwiex limitat biss għaż-żona bentika iżda jinkludi wkoll iż-żona pelaġika u t-tagħmir tas-sajd li jintuża f’din iż-żona.
Emenda 14
Artikolu 9
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||
Pjan multiannwali 1. Għandhom jiġu stabbiliti bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jipprovdu għal miżuri ta’ konservazzjoni sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura fuq livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. 2. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal:
3. Il-pjanijiet multiannwali għandhom, fejn possibbli, ikopru jew sajd li jisfrutta stokkijiet waħdiena ta’ ħut jew sajd li jisfrutta taħlita ta’ stokkijiet, filwaqt li jqisu l-interazzjonijiet bejn l-istokkijiet u s-sajd. 4. Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd u għandhom iqisu l-limitazzjonijiet tad-dejta disponibbli u l-metodi ta’ valutazzjoni u s-sorsi kwantifikati kollha tal-inċertezza b’mod xjentifikament validu. |
Pjan multiannwali 1. ħandhom jiġu stabbiliti bħala prijorità pjanijiet multiannwali li jipprovdu għal miżuri ta’ konservazzjoni sabiex l-istokkijiet tal-ħut jinżammu jew jitreġġgħu lura fuq livelli, li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli. 2. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal:
3. Il-pjanijiet multiannwali għandhom, fejn possibbli, ikopru jew sajd li jisfrutta stokkijiet waħdiena ta’ ħut jew sajd li jisfrutta taħlita ta’ stokkijiet, filwaqt li jqisu l-interazzjonijiet bejn l-istokkijiet u s-sajd . 4. Il-pjanijiet multiannwali għandhom ikunu bbażati fuq l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd u għandhom iqisu l-limitazzjonijiet tad-dejta disponibbli u l-metodi ta’ valutazzjoni u s-sorsi kwantifikati kollha tal-inċertezza b’mod xjentifikament validu. |
Raġuni
Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali ġew introdotti mill-Unjoni Ewropea fl-2004 biex jagħtu parir rilevanti fil-kuntest ta’ approċċ reġjonalizzat fil-politika komuni tas-sajd. Huma għandhom ikunu involuti aktar fit-teħid tad-deċiżjonijiet billi jintalbu l-opinjoni tagħhom dwar il-pjanijiet multiannwali. Hekk il-pjanijiet ikunu aċċettati iktar malajr mill-professjonisti u b’hekk jiġu implimentati b’mod iktar faċli.
Il-Ftehim ta’ Johannesburg tal-2002 irrikonoxxa li għal ċerti speċijiet u stokkijiet jista’ ma jkunx possibbli li jintlaħaq l-ogħla rendiment sostenibbli sal-2015 u jinkludi l-kliem “fejn huwa possibbli” sabiex jippermetti għat-tali possibbiltajiet. L-UE m’għandhiex tipprova tmur lil hinn mill-obbligi internazzjonali tagħha. Il-pjanijiet multiannwali jistabbilixxu miri għat-tnaqqis gradwali tar-rimi, billi jużaw miżuri adottati fil-livell reġjonali. Dawn il-miżuri għat-tnaqqis għandhom ikunu bbażati fuq varjetà ta’ għodod li jistgħu jitressqu mill-partijiet interessati involuti: is-selettività, il-ġestjoni tal-ispazju u ż-żmien, l-introduzzjoni ta’ kwoti tal-qabdiet għal ċerti speċijiet vulnerabbli f’ċerti żoni. Dawn il-partijiet interessati għandhom jaqdu rwol importanti f’dan il-qasam, permezz tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali msaħħa. Il-pjanijiet multiannwali għandhom iqisu b’mod formali l-kwistjonijiet marbuta maż-żoni tal-baħar protetti billi f’uħud minnhom isiru attivitajiet tas-sajd fuq skala kbira. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jinkludu wkoll dimensjoni ta’ ekosistema bħala garanzija taż-żamma tal-ħut.
Huwa importanti li nindikaw li l-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu wkoll għall-miżuri li jirrestawraw stat ambjentali tajjeb, inkella dan jista’ saħansitra jmur lura, bi ħsara għall-kapaċitajiet naturali tal-produzzjoni tal-ekosistemi tal-baħar.
