This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Action brought on 11 April 2011 by the EFTA Surveillance Authority against Iceland (Case E-8/11)
Azzjoni mressqa fil- 11 ta' April 2011 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Każ E-8/11)
Azzjoni mressqa fil- 11 ta' April 2011 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda (Każ E-8/11)
OJ C 199, 7.7.2011, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
7.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 199/8 |
Azzjoni mressqa fil-11 ta' April 2011 mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA kontra l-Islanda
(Każ E-8/11)
2011/C 199/04
Fil-11 ta' April 2011 l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, irrappreżentata minn Xavier Lewis u Florence Simonetti, li qegħdin jaġixxu ta' Aġenti tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, 35, Rue Belliard, 1040 Brussell, Belgium, ħadet azzjoni kontra l-Islanda fil-Qorti tal-EFTA.
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA titlob lill-Qorti tal-EFTA tiddikjara li:
(1) |
Billi naqset milli tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tagħha jkunu fasslu u, fejn dan ikun relevanti, approvaw mapep strateġiċi tal-ħsejjes, u li jkunu fasslu pjani ta’ azzjoni għat-toroq maġġuri kollha fuq it-territorju tagħha li minnhom jgħaddu aktar minn sitt miljun vettura fis-sena, u milli tiżgura li l-informazzjoni minn mapep strateġiċi u minn sommarji tal-pjani ta’ azzjoni kif imsemmi fl-Anness VI tad-Direttiva, ikunu ntbagħtu lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA, ir-Repubblika tal-Islanda naqset milli tonora l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 7(1), 8(1) u 10 tal-Att imsemmi fil-punt 32g tal-Anness XX tal-Ftehim taż-ŻEE (Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali) kif adattati għall-Ftehim taż-ŻEE mill-Protokoll 1 tiegħu. kif ukoll |
(2) |
Ir-Repubblika tal-Islanda għandha tiġi ordnata tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti. |
Sfond legali u fattwali u eċċezzjonijiet legali miġjuba bħala sostenn:
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tiddikjara li l-Islanda naqset milli tfassal mapep tal-ħsejjes u pjani ta’ azzjoni dwar il-ħsejjes rigward toroq maġġuri li minnhom jgħaddu aktar minn sitt miljun vettura fis-sena. |
— |
L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA tiddikjara li nuqqas bħal dan jikkostitwixxi ksur tal-Artikoli 7(1), 8(1) u 10 tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-ġestjoni tal-ħsejjes, imsemmija fil-punt 32g tal-Anness XX tal-Ftehim taż-ŻEE. |