Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CB0432

    Kawża C-432/08 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad- 9 ta’ Diċembru 2009 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea ( “Appell — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Kopertura tal-ispejjeż mediċi — Ċaħda impliċita tat-talba intiża għar-rimbors sħiħ tal-ispejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrentt — Appell parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat” )

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/9


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-9 ta’ Diċembru 2009 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-432/08 P) (1)

    (“Appell - Uffiċjali - Sigurtà soċjali - Kopertura tal-ispejjeż mediċi - Ċaħda impliċita tat-talba intiża għar-rimbors sħiħ tal-ispejjeż mediċi sostnuti mir-rikorrentt - Appell parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat”)

    2010/C 134/15

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Appellant: Luigi Marcuccio (rappreżentant: G. Cipressa, avvocato)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġent, A. dal Ferro, avvocato)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Lulju 2008, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-296/05 u T-408/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet bħala inammissibbli t-talba għall-annullament taż-żewġ deċiżjonijiet impliċiti tal-uffiċċju ta’ ħlasijiet tal-iskema komuni tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Komunitajiet Ewropej, li jirrifjuta li jħallas lura 100 % ta’ ċerti spejjeż mediċi sostnuti mill-appellant kif ukoll talba sabiex tinkiseb il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas favur l-appellant tal-ammonti ta’ ċerti spejjeż mediċi.

    Dispożittiv

    (1)

    L-Appell huwa miċħud.

    (2)

    M. Marcuccio huwa kkundannat għall-ispejjeż tal-appell.


    (1)  GU C 313, 06.12.2008.


    Top