Il-ġestjoni tajba taż-żoni tal-baħar protetti hija waħda mill-objettivi tal-konvenzjoni dwar id-diversità bijoloġika. Għalhekk hija ħaġa naturali li tiġi kkunsidrata fil-politika komuni tas-sajd.
Emenda 15
Artikolu 10
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal addattamenti tar-rata ta’ mortalità mis-sajd, li tirriżulta f’rata ta’ mortalità mis-sajd li treġġa’ lura u żżomm il-livelli tal-istokkijiet ’il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015. 2. F’każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita rata ta’ mortalità mis-sajd li treġġa’ lura u żżomm l-istokkijiet ’il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal miżuri prekawzjonarji li jiżguraw livell komparabbli ta’ konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti. |
1. Il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal addattamenti tar-rata ta’ mortalità mis-sajd, li tirriżulta f’rata ta’ mortalità mis-sajd li treġġa’ lura u żżomm il-livelli tal-istokkijiet ’il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli sal-2015 2. F’każijiet fejn ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita rata ta’ mortalità mis-sajd li treġġa’ lura u żżomm l-istokkijiet ’il fuq minn livelli li kapaċi jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, il-pjanijiet multiannwali għandhom jipprovdu għal miżuri prekawzjonarji li jiżguraw livell komparabbli ta’ konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti. |
Emenda 16
Artikolu 11
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Kontenut tal-pjanijiet multiannwali Pjan multiannwali għandu jinkludi:
|
Kontenut tal-pjanijiet multiannwali Pjan multiannwali għandu jinkludi:
|
Raġuni
Il-miżuri mmirati lejn l-istokkijiet ta’ ħut migratorju huma meħtieġa biex jiġu ggarantiti d-diversità naturali u s-sajd sostenibbli. Il-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE għandha tagħmel distinzjoni bejn stokkijiet ta’ ħut anadromu, li jemigraw lejn in-naħa ta’ fuq ta’ xmara biex ibidu, u tipi oħra ta’ stokkijiet ta’ ħut. Il-prinċipji li fuqhom hija bbażata r-regolazzjoni tas-sajd ta’ stokkijiet ta’ ħut migratorju għandhom jiġu implimentati b’konformità mal-Artikolu 66, Taqsima V, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar, li tirregola l-ġestjoni ta’ stokkijiet tal-ħut anadromu separatament mill-istokkijiet oħra ta’ ħut.
Il-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin hija proċess dinamiku u kultant meħtieġ biex tittieħed deċiżjoni ta’ malajr, li minħabba n-natura ferm burokratika u r-ritmu bil-mod tal-proċess ta’ kodeċiżjoni, jista’ jkun partikolarment diffiċli, kif rajna fil-passat fil-każ tal-pjanijiet multiannwali tal-Baltiku jew tal-Baħar tat-Tramuntana. Il-pjanijiet multiannwali jinkludu klawżola li tgħid li l-pjan għandu jiġi evalwat wara li jkunu għaddew bejn tlieta u ħames snin. Madankollu, ma tfassal l-ebda mekkaniżmu ta’ rispons rapidu għas-sitwazzjonijiet mhux previsti li jeħtieġu intervent mgħaġġel. Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu meta u liema azzjoni għandha tittieħed f’tali sitwazzjonijiet.
