Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/112/19

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5094 — Nokia/Trolltech) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

ĠU C 112, 7.5.2008, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 112/37


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.5094 — Nokia/Trolltech)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 112/19)

1.

Fl-24 ta' April 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 u wara referenza skond l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Nokia Corporation (“Nokia”, tal-Finlandja) takkwista fit-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll sħiħ ta' l-impriża Trolltech ASA (“Trolltech”, tan-Norveġja) permezz ta' offerta pubblika fit-28 ta' Jannar 2008.

2.

L-attivitajiet ta' negozju ta' l-impriżi kkonċernati huma:

għal Nokia: tagħmir, soluzzjonijiet u servizzi għan-netwerks ta' komunikazzjoni,

għal Trolltech: l-iżvilupp u l-forniment ta' l-għodod għall-iżvilupp tas-software.

3.

Fuq eżaminazzjoni preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5094 — Nokia Trolltech, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru għall-Amalgamazzjonijiet

J-70

B-1049 Bruxelles/Brussell


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Top