Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/235/61

Kawża F-84/07: Rikors ippreżentat fis- 17 ta' Awwissu 2007 — Islamaj vs Il-Kummissjoni

ĠU C 235, 6.10.2007, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.10.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 235/33


Rikors ippreżentat fis-17 ta' Awwissu 2007 — Islamaj vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-84/07)

(2007/C 235/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Agim Islamaj (Grimbergen, il-Belġju) (rappreżentanti: S.Orlandi, J.-N.Louis, A.Coolen u E.Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara l-illegalità ta' l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-proċedura ta' promozzjoni ta' l-uffiċjali mħallsa mill-fondi “Riċerka” tal-baġit ġenerali (kemm fil-verżjoni tagħha tas-16 ta' Ġunju 2004 kif ukoll ta' l-20 ta' Lulju2005);

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tneħħi l-38.5 punt mingħand ir-rikorrent li huwa akkumula bħala membru tal-persunal temporanju;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix promozzjoni lir-rikorrent għall-grad AST 5 skond il-proċedura ta' promozzjoni 2006 kif ukoll, safejn huwa neċessarju, li tiċħad l-appell tiegħu quddiem il-Kumitat ta' Promozzjoni għar-rikostituzzjoni tal-punti akkumulati minnu;

tordna li l-konvenuta għandha tbati l-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent, li beda jaħdem mal-Kummissjoni fl-1 ta' Mejju 2000 bħala membru tal-persunal temporanju maċ-Ċentru Komuni ta' Riċerka ta' Ispra (l-Italja), ġie maħtur uffiċjal fi ħdan dan l-istess ċentru mis-16 ta' April 2004. Fis-16 ta' April 2005, huwa ġie ttrasferit fid-DĠ “Trade”. B'ittra tas-16 ta' Ġunju 2006, huwa ġie informat li l-punti li huwa kien kiseb bħala membru tal-persunal temporanju kienu tneħħew, skond l-ewwel deċiżjoni kkontestata, inkwantu huwa kien ttrasferixxa ruħu għal xogħol li kien jaqa' taħt il-parti “Amministrazzjoni” tal-baġit ġenerali qabel l-iskadenza tat-terminu ta' sentejn mir-reklutaġġ tiegħu bħala uffiċjal taħt perijodu ta' prova f'xogħol li jaqa' taħt il-parti “Riċerka” ta' l-imsemmi baġit.

In sostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi simili ħafna għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża F-33/07 (1).


(1)  ĠU C 129, 9.6.2007 p. 26.


Top