Emenda 17
Artikolu 15
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||
Obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha 1. Il-qabdiet kollha tal-istokkijiet tal-ħut li ġejjin suġġetti għal limiti ta’ qbid, li jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni, għandhom jinġiebu u jinżammu abbord il-bastimenti tas-sajd u jiġu rreġistrati u jinħattu l-art, ħlief meta jintużaw bħala lixka ħajja, skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:
2. Għandhom jiġu stabbiliti daqsijiet ta’ referenza minimi għall-konservazzjoni li jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli għall-istokkijiet tal-ħut stipulati fil-paragrafu 1. Il-bejgħ ta' tali stokkijiet ta’ ħut taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni għandu jiġi limitat għal tnaqqis għall-ikel tal-ħut jew ikel tal-annimali domestiċi biss. 3. L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal qabdiet ta’ ħut maqbud f’kwantitajiet akbar mill-opportunitajiet tas-sajd fissi għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 27 ta’ [ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura]. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu mgħammra sabiex jiżguraw dokumentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet kollha tas-sajd u tal-ipproċessar bl-għan li tiġi mmonitorjata l-konformità mal-obbligu ta’ ħatt l-art tal-qabdiet kollha. 5. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għall-obbligi internazzjonali. 6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika l-miżuri stipulati fil-paragrafu 1 bl-għan li jkun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni. |
1. l-qabdiet kollha tal- tal-ħut li ġejjin suġġetti għal limiti ta’ qbid, li jinqabdu waqt attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni jew minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni barra l-ilmijiet tal-Unjoni:
2. Għandhom jiġu stabbiliti daqsijiet ta’ referenza minimi għall-konservazzjoni li jkunu bbażati fuq l-aħjar parir xjentifiku disponibbli għall-istokkijiet tal-ħut stipulati fil-paragrafu 1. Il-bejgħ ta’ tali stokkijiet ta’ ħut taħt id-daqs ta’ referenza minimu għall-konservazzjoni għandu jiġi limitat għal tnaqqis għall-ikel tal-ħut jew ikel tal-annimali domestiċi biss. 3. L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għal qabdiet ta’ ħut maqbud f’kwantitajiet akbar mill-opportunitajiet tas-sajd fissi għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 27 ta’ [ir-Regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura]. 4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni li jtajru l-bandiera tagħhom ikunu mgħammra sabiex jiżguraw dokumentazzjoni sħiħa tal-attivitajiet kollha tas-sajd u tal-ipproċessar bl-għan li tiġi mmonitorjata l-konformità mal-. 5. Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għall-obbligi internazzjonali. 6. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 biex tispeċifika l-miżuri stipulati fil-paragrafu 1 bl-għan li jkun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.
|
Raġuni
L-emenda tipproponi li jitfasslu pjanijiet multiannwali għat-tnaqqis tal-iskart, iżda d-dokumenti li qed jiġu diskussi ma jinkludu l-ebda proposta bħal din. Il-Kummissjoni tipproponi deċiżjoni li tirrikjedi l-ħatt l-art tal-qabdiet kollha ta’ speċi kummerċjali minn data mogħtija. L-azzjoni għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha titfassal mill-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali jew l-Istati Membri, skont is-sitwazzjoni. Għalhekk, forsi mhuwiex adatt li jissemmew il-pjanijiet multiannwali, billi tali pjanijiet ikollhom ikunu iktar għat-tul.
Ir-rimi tal-ħut lura fil-baħar huwa komuni għal għadd ta’ raġunijiet. Iżda, bl-iżvilupp ta’ prattiki tas-sajd u l-applikazzjoni tas-soluzzjonijiet tekniċi biex l-għodda ssir iżjed selettiva, l-ammont ta’ qabdiet mhux mixtieqa jista’ jitnaqqas. Is-suġġett ta’ din l-emenda huwa inkluż fir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika fil-bidu ta’ din l-opinjoni, li tirrappreżenta l-fehma tal-KtR, u għaldaqstant għandha tiżdied ukoll mal-bqija tal-emendi.
Emenda 18
Artikolu 16
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Opportunitajiet tas-sajd 1. L-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri għandhom jiżguraw lil kull Stat Membru stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk ta’ ħut jew sajd. Għandhom jitqiesu l-interessi ta’ kull Stat Membru meta jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd il-ġodda. 2. L-opportunitajiet tas-sajd tal-qabdiet inċidentali jistgħu jiġu rriservati taħt it-total tal-opportunitajiet tas-sajd. 3. L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom ikunu konformi mal-miri kwantifikabbli, l-iskedi taż-żmien u l-marġini stabbiliti skont l-Artikolu 9(2) u 11(b), (c) u (h). 4. L-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, iwettqu skambju ta’ parti mill-opportunitajiet tas-sajd jew l-opportunitajiet kollha ta’ sajd allokati lilhom. |
Opportunitajiet tas-sajd 1. L-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri għandhom jiżguraw lil kull Stat Membru stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk ta’ ħut jew sajd. Għandhom jitqiesu l-interessi ta’ kull Stat Membru meta jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd il-ġodda. 2. L-opportunitajiet tas-sajd tal-qabdiet inċidentali jistgħu jiġu rriservati taħt it-total tal-opportunitajiet tas-sajd. 3. L-opportunitajiet ta’ sajd għandhom ikunu konformi mal-miri kwantifikabbli, l-iskedi taż-żmien u l-marġini stabbiliti skont l-Artikolu 9(2) u 11(b), (c) u (h). 4. L-Istati Membri jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, iwettqu skambju ta’ parti mill-opportunitajiet tas-sajd jew l-opportunitajiet kollha ta’ sajd allokati lilhom.
