EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012XG0601(01)
Notice for the attention of the persons to which restrictive measures provided for in Council Decision 2012/285/CFSP and in Council Regulation (EU) No 377/2012, as implemented by Council Implementing Regulation (EU) No 458/2012 concerning restrictive measures directed against certain persons, entities and bodies threatening the peace, security or stability of the Republic of Guinea-Bissau apply
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 458/2012 rigward miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw

OJ C 155, 1.6.2012, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/1 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 458/2012 rigward miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Ginea Bissaw
2012/C 155/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni segwenti qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness III għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/285/PESK (1) u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 458/2012 (2).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni li huma soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/285/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 377/2012.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill fl-indirizz segwenti, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' appoġġ, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tkun ikkunsidrata mill-ġdid:
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
DG C Unità tal-Koordinazzjoni |
Segretarjat Ġenerali |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati anke għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, konformement mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-2 paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-4 u s-6 paragrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 142, 1.6.2012, p. 36.
(2) ĠU L 142, 1.6.2012, p. 11.