EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/175/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6561 – Cytec Industries/Umeco) Test b’relevanza għaż-ŻEE

OJ C 175, 19.6.2012, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/32


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6561 – Cytec Industries/Umeco)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 175/11

1.

Fil-11 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta, skont l-Artikolu 4 u wara talba ta' rinviju f'konformità mal-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1), li permezz tagħha l-impriża Cytec Industries Inc., (“Cytec”, l-Istati Uniti) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Umeco plc (“Umeco”, ir-Renju Unit) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Cytec: il-manifattura u l-fornitura ta' kimiki u ta' materjali speċjalizzati, inkluż ta' materjali komposti avvanzati, għal firxa wiesgħa ta' industriji,

għal Umeco: il-manifattura u l-fornitura ta' materjali komposti avvanzati u ta' materjali ta' proċess, maħsuba primarjament għas-setturi ajruspazjali u tad-difiża, u għal dawk industrijali, awtomobilistiċi u rikreazzjonali.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6561 – Cytec Industries/Umeco, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top