|
Raġuni
Iż-żieda ta’ dan il-paragrafu ġdid tirrifletti r-Regolament attwali tal-Politika Komuni tas-Sajd. L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għandha tibqa’ xi ħaġa li tiġi deċiża mill-Istati Membri billi din hija l-iktar strument kruċjali disponibbli biex jiġu influwenzati l-istruttura u l-prestazzjoni tas-settur tas-sajd. Dawn huma preferenzi li huma rilevanti għal deċiżjoni fil-livell tal-Istati Membri b’konformità mal-prijoritajiet soċjoekonomiċi tagħhom.
Emenda 19
Artikolu 17
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||
Miżuri ta’ konservazzjoni adottati skont il-pjanijiet multiannwali 1. Fi pjan multiannwali stabbilit skont l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f’konformità ma’ dak il-pjan multiannwali, li jispeċifikaw il-miżuri ta’ konservazzjoni applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta’ stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri ta’ konservazzjoni adottati skont il-paragrafu 1:
|
Miżuri ta’ konservazzjoni adottati skont il-pjanijiet multiannwali 1. Fi pjan multiannwali stabbilit skont l-Artikoli 9, 10 u 11, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f’konformità ma’ dak il-pjan multiannwali, li jispeċifikaw il-miżuri ta’ konservazzjoni applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta’ stokkijiet fl-ilmijiet tal-Unjoni li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li miżuri ta’ konservazzjoni adottati skont il-paragrafu :
|
Raġuni
Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali ġew introdotti mill-Unjoni Ewropea fl-2004 biex jagħtu parir rilevanti fil-kuntest ta’ approċċ reġjonalizzat fil-politika komuni tas-sajd. Huma għandhom ikunu involuti aktar fit-teħid tad-deċiżjonijiet billi jintalbu l-opinjoni tagħhom dwar il-pjanijiet multiannwali. Hekk il-pjanijiet ikunu aċċettati iktar malajr mill-professjonisti u b’hekk jiġu implimentati b’mod iktar faċli.
Emenda 20
Artikolu 21
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||
Miżuri tekniċi F’qafas ta’ miżuri tekniċi stabbilit skont l-Artikolu 14 l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f’konformità ma’ dak il-qafas, li jispeċifikaw il-miżuri tekniċi applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta’ stokkijiet fl-ilmijiet tagħhom li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali miżuri tekniċi:
|
Miżuri tekniċi F’qafas ta’ miżuri tekniċi stabbilit skont l-Artikolu 14 l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati jadottaw miżuri, f’konformità ma’ dak il-qafas, li jispeċifikaw il-miżuri tekniċi applikabbli għal bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom fir-rigward ta’ stokkijiet fl-ilmijiet tagħhom li għalihom ġew allokali opportunitajiet tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali miżuri tekniċi:
|
Raġuni
Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali ġew introdotti mill-Unjoni Ewropea fl-2004 biex jagħtu parir rilevanti fil-kuntest ta’ approċċ reġjonalizzat fil-politika komuni tas-sajd. Huma għandhom ikunu involuti aktar fit-teħid tad-deċiżjonijiet billi jintalbu l-opinjoni tagħhom dwar il-pjanijiet multiannwali. Hekk il-pjanijiet ikunu aċċettati iktar malajr mill-professjonisti u b’hekk jiġu implimentati b’mod iktar faċli.
Emenda 21
Artikolu 27(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||
1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2013 għal
|
1. Kull Stat Membru jistabbilixxi sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal
|
Raġuni
L-introduzzjoni tal-Konċessjonijiet tas-Sajd Trasferibbli (KST) għandha tiġi mħeġġa, iżda għandha tkun kompetenza tal-Istati Membri u skont ir-ritmu tagħhom. It-tali KST ikunu jinvolvu stokkijiet regolati u huwa rikonoxxut li fi bnadi oħra d-daqs ta’ bastiment m’għandux effett fuq ir-rata ta’ esplojtazzjoni tat-tali stokkijiet.
