This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/235/21
Case T-100/06: Action brought on 26 July 2007 — Rajani (Dear!Net Online) v OHIM — Artoz-Papier (ATOZ)
Kawża T-100/06: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Lulju 2007 — Rajani (Dear!Net Online) vs L-UASI — Artoz-Papier (ATOZ)
Kawża T-100/06: Rikors ippreżentat fis- 26 ta' Lulju 2007 — Rajani (Dear!Net Online) vs L-UASI — Artoz-Papier (ATOZ)
ĠU C 235, 6.10.2007, p. 12–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
6.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 235/12 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Lulju 2007 — Rajani (Dear!Net Online) vs L-UASI — Artoz-Papier (ATOZ)
(Kawża T-100/06)
(2007/C 235/21)
Lingwa tar-rikors: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Deepak Rajani (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dustmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti l-oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Artoz-Papier AG (Lenzburg, l-Iżvizzera)
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
l-annullament tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Jannar 2006 (kawża R 1126/2004-2) |
|
— |
tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Deepak Rajani
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark Komunitarja verbali “ATOZ” għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 41 — applikazzjoni Nru 1 319 961
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta'l-oppożizzjoni: Artoz-Papier AG
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta'l-oppożizzjoni: It-trade mark verbali internazzjonali u nazzjonali “ARTOZ” għas-servizzi fil-klassijiet 35 u 41
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tilqa' l-oppożizzjoni kollha kemm hi
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad l-appell
Motivi invokati: Ir-rikorrent jallega li d-deċiżjoni kkontestata ngħatat bi ksur ta' l-Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-Trade mark Komunitarja safejn adottat interpretazzjoni żbaljata tad-data ta' reġistrazzjoni tat-trade mark. Skond ir-rikorrent, interpretazzjoni ultra vires bħal din tal-liġijiet Komunitarji, nazzjonali u internazzjonali hija ekwivalenti għal abbuż ta' poter. Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tikser l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li kemm id-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni kif ukoll il-Bord ta' l-Appell kisru sostanzjalment is-salvagwardji proċedurali ta' l-Artikoli 73 u 79 tar-Regolament Nru 40/94 minħabba nuqqas allegat ta' motivazzjoni u ksur tad-dritt li jinstemgħu il-partijiet.