This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/235/37
Case T-296/07: Action brought on 6 August 2007 — Korsch v OHIM (PharmaCheck)
Kawża T-296/07: Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Awwissu 2007 — Korsch AG vs L-UASI (PharmaCheck)
Kawża T-296/07: Rikors ippreżentat fis- 6 ta' Awwissu 2007 — Korsch AG vs L-UASI (PharmaCheck)
ĠU C 235, 6.10.2007, pp. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
6.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 235/20 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2007 — Korsch AG vs L-UASI (PharmaCheck)
(Kawża T-296/07)
(2007/C 235/37)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Korsch AG (Berlin, Il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Grzam, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta' Ġunju 2007 (Każ R 357/2007-4) dwar it-trade mark verbali Nru 5310214 “PharmaCheck”; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tal-kawża u dawk sostnuti quddiem il-Bord ta' l-Appell. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali “PharmaCheck” għal prodotti fil-klassi 9 (Applikazzjoni Nru 5 310 214).
Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Ċaħda tar-reġistrazzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.
Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 40/94 (1).
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p 1).