Emenda 22
Artikolu 27(2)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-Istati Membri jistgħu jestendu s-sistema tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru u li jużaw tipi oħra ta’ rkaptu rmunkat u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. |
L-Istati Membri jistgħu jestendu s-sistema tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għal bastimenti b’tul globali ta’ inqas minn 12-il metru u li jużaw tipi oħra ta’ rkaptu rmunkat u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. |
Raġuni
Din l-emenda ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.
Emenda 23
Artikolu 28(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Allokazzjoni ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli 1. Konċessjoni tas-sajd trasferibbli għandha tistabbilixxi dritt għall-użu tal-opportunitajiet individwali tas-sajd allokati skont l-Artikolu 29(1). |
Allokazzjoni ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli 1. onċessjoni tas-sajd trasferibbli għandha tistabbilixxi dritt għall-użu tal-opportunitajiet individwali tas-sajd allokati skont l-Artikolu 29(1). |
Raġuni
L-adozzjoni ta’ sistema ta’ Konċessjonijiet tas-Sajd Trasferibbli għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri. Jekk jintlaħaq ftehim dwar dan tkun ħaġa adatta li t-test jiġi emendat biex jirrifletti li l-qafas għall-ġestjoni tal-Konċessjonijiet hija biss applikabbli meta tintgħażel l-opzjoni.
Emenda 24
Artikolu 28(2)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Kull Stat Membru għandu jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti, għal kull stokk jew grupp ta’ stokkijiet li għalihom jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16, esklużi l-opportunitajiet tas-sajd miksuba taħt ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli. |
Membru għandu jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli fuq il-bażi ta’ kriterji trasparenti, għal kull stokk jew grupp ta’ stokkijiet li għalihom jiġu allokati opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 16, esklużi l-opportunitajiet tas-sajd miksuba taħt ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli. |
Emenda 25
Artikolu 28(5)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Allokazzjoni ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli 5. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta’ validità tal-konċessjonijet tas-sajd trasferibbli għal perjodu ta’ mill-inqas 15-il sena, għall-fini tal-allokazzjoni mill-ġdid ta’ konċessjonijiet bħal dawn. Fejn l-Istati Membri ma llimitawx il-perjodu ta’ validità tal-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, huma jistgħu isejħu lura konċessjonijiet bħal dawn b’notifika ta’ mill-inqas 15-il sena. |
Allokazzjoni ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli 5. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw il-perjodu ta’ validità tal-konċessjonijet tas-sajd trasferibbli. |
Raġuni
Kull Stat Memru għandu jkun responsabbli għal kif jiġu trasferiti l-konċessjonijiet tas-sajd. Il-Latvja u bosta Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea diġà għandhom leġislazzjoni effettiva għar-regolazzjoni tal-konċessjonijiet tas-sajd. Il-ħolqien ta’ sistema ġdida jżid iktar burokrazija u jeħtieġ iżjed fondi filwaqt li ma jipprovdi l-ebda garanzija li s-sistema żgur tkun iktar effettiva mill-mekkaniżmu attwali.
Emenda 26
Artikolu 28(6)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
L-Istati Membri jistgħu jirtiraw konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli b’avviż iqsar f’każ ta’ ksur serju stabbilit li jkun twettaq mid-detentur tal-konċessjonijiet. Sejħiet lura bħal dawn jistgħu jitħaddmu b’mod li jagħti l-effett sħiħ lill-Politika Komuni tas-Sajd, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u, fejn hu meħtieġ, b’effett immedjat. |
L-Istati Membri jistgħu jirtiraw konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli b’avviż iqsar f’każ ta’ ksur serju stabbilit li jkun twettaq mid-detentur tal-konċessjonijiet. Sejħiet lura bħal dawn jistgħu jitħaddmu b’mod li jagħti l-effett sħiħ lill-Politika Komuni tas-Sajd, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u, fejn hu meħtieġ, b’effett immedjat. |
Emenda 27
Artikolu 28(7)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
7. Minkejja l-paragrafi 5 u 6, l-Istati Membri jistgħu jirtiraw konċessjonijet tas-sajd trasferibbli li ma jkunux intużaw fuq bastiment tas-sajd għal perjodu ta’ tliet snin konsekuttivi. |
7. Minkejja l-paragrafi 5 u 6, l-Istati Membri jistgħu jirtiraw konċessjonijet tas-sajd trasferibbli li ma jkunux intużaw fuq bastiment tas-sajd għal perjodu ta’ konsekuttivi, . |
Raġuni
Il-perjodu propost ta’ tliet snin huwa twil wisq u diġà qed isir element ta’ spekulazzjoni, iżda l-iskadenza għandha tkun flessibbli sabiex ma jiġux mhedda l-intrapriżi għaddejjin minn sitwazzjonijiet partikolari.
Emenda 28
Artikolu 28(8)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
|
Jiddaħħal punt ġdid:
|
Emenda 29
Artikolu 29
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Allokazzjoni ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd 1. L-Istati Membri għandhom jallokaw opportunitajiet individwali tas-sajd lil detentur ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli, kif imsemmi fl-Artikolu 28, fuq il-bażi tal-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Istati Membri, jew stabbiliti fil-pjanijiet ta’ ġestjoni adottait mill-Istati Membri skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1967/2006. 2. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu opportunitajiet tas-sajd li, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, jistgħu jiġu allokati lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom għal speċijiet li għalihom il-Kunsill ma jkunx stabbilixxa opportunitajiet tas-sajd. 3. Il-bastimenti tas-sajd għandhom iwettqu attivitajiet tas-sajd biss meta jkollhom opportunitajiet individwali ta’ sajd suffiċjenti sabiex ikopru l-qabda potenzjali kollha tagħhom. 4. L-Istati Membri jistgħu jirriservaw sa 5% tal-opportunitajiet tas-sajd. Huma għandhom jistabbilixxu għanijiet u kriterji trasparenti għall-allokazzjoni ta’ dawn l-opportunitajiet tas-sajd riservati. Dawk l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu allokati biss lil detenturi eliġibbli ta' konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli kif stipulat fl-Artikolu 28(4). 5. Meta jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli skont l-Artikolu 28 u meta jalloka opportunitajiet tas-sajd skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jista’ jipprovdi inċentivi lil bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv li jelimina l-qbid aċċidentali mhux mixtieq fi ħdan l-opportunitajiet ta’ sajd assenjati lil dak l-Istat Membru. 6. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw tariffi għall-użu ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd sabiex jikkontribwixxu għall-ispejjeż relatati mal-ġestjoni tas-sajd. |
Allokazzjoni ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd
Meta jalloka konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli skont l-Artikolu 28 u meta jalloka opportunitajiet tas-sajd skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, Stat Membru jista’ jipprovdi inċentivi lil bastimenti tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv li jelimina l-qbid aċċidentali mhux mixtieq fi ħdan l-opportunitajiet ta’ sajd assenjati lil dak l-Istat Membru. L-Istati Membri jistgħu jiffissaw tariffi għall-użu ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd sabiex jikkontribwixxu għall-ispejjeż relatati mal-ġestjoni tas-sajd. |
Raġuni
L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għandha tibqa’ tiġi deċiża mill-Istati Membri.
Emenda 30
Artikolu 31(1)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Trasferiment ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli 1. Il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jistgħu jiġu trasferiti kollha jew parzjalment ġewwa Stat Membru bejn detenturi eliġibbli ta’ konċessjonijiet bħal dawn. 2. Stat Membru jista’ jawtorizza t-trasferiment ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli lejn u mingħand Stati Membri oħra 3. L-Istati Membri jistgħu jirregolaw it-trasferiment ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli billi jipprovdu għall-kundizzjonijiet tat-trasferiment tagħhom abbażi ta’ kriterji trasparenti u oġġettivi. |
Trasferiment ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jistgħu jiġu trasferiti kollha jew parzjalment ġewwa Stat Membru bejn detenturi eliġibbli ta’ konċessjonijiet bħal dawn.
L-Istati Membri jistgħu jirregolaw it-trasferiment ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli billi jipprovdu għall-kundizzjonijiet tat-trasferiment tagħhom abbażi ta’ kriterji trasparenti u oġġettivi. |
Raġuni
L-adozzjoni ta’ sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli għandha tkun fakultattiva għall-Istati Membri. Il-qafas tal-ġestjoni tal-konċessjonijiet hija biss applikabbli meta tintgħażel din il-possibbiltà.
Il-konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli jistgħu jiġu trasferiti fi ħdan Stat Membru sabiex tinżamm l-istabbiltà relattiva msemmija fl-Artikolu 16(1). Ma tidhirx li hija ħaġa adatta li jiġu permessi t-trasferimenti tal-konċessjonijiet li jista’ jkollhom impatt fuq il-prinċipju ġenerali aċċettat tal-istabbiltà relattiva.
Emenda 31
Artikolu 32(2)
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
Kiri ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd 1. L-opportunitajiet individwali tas-sajd jistgħu jiġu mikrija b’mod sħiħ jew parzjali ġewwa Stat Membru. 2. Stat Membru jista’ jawtorizza l-kiri ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd lejn u mingħand Stati Membri oħra. |
Kiri ta’ opportunitajiet individwali tas-sajd 1. L-opportunitajiet individwali tas-sajd jistgħu jiġu mikrija b’mod sħiħ jew parzjali ġewwa Stat Membru.
|
Raġuni
Il-konċessjonijiet tas-sajd tasferibbli jistgħu jinkrew fi Stat Membru sabiex tinżamm l-istabbiltà relattiva msemmija fl-Artikolu 16(1). Ma tidhirx li hija ħaġa adatta li jiġu permessi t-trasferimenti tal-konċessjonijiet li jista’ jkollhom impatt fuq il-prinċipju ġenerali aċċettat tal-istabbiltà relattiva.
Emenda 32
Artikolu 35
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
1. Kull flotta ta’ Stat Membru għandha tkun suġġetta għal limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd stipulati fl-Anness II. 2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni teskludi bastimenti tas-sajd suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli stabbilita skont l-Artikolu 27 mil-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd stabbiliti skont il-paragrafu 1. F’dak il-każ il-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid biex jitqiesu l-bastimenti tas-sajd li mhumiex suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli. 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kalkolu mill-ġdid tal-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2. |
1. Kull flotta ta’ Stat Membru għandha tkun suġġetta għal limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd stipulati fl-Anness II. 2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni teskludi bastimenti tas-sajd suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli stabbilita skont l-Artikolu 27 mil-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd stabbiliti skont il-paragrafu 1. F’dak il-każ il-limiti massimi tal-kapaċità tas-sajd għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid biex jitqiesu l-bastimenti tas-sajd li mhumiex suġġetti għal sistema ta’ konċessjonijiet tas-sajd trasferibbli. 3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-kalkolu mill-ġdid tal-limiti massimi għall-kapaċità tas-sajd kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2. |
Raġuni
Il-karatteristiċi essenzjali tal-flotta tar-reġjuni l-iktar imbiegħda jinkludu bastimenti ta’ skala żgħira użati għas-sajd kostali, natura ta’ intrapriża mhux industrijali u nuqqas ta’ ċertezza ta’ dħul. Il-livelli ta’ referenza l-ġodda, stabbiliti fuq il-bażi tas-sitwazzjoni tal-flotta fil-31 ta’ Diċembru 2010, ser ikollhom effett katastrofiku fuq il-vijabbiltà tas-sajd fir-reġjuni l-aktar imbiegħda.
Emenda 33
Artikolu 53
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||
Kompiti tal-Kunsilli Konsultattivi 1. Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu:
2. Il-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat, għandhom iwieġbu fi żmien raġonevoli ta’ żmien għal kwalunkwe rakkomandazzjoni, suġġeriment jew informazzjoni riċevuti skont il-paragrafu 1. |
Kompiti tal-Kunsilli Konsultattivi 1. Il-Kunsilli Konsultattivi :
2. Il-Kummissjoni u, fejn ikun rilevanti, l-Istat Membru kkonċernat, għandhom iwieġbu fi żmien raġonevoli ta’ żmien għal kwalunkwe rakkomandazzjoni, suġġeriment jew informazzjoni riċevuti skont il-paragrafu 1. |
Raġuni
L-istabbiliment ta’ governanza deċentralizzata għandu jiġi mħeġġeġ fit-tfassil tar-regolamenti tal-politika komuni tas-sajd billi tissaħħaħ id-dimensjoni reġjonali kemm fit-tfassil tar-regoli u, prinċipalment, fl-istadju tal-implimentazzjoni. Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom jaqdu rwol ċentrali f’din il-governanza deċentralizzata (setgħat miżjuda biex jitressqu l-proposti u biex jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet tagħhom), li jfisser ukoll involviment iktar mill-qrib mill-Istati Membri u d-diversi partijiet interessati fil-ħidma tagħhom. Bit-tisħiħ tal-leġittimità tagħhom, dawn il-Kunsilli ser jipprovdu qafas adatt biex isiru diskussjonijiet b’approċċ skont l-attività tas-sajd u jkunu jistgħu jwettqu monitoraġġ xjentifiku b’konformità mas-sitwazzjoni reġjonali. Il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom jiġu appoġġjati mill-għajnuna finanzjarja provduta taħt ir-regolament tal-EMFF u l-kompożizzjoni ta’ dawn il-Kunsilli ser tiġi estiża għall-Istati Membri u l-korpi xjentifiċi rilevanti. Taħt dan l-arranġament il-ġdid, opinjoni minn tali Kunsill “estiż” għall-Istati Memri u l-partijiet interessati kollha tiġi adottata b’kunsens. Imbagħad, fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tippreżenta proposta ġdida lil-leġislatur li tqis l-opinjonijiet li jkunu tressqu. Fejn ikun rilevanti, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali ser ikunu jistgħu anke jipproponu regolamentazzjoni lill-Kummissjoni.
Emenda 34
Artikolu 54
Abbozz ta’ opinjoni |
Emenda tal-KtR |
Kompożizzjoni, funzjonament u ffinanzjar tal-Kunsilli Konsultattivi 1. Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom ikunu komposti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tas-sajd u gruppi oħra ta’ interess affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd. 2. Kull Kunsill Konsultattiv għandu jkun magħmul minn assemblea ġenerali u kumitat eżekuttiv u għandu jadotta l-miżuri neċessarji għall-organizzazzjoni tiegħu u biex jiżgura t-trasparenza u r-rispett tal-opinjonijiet kollha espressi. 3. Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja tal-Unjoni bħala korpi li qegħdin isegwu għan ta’ interess Ewropew ġenerali. 4. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi. |
Kompożizzjoni, funzjonament u ffinanzjar tal-Kunsilli Konsultattivi 1. Il-Kunsilli Konsultattivi għandhom ikunu komposti minn organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-operaturi tas-sajd u gruppi oħra ta’ interess affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd. 2. Kull Kunsill Konsultattiv għandu jkun magħmul minn assemblea ġenerali u kumitat eżekuttiv u għandu jadotta l-miżuri neċessarji għall-organizzazzjoni tiegħu u biex jiżgura t-trasparenza u r-rispett tal-opinjonijiet kollha espressi. 3. Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu japplikaw għal għajnuna finanzjarja tal-Unjoni bħala korpi li qegħdin isegwu għan ta’ interess Ewropew ġenerali. 4. Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 fir-rigward tal-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi. |
Raġuni
Sabiex tiżdied l-effikaċja u l-leġittimità tagħhom, il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali għandhom jiġu estiżi biex iħaddnu l-Istati Membri u l-korpi xjentifiċi rilevanti, sabiex id-diskussjonijiet tagħhom iħallu iktar frott u jkunu iktar rilevanti għall-kwistjonijiet tas-sajd reġjonali.
COM(2011) 416 final
Emenda 35
Artikolu 8
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||
|
|
Raġuni
Hemm differenza fundamentali bejn id-distribuzzjoni b’xejn (fejn l-ispejjeż jinġarrbu mill-produttur) u l-aċċess b’xejn (fejn l-ispejjeż jistgħu jinġarrbu mill-produttur jew mir-riċevitur).
Brussell, 4 ta’ Mejju 2012.
Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni
Mercedes BRESSO
(1) ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11.
(2) ĠU L 274, 25.9.1986, p